Illum previous editions

ILLUM 14 April 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1104598

Contents of this Issue

Navigation

Page 14 of 31

15 Il-Ħadd 14 ta' April 2019 | illum Aħbarijiet miegħu żewġ puttini. Wiċċ Kristu immeraviljani wisq," qalilna Hector li kien talab lill-iskultur biex jagħtih dan il-korp. "Għamel xi sena u nofs għandi. Xi kultant kont immur nittawwallu. Is-sena l-oħra għamiltlu saqqu biss, iżda waqt il-purċissjoni tal- Ġimgħa l-Kbira tas-sena li għaddiet iddeċidejt li nagħmillu Monument." Ma' Hector tkellimna dwar il-fatt li kull ħaġa li fih dan il-Monument ħoloqha hu stess, sal-ġmiemel żgħar imdendla mad-drapp taċ-ċelu. Seta' faċilment mar jixtri sett ġmiemel minn kwalunkwe ħanut li jbigħ affarijiet tal- knejjes, iżda Hector għażel li jgħaqqad dawn il-ġmiemel huwa stess, biċċa biċċa. Anke l-bradella li fuqha jserraħ il-Monument. Mhuwiex injam kwalunkwe. Iżda huwa l-injam tas-sodda ta' ommu u missieru kompla jispjegalna Hector bi tbissima. Kif jgħid il-Malti: "Erfa' u sorr għal meta tiġi bżonn." "Ħdimt kollox jiena. Il- patalotti, id-disinn tagħhom, il- gwarniċi u dak kollu li qed tara b'għajnejk," spjegalna Hector. "Daqqa t'id kelli wkoll. Oħti pereżempju ħadmitli s-saqqu u l-imħadda." Kollox beda ġej perfett... Meta tara dan il-Monument jolqtuk id-dettalji li fih u ma' Hector tkellimna dwar il-fatt li ħafna mill-affarijiet li jżejnuh, ġew f 'idejh b'kumbinazzjoni. "Komplejt nagħmel ħafna kuraġġ ukoll meta fil-Ġimgħa l-Kbira tas-sena li għaddiet ġew f 'idejja sett brazzi. Kien għadu ma kelli xejn mill-Monument u kif rajthom mill-ewwel indunajt li kienu joqogħdu perfettament ma' dak li kelli f 'moħħi. Ta' min kienu, kien jerfa' fil-vari ta' Ġieżu tal-Belt Valletta," kompla jispjegalna Hector. L-istess il-patallotti taċ-ċelu. Hector ħadimhom minn biċċa lama antika li kienet tagħmel parti mill-patallotti tal- Monument tal-Knisja ta' Ġieżu. Dan, snin ilu, kien ixxarrab u kellu jinbidillu d-drapp kollu u r-reffiegħa kienu ħadu biċċa lama kull wieħed. "Wieħed minnhom irregalahieli biex stajt nużaha għall-Monument tiegħi," qalilna Hector. "Bil-mod il-mod, ħaġa wara ħaġa rnexxieli nagħmlu." U minn fejn nibtet l-idea li ssir mixja bil- Monument? Iżda terġa' u tgħid anke wara li Hector lestha x-xogħol, kollox baqa' ġej perfett. Il-ħsieb ta' Hector kien li nhar il-Ħamis ix- Xirka, joħroġ dan il-Monument f 'purċissjoni mill-post fejn ħadmu, lejn il-Knisja tal- Monasteru ta' Sant Ursola biex mhux biss jitgawda mis-sorijiet tal-klawsura, iżda anke minn dawk li fil-ġranet tal-Għid, iżuru din il-knisja. Madanakollu, il-programm inbidel ta' taħt fuq. Dan il-Monument, nhar Ħamis ix-Xirka, waqt li għaddejjin is-Seba' Visti, se jkun qiegħed jinħareġ f 'purċissjoni, li Hector qed isejħilha "Mixja