Illum previous editions

ILLUM 14 April 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1104598

Contents of this Issue

Navigation

Page 6 of 31

7 Aħbarijiet Il-Ħadd 14 ta' April 2019 | illum Ħaż-Żebbuġ: il-PL fuq quddiem iżda d-distakk ivarja skont l-elezzjonijiet F'Ħaż-Żebbuġ, il-Partit Laburista jgawdi l-appoġġ tal-maġġoranza madanakollu d-distakk bejn il-partiti fl- elezzjoni lokali varja ħafna fl-aħħar tliet elezzjonijiet lokali. Fl-2008, meta l-elezzjoni lokali saret mal-elezzjoni ġenerali li rebaħ il-Partit Nazzjonalista, ħarġu jivvutaw 92.1% taż-Żebbuġin. Id-distakk bejn il-partiti kien dak ta' 604 voti, fejn il-Partit Laburista kiseb 4,302 voti filwaqt li l-Partit Nazzjonalista ġab 3,698 vot. L-elezzjoni lokali li kien imiss saret fl-2012 u dik is-sena ma kien hemm l-ebda elezzjoni oħra, tant li ħarġu jivvutaw 64% biss taż- Żebbuġin. Minkejja l-fatt li ż-żewġ partiti l-kbar naqsu fil-voti tagħhom, id-distakk bejniethom sploda 'l fuq biex laħħaq l-1,456 vot. Dik is-sena, il-Partit Laburista naqqas 765 vot biex kiseb 3,537 vot, filwaqt li l-Partit Nazzjonalista naqqas 1,617-il vot biex kiseb 2,081 vot. Dik is-sena, żewġ kandidati indipendenti kienu kisbu 69 u 154 vot rispettivament. L-aħħar elezzjoni lokali fil-Belt Rohan saret fl-2015, dakinhar li seħħ ukoll ir-referendum dwar il-kaċċa. Fil-fatt, aktar Żebbuġin ħarġu jivvutaw u ż-żewġ partiti żiedu fil-voti tagħhom. Dik is-sena, il-Partit Laburista żied 405 voti u kiseb 3,942 vot, filwaqt li l-Partit Nazzjonalista żied 864 vot biex kiseb 2,945 vot. Dan ifisser li d-distakk, għalkemm jibqa' konsiderevoli, reġa' naqas għal 997 vot. F'din l-elezzjoni, kandidat tal-Alternattiva Demokratika kiseb 218-il vot. X'se jiġri din is-sena ħadd ma jista' jgħid. Madanakollu, jekk in- Nazzjonalisti Żebbuġin ma jibqgħux ġewwa kif għamlu fl-2012, il- probabbilità hija li l-Partit Laburista jżomm il-kunsill, iżda d-distakk ma jkunx qawwi daqskemm kien fl-2012. Ħad-Dingli: lokalità Laburista u l-PN bilkemm jiċċaqlaq Ħad-Dingli hija waħda minn dawk il-lokalitajiet li tista' tissejjaħ Laburista. Fl- aħħar tliet elezzjonijiet lokali, il-Partit Laburista baqa' dejjem iżid fl- appoġġ, filwaqt li l-Partit Nazzjonalista naqqas il-votanti tiegħu. Fl-elezzjoni lokali tal-2008, li saret mal- elezzjoni ġenerali li rebaħ il-Partit Nazzjonalista, il- kandidati Laburisti f 'dan ir-raħal ċkejken kisbu 1,541 vot filwaqt li dawk tal-Partit Nazzjonalista kisbu 835 vot, biex id-distakk kien dak ta' 706 voti. L-elezzjoni li kien imiss saret fl-2012, meta saru l-elezzjonijiet lokali biss. F'din is-sena, il-votanti Nazzjonalisti Dinglin jidhru li għamlu bħal dawk Żebbuġin fl-istess sena u għażlu li jibqgħu d-dar. Fil-fatt, il-Partit Laburista żied il-voti u kiseb 1,644 vot jew inkella 76% tal-voti, filwaqt li l-Partit Nazzjonalista naqqas il-voti u kiseb biss 532 vot jew 24% tal-voti. Il-kaċċa għal ħafna Dinglin hija importanti u fl-elezzjoni lokali tal-2015 ħarġu jivvutaw 87% tal- votanti residenti. Fil-fatt, iż-żewġ partiti reġgħu żiedu l-voti. Il-Partit Laburista kiseb 1,734 vot, filwaqt li l-Partit Nazzjonalista ġab 810 voti. Din is-sena, ġaladarba l-elezzjoni lokali se ssir ma' dik tal-Parlament Ewropew, x'aktarx li l-votanti Nazzjonalisti mhux se jibqgħu d-dar kif għamlu fl-2012 u se joħorġu jivvutaw kif għamlu fl-2008 u fl- 2015. Madanakollu, meta tqis li fl-aħħar tliet elezzjonijiet lokali l-Partit Laburista żied il-voti, filwaqt li l-Partit Nazzjonalista naqqas l-appoġġ, wieħed jista' jikkonkludi li fil-25 ta' Mejju, l-istampa ftit li xejn se tinbidel. L-Imġarr: lokalità Nazzjonalista iżda d-distakk qed jonqos Fl-Imġarr, il-Partit Nazzjonalista minn dejjem kien b'saħħtu iżda minkejja l-fatt li fl-aħħar tliet elezzjonijet lokali żied fil-voti, id- distakk baqa' jonqos. Fil-fatt, id-distakk bejn iż-żewġ partiti l-kbar naqas minn 825 fl-2003 (fis-sena tar-referendum tal-Unjoni Ewropea), għal 502 voti fl-2013 (meta rebaħ l-elezzjoni l-Partit Laburista). Fl-elezzjoni lokali tal-2006, il-Partit Nazzjonalista