Illum previous editions

ILLUM 14 April 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1104598

Contents of this Issue

Navigation

Page 17 of 31

illum | Il-Ħadd 14 ta' April 2019 18 Opinjoni Din il-ġimgħa wkoll, komplejt biż-żjarat li qed nagħmel bħalissa f 'postijiet li tlestew mill-proġett ta' restawr li kien għaddej, jew li kien se jibda x-xogħol ta' restawr fuqhom. Dawn iż-żjarat ikomplu jemfasizzaw ir-rieda tagħna kif ukoll l-impenn biex insaħħu l-prodott kulturali tagħna ħalli aktar minn qabel inpoġġu lil pajjiżna bħala destinazzjoni kulturali. Il-prinċipji tagħna dwar il-kultura huma ċari. Inħarsu l-patrimonju kulturali kemm tanġibbli u wkoll intanġibbli, biex nippriservawh għall-futur, inħalluh bħala legat għall- ġenerazzjonijiet ta' warajna u fuq kollox intejbuh għaliex permezz tiegħu nkomplu wkoll nagħtu sehem importanti fl- ekonomija tal-pajjiż. Tliet siti li żort din il-ġimgħa għandhom storja interessanti ħafna – kif taf toffri l-istorja ta' pajjiżna. Wara t-tlestija tar-restawr tal-parti tal-Victoria Lines li tikkorrispondi mat-tul tal- Ġnien tal-Għarusa tal-Mosta (Tarġa Gap), ħsibna biex ix-xogħol ta' restawr ikompli, din id-darba fuq parti oħra ta' din il-fortifikazzjoni u li tinsab fil-Għargħur. Dan il-proġett kontinwu tad-Direttorat tar-Restawr se jara r-restawr ta' dawn il- fortifikazzjonijiet li huma uniċi f 'pajjiżna. Huma monument uniku ta' arkitettura militari lokali. Mibni mill-Militar Brittanniku lejn l-aħħar tas- seklu 19, il-Victoria Lines huma network kumpless ta' fortifikazzjonijiet f 'forma ta' linja li huma twal madwar 12-il kilometru, mill-Madliena għal Fomm ir-Riħ. Din hija l-istrateġija tagħna bħala Gvern - li nkomplu nsaħħu l-wirt lokali tagħna biex kulħadd ikollu aċċess biex japprezzah u jitgħallem minnu. Kif ktibt diversi drabi, dan id-direttorat ikollu minn żmien għal żmien interventi lil hinn mix-xogħol ippjanat. Fil-fatt matul dawn l-aħħar xhur, id-direttorat għamel ukoll xogħlijiet ta' emerġenza ta' tiswija u restawr fuq biċċtejn mill-Victoria Lines ta' Binġemma, li jew kienu fir- riskju li jaqgħu jew li waqgħu riċentement. Aħna nidħlu għal dan ix-xogħol biex inħarsu dak li huwa l-patrimonju tagħna, b'investiment u wkoll b'responsabbilità. Post ieħor li ħadt gost inżur huwa x-xogħol li għaddej fil- binja li f 'parti minnha hemm il- Kunsill Lokali tal-Belt Valletta. Meta xhur ilu konna għaddejna dan il-bini lura lill-komunità, konna ħababrna dan ix-xogħol li qed isir bħalissa. Wegħednieh u qed nagħmluh. Dan ix-xogħol ta' restawr u rinovar se jwassal għal faċilitajiet ġodda għall- komunità, kif ukoll klinika medika lokali fil-binja. Se jkun hemm librerija lokali, filwaqt li se jiġi installat ukoll lift biex jitjieb l-aċċess għal-Librerija Nazzjonali. Qed nagħmlu dan kollu għaliex aħna bħala Gvern, impenjati li nipprovdu aktar aċċessibbiltà lill-membri tal- komunità tagħna. Għalhekk, grazzi għal dan il-proġett, qegħdin inressqu aspetti importanti aktar viċin il- pubbliku, għall-benefiċċju tas-soċjetà. Tajjeb li ngħid li x-xogħol jinkludi t-tindif tas-sular ta' taħt il-binja miż-żoni ta' esebizzjoni li kien hemm qabel. Dan is- sular għandu spazju ta' madwar 500m 2 , u b'hekk l-ispazju disponibbli għall-Kunsill se jikber b'mod konsiderevoli, dejjem għall-benefiċċju għall- komunità. Se naraw ukoll li jsir restawr u rikostruzzjoni fejn ikun hemm bżonn tal-faċċata u tal-bibien tal-faċċata li tagħti fuq Triq it- Teatru l-Antik. Ix-xogħol fuq il-faċilitajiet u l-klinika huwa mistenni li jitlesta sa tmiem is-sajf, b'investiment ta' €200,000. Fil-Belt Valletta wkoll, qed ninvestu miljun u nofs għar-restawr estern tal- Università l-Antika. B'dan l-investiment, mhux biss qegħdin nippreservaw waħda mill-binjiet prinċipali li jinsabu fil-belt kapitali storika tagħna, imma qegħdin ukoll niżguraw it-tisħiħ tal-identità nazzjonali kulturali tagħna permezz tal-preservazzjoni ta' post monumentali. Dan jingħaqad mar-restawr li