Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1104598
Aħbarijiet 14 illum | Il-Ħadd 14 ta' April 2019 Minn Yendrick Cioffi HECTOR Bruno. Bla dubju huwa wieħed mill- personalitajiet l-aktar maħbuba mal-Maltin u bir-raġun, għax min jaf kemm ferraħ nies bil-karattri li interpreta. Iżda ftit jafu li apparti li huwa dilettant kbir tat-teatru, Hector Bruno huwa wkoll dilettant kbir ta' dak kollu li għandu x'jaqsam mal-Knisja, partikolarment tal-Ġimgħa Mqaddsa. Il-gazzetta ILLUM marret il-Belt Valletta u żaret iż-żewġ kmamar li Hector għandu fi Triq it-Teatru l-Antik u fejn jgħaddi ħafna mill-ħin tal- ġurnata fis-skiet joħloq b'idejh dak li jkun ħolom. F'dawn il-kmamar Hector diġà ħadem knisja minjatura ddedikata lil Sant'Antin, iżda din is-sena għamel xi ħaġa unika. Mix-xejn, irnexxielu joħloq dak li huwa magħruf bħala l-Monument, jiġifieri dik is-sodda ddekorata li fiha jitpoġġa l-korp ta' Kristu Mejjet u li jinħareġ fil-purċissjonijiet tal-Ġimgħa l-Kbira. Ħafna għandhom minjaturi tal-vari tal-Ġimgħa l-Kbira, iżda dan il-Monument li ħoloq Hector huwa mdaqqas, tant li nhar Ħamis ix-Xirka filgħaxija, se jkun qed jinħareġ f 'purċissjoni madwar it-toroq tal-Belt Valletta. Fi kliemu stess, għamel dan mhux biss għax dilettant, iżda għax permezz tiegħu jrid jibqa' jikkomunika man-nies. Malli wasalna, sibna lil Hector għadu għaddej bl-aħħar irtokki fuq dan il-Monument, fil- maħżen, fejn għal dawn l-aħħar 150 sena, il-familja Bruno dejjem ħadmet fl-injam. Xi kultant hu stess jieqaf iħares u jiskanta lejh, kważi kważi jistaqsi lilu nnifsu kif irnexxielu joħolqu għax minkejja li missieru u nannuh kienu jaħdmu l-injam, ix- xogħol ta' mastrudaxxa qatt ma ħabbu. "Jien dejjem kont inkun irrid immur San Pawl jew ta' Ġieżu," qalilna Hector. Minkejja dan, Hector illum huwa kuntent li mix-xejn irnexxielu joħloq din l-istatwa mill-isbaħ, kollox frott l-immaġinazzjoni tiegħu u l-ħila ta' jdejh, mill-kuruna li ssaqqaf il-Monument sal- bradella li ħadimlu apposta biex ikun jista' joħorġu f 'purċissjoni. Iżda minn fejn ġietu l-idea li jaħdem dan il- Monument? Tkellimna dwar dan il- Monument u minn fejn nibtet l-idea li jaħdmu. "Kont rajt il-Korp ta' Kristu Mejjet għand l-iskultur Remon Camilleri. Kien il-korp waħdu, fuq biċċa rħama u kellu L-ILLUM tmur il-Belt Valletta u tiltaqa' ma' Hector Bruno, mhux biex tkellmu dwar xi spettaklu jew xi karattru li se jintrepreta, iżda dwar vara tal-Ġimgħa l-Kbira li ħadem hu stess u li nhar il- Ħamis se tkun qed tinħareġ f'mixja madwar it-toroq tal-Belt Valletta JISTGĦU JAPPLIKAW Organizazzjonijiet li jappoġġaw lill-lntrapriżi Kunsilli Lokali, Ministeri, Dipartimenti tal-Gvern, Awtoritajiet u Entitajiet Pubbliċi, Sħubijiet pubbliċi-privati, Organizazzjonijiet tan-Negozju, Organizazzjonijiet mhux Governattivi, Istituzzjonijiet Edukattivi Pubbliċi, Skejjel Pubbliċi u tal-Knisja, I-Università ta' Malta (Fakultajiet, Istituti u Dipartimenti), Trejd Unjins, Assoċjazzjonijiet tal-Professjonisti. APPLIKAZZJONIJET JINTLAQGĦU SA' Nofsinhar tal-Ġimgħa, 10 ta' Mejju 2019 GĦAL AKTAR INFORMAZZJONI U L-FORMOLA TAL-APPLIKAZZJONI 2569 0310 | 2569 0350 nesa.commerce@gov.mt www.commerce.gov.mt PREMJU NAZZJONALI GĦAL APPOĠĠ LILL-INTRAPRIŻA 2019 FOND TA' PREMJIJIET €50,000 U NOMINAZZJONI GĦALL-KOMPETIZZJONI PRESTIĠJUŻA: PREMJU EWROPEW GĦALL-PROMOZZJONI TAL-INTRAPRIŻA 2019 'Għandi kilba li nibqa' nikkomunika… għalhekk ħdimt dan il-Monument' Ix-xogħol fuq il-monument ħa madwar sena