Illum previous editions

ILLUM 14 April 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1104598

Contents of this Issue

Navigation

Page 24 of 31

Sports 25 Il-Ħadd 14 ta' April 2019 | illum minn Cristian Antony Muscat JESSICA Pace – fost l-aqwa plejers li pproduċa tat-table tennis f 'pajjiżna f 'kull żmien. Hija stess tatna iktar dettaji. "Ilni nilgħab it-table tennis minn mindu kelli sitt snin. Minn età żgħira ħafna, kont immur nara lil missieri jitħarreġ u jikkompeti u dejjem kont ngħidlu li waħda mill-ikbar xewqat tiegħi hi li nilgħab bħalu. Meta missieri rani li kont ħerqana immens biex nibda nitgħallem, hu beda jikkowċjani serjament. Minn hemmhekk beda l-vjaġġ tiegħi tat-table tennis. Minn mindu bdejt nilgħab, jien qatt ma waqaft nipprattika dan l-isport, għall-ebda raġuni, la minħabba l-iskola, la minħabba l-Università, la minħabba x-xogħol, u saħansitra lanqas meta kelli eżamijiet importanti, sal-lum il-ġurnata. Mill- esperjenza personali