għas- Salvazzjoni, akkumpanjata mid-daqq tal-marċi funebri." Fil-fatt, nhar Ħamis ix- Xirka, is-Soċjetà Filarmonika Nazzjonali La Vallette, stiednet lill-Associazione Musicale Santa Cecilia ta' Buseto Pizzola fi Sqallija biex iddur mat-toroq tal-Kapitali u ddoqq il-marċi funebri li huma sinonimi ma' dan iż-żmien tas-sena. "Avviċinani l-President ta' La Vallette, Jonathan Grima u ħareġ b'din l-idea u mill- ewwel aċċettajt. Malli l-banda se tasal hawn, se ngħaddu bil-Monument minn Triq Sant'Ursola u minn Triq San Pawl. Imbagħad, jiena se ninżel bil-Monument mit-taraġ Ta' Ġieżu biex inġibu lura hawn u l-banda tkompli bit-triq tagħha lejn iċ-ċentru tal-Belt," spjegalna Hector. 'Ma ħdimtux biex nieħu gost bih jiena' Iżda l-pjanijiet ta' Hector Bruno ma jiqfux hawn. Kif qalilna hu stess, ma ħadimx dan il-Monument biex igawdih u jieħu gost bih hu. "L-iskop tiegħi mhuwiex li nħallih hawn. Jekk il-Bambin jagħtini s-saħħa, fis-snin li ġejjin nixtieq li nieħdu fi nħawi oħra tal-Belt Valletta. Ma neskludix ukoll, għax diġà kien hemm min staqsieni, li nieħdu barra l-Belt," kompla jgħidilna Hector. Iżda apparti d-devozzjoni li ħadem biha dan il-Monument, Hector kellu wkoll skop ieħor: li jibqa' viċin in-nies. "Jiena għandi din il-kilba li nibqa' nikkomunika. Flok qed ngħid lill-pubbliku ejjew arawni jew ejjew araw x'qed nagħmel, b'dan il-Monument se nkun jien li mmur għand in-nies," saħaq Hector. 'Għandna nibżgħu għal din it-tradizzjoni u nħeġġu aktar liż- żgħażagħ' Fl-aħħar nett staqsejna lil Hector dwar din it-tradizzjoni. Iż-żgħażagħ għadhom jinteressaw ruħhom f 'dawn l-affarijiet? Hector mhuwiex pessimist, anzi saħaq li ħafna żgħażagħ jinteressaw ruħhom. "Mill-ftit żgħażagħ li għad fadal il-Belt, ħafna minnhom jinteressaw ruħhom anke jekk illum għandhom ħafna aktar fiex jedhew. Fi żmieni x'aktarx li dan kien l-uniku żvog tagħna, għalkemm jiena dejjem kont xi ftit differenti għax moħħi, minn meta kont żgħir, kien fit-teatru u fit- televiżjoni," qalilna Hector. Madanakollu insista li l-interess f 'din it-tradizzjoni għadu qawwi, anke barra mill-Belt Valletta. Kien hawn li appella biex din it-tradizzjoni nibżgħu għaliha. "Għandna nibżgħu għal din it-tradizzjoni u nħeġġu liż-żgħażagħ. Ma għandniex inħarsu lejha biss bħala tradizzjoni kulturali iżda għandha nżommu f 'moħħna li għandha wkoll rabta intrinsika mat-twemmin reliġjuż tagħna," temm jgħidilna Hector Bruno sodisfatt b'dak li rnexxielu joħloq. Jiena għandi din il-kilba li nibqa' nikkomunika. Flok qed ngħid lill-pubbliku ejjew arawni jew ejjew araw x'qed nagħmel, b'dan il-Monument se nkun jien li mmur għand in-nies Dettall tal-patalotti u l-ġmiemel li ħadem Hector Il-korp ta' Kristu Mejjet Ritratti: James Bianchi

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 14 April 2019