diġà sar fuq kullana ta' postijiet oħra li huma ikoni tal-kultura Maltija, fil-Belt Kapitali tagħna. Dan is-sit għandu storja rikka li tmur lura kważi 425 sena. Mibni bħala l-ewwel sit tal- Università ta' Malta fi żmien il- Kavallieri ta' San Ġwann, il-post kien trasformat b'żidiet, l-aħħar waħda fi żmien l-Ingliżi. Meta jitlesta l-proġett, se jkun ġie rrestawrat total ta' 8190m 2 . Tajjeb li ngħid li l-investiment ta' aktar minn €1,500,000 ma jinkludix l-investiment fix- xogħol intern, fażi li qed jiġi pproġettat li tibda lejn l-aħħar tas-sena. Din mhix l-ewwel okkażjoni li għamilna restawr f 'dan is-sit. Fil-fatt is-sena li għaddiet konna ħabbarna t-tlestija tar-restawr tal-estern tal-Knisja tal-Ġiżwiti, parti minn dan is-sit. Nieħu gost b'dan ix-xogħol kollu li għaddej mhux biss għaliex nara l-frott tal-ħidma tagħna, imma għax jikkonferma wkoll l-impenn tagħna biex inħarsu dan is-settur. * * * Fuq nota differenti, imma importanti ferm, hija żjara li għamilt fi Strasburgu. Aktar minn żjara, kienet oħra minn sensiela li ma jdejquni xejn, ta' okkażjonijiet li permezz tagħhom komplejt niddefendi lil pajjiżi. Għamilt intervent waqt l-Asseblea tal-Kunsill tal- Ewropa li kellha quddiema d-diskussjoni dwar il-qtil ta' Daphne Caruana Galizia u wkoll dwar is-Saltna tad- Dritt f 'pajjiżna. Ħa naqsam magħkom it-titlu bl-Ingliż għax interessanti: 'Daphne Caruana Galizia's assassination and the rule of law in Malta and beyond: ensuring that the whole truth emerges'. Ħa ngħidha bla tlaqliq. Il- verità dejjem għidnieha. Imma xorta waħda tlajt Strasburgu biex intenniha. Bdejt immedjatament billi enfasizzajt li mill-elezzjoni tal-Gvern preżenti fl-2013, dan il-Gvern implimenta serje ta' riformi robusti. Dan huwa Gvern Riformista. Fis-sitt snin li għaddew, daħlu fis-seħħ bosta riformi legali pożittivi bl-għan uniku li s-sistema legali Maltija tiġi allinjata mal-istandards legali kontemporanji b'mod li jirrispetta u jaderixxi mal- kunċett tas-Saltna tad-Dritt u s-separazzjoni tal-poteri. Semmejt ir-riformi kollha implimentati. Dawn ir-riformi kollha fis- settur tal-ġustizzja saru biex tissaħħaħ is-Saltna tad-Dritt filwaqt li jiġu mħarsa aħjar il-ħtiġijiet u d-drittijiet taċ- ċittadini tagħna. Dan il-Gvern għamel ħafna f 'dan ir-rigward u jibqa' impenjat biex itejjeb aktar is-sistema legali permezz tal-implimentazzjoni ta' aktar riformi. Sħaqt ukoll li r-rispons għall-qtil ta' Daphne Caruana Galizia kien immedjat, u poġġejna r-riżorsi kollha għad-dispożizzjoni tal- investigazzjoni. Aġenziji barranin ewlenin bħall- FBI, l-Interpol, l-Europol, l-awtoritajiet investigattivi Olandiżi u Finlandiżi ssieħbu fl-investigazzjoni u ġiet istitwita wkoll Inkjesta Maġisterjali. Fakkart ukoll li f 'inqas minn 50 jum mill-qtil, tliet ċittadini Maltin tressqu quddiem il- Qorti akkużati bil-qtil brutali ta' Daphne Caruana Galizia. L-Inkjesta Maġisterjali għadha għaddejja bl-għan aħħari li tidentifika kwalunkwe persuna oħra involuta fil-qtil. Dan juri l-ambitu wiesa' tal- Inkjesta. Il-proċeduri fil-każ tat-tliet persuni akkużati qegħdin joqorbu lejn it- tmiem. Nirrepeti li dan il-Gvern mhux se jibqa' lura milli jimplimenta r-riformi legali meħtieġa. Minkejja d-diversi riformi li diġà ġew implimentati, li ħafna minnhom kienu bla preċedent jew li kien ilhom li ġew injorati minn amministrazzjonijiet preċedenti, dan il-Gvern jibqa' impenjat li jkompli jdaħħal aktar bidliet u riformi biex inkomplu nsaħħu s-Saltna tad-Dritt, is-separazzjoni poter għall-benefiċċju taċ-ċittadini Maltin. Owen Bonnici huwa l-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali Aktar investiment fil-kultura L-istrateġija tagħna bħala Gvern hi li nkomplu nsaħħu l-wirt lokali tagħna biex kulħadd ikollu aċċess biex japprezzah u jitgħallem minnu OWEN BONNICI It-tħabbir tat-tieni fażi tax-xogħol tar-restawr fil-bini tal-Kunsill Lokali tal-Belt Valletta

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 14 April 2019