rebaħ dan ir-raħal b'1,043 vot filwaqt li l-Partit Laburista ġab biss 406 voti, biex id-distakk kien dak ta' 640 vot. Kandidat indipendenti kien kiseb 77 vot. L-elezzjoni lokali li jmiss saret ma' dik tal-Parlament Ewropew fl-2009, fejn il-Partit Nazzjonalista reġa' żied il-voti u kiseb 1,164 vot. Il-Partit Laburista żied ukoll il-voti u kiseb 649 vot, biex id-distakk niżel għal 515-il vot. L-istess kandidat indipendenti li kkontesta fl-2006 wkoll żied il-voti u kiseb 103 voti. L-aħħar elezzjoni lokali saret mal- elezzjoni ġenerali li rebaħ il-Partit Laburista fl-2013. Aktar Imġarrin ħarġu jivvutaw u ż-żewġ partiti reġgħu żiedu l-voti biex il-Partit Nazzjonalista kiseb 1,377 vot u l-Partit Nazzjonalista 875 vot. Għalhekk, għalkemm bi ftit, id-distakk bejn il-partiti reġa' naqas għal 502 voti. Fl-istess sena, kandidat indipendenti rnexxielu jikseb 224 vot. Għal kuntrarju ta' dak li seħħ fl- aħħar snin, x'aktarx li din is-sena, iż-żewġ partiti se jnaqqsu fil-voti tagħhom ġaladarba l-elezzjoni lokali mhux se ssir ma' elezzjoni ġenerali. Għalkemm id-distakk jibqa' jiffavorixxi l-Partit Nazzjonalista, diffiċli taqbad u taqta' linja. Iż-żewġ partiti żiedu fil-voti u d-distakk mhuwiex xi wieħed sostanzjali. Hemm ukoll il-224 vot li kiseb il-kandidat indipendenti li fl-aħħar fl-elezzjoni lokali. Għalhekk għall- Imġarr, l-elezzjoni tax-xahar id-dieħel tibqa' kaxxa magħluqa. L-Imtarfa: ħames voti biss bejn iż-żewġ partiti Xi drabi, ir-riżultati fl-elezzjonijiet lokali, ma jkunux jirriflettu biss dak li jkun għaddej fuq skala nazzjonali, iżda kwistjonijiet lokali jaffettwaw ukoll. Hekk ġara fl-Imtarfa. Mill-2007 'l hawn, il-kunsill għadda minn idejn il-Partit Laburista għal idejn il-Partit Nazzjonalista biex għal ħames voti biss reġa' rebħu l-Partit Laburista. Fl-2007, il-Partit Laburista rebaħ dan il-kunsill wara li l-kandidati tiegħu rebħu 626 vot filwaqt li l-Partit Nazzjonalista ġab 370 vot. Iżda dan il-kunsill ma tantx kellu ħajja twila. Wara kwistjoni interna, dan il-kunsill kien ġie xolt u sena biss qabel jintemm it-terminu tiegħu kellha ssir elezzjoni biex jiġi elett kunsill ieħor. Fil-fatt, din l-elezzjoni lokali għall- kunsill tal-Imtarfa saret waħedha fl-2008 u l-kunsill kien intrebaħ mill-Partit Nazzjonalista li kiseb 468 vot filwaqt li l-Partit Laburista kiseb 410 voti. Dan ifisser distakk ta' 58 vot bejn il-partiti. Fl-istess sena, il-kandidat indipendenti li kkontesta f 'isem 'Għal Imtarfa Aħjar,' kiseb 97 vot. Is-sena ta' wara, jiġifieri mal- elezzjonijiet Ewropej tal-2009, ir-residenti tal-Imtarfa kellhom jerġgħu jivvutaw għall-kunsill lokali. Forsi għax aktar nies ħarġu jivvutaw, iż-żewġ partiti żiedu l-voti, iżda d-distakk baqa' l-istess u l-Partit Nazzjonalista li kiseb 735 vot żamm f 'idu l-kunsill. Dik is-sena, il-Partit Laburista kiseb 677 vot, filwaqt li l-kandidat indipendenti kiseb 42 vot. L-aħħar elezzjoni lokali saret fl-2013 mal-elezzjoni ġenerali li rebaħ il- Partit Laburista. Kif wieħed jistenna, ġaladarba aktar nies ħarġu jivvutaw, iż-żewġ partiti fl-Imtarfa żiedu fil-voti tagħhom u spiċċaw ras imb ras. Il-Partit Laburista (li kiseb 865 vot) reġa' rebaħ il-maġġoranza b'distakk ta' ħames voti biss. Din is-sena ma kkontesta l-ebda kandidat indipendenti u dan jista' jkun li ħalla l-effett tiegħu wkoll. Jekk f 'kull lokalità l-elezzjoni hija kaxxa magħluqa, b'distakk ta' ħames voti biss, għall-Imtarfa hija ħafna aktar. Jiddependi kemm se joħorġu jivvutaw residenti f 'Mejju li ġej. hemm l-ebda elezzjoni oħra, tant li ħarġu jivvutaw 64% biss taż- saret fl-2015, dakinhar li seħħ ukoll ir-referendum dwar il-kaċċa. Fil-fatt, aktar Żebbuġin ħarġu jivvutaw u ż-żewġ partiti żiedu fil-voti tagħhom. imma jitlef sew fir-Rabat u f 'Ħaż-Żebbuġ elezzjoni ġenerali li rebaħ il-Partit Laburista fl-2013. Aktar Imġarrin ħarġu jivvutaw u ż-żewġ partiti reġgħu żiedu l-voti biex il-Partit Nazzjonalista kiseb 1,377 vot u l-Partit Nazzjonalista 875 vot. Għalhekk,

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 14 April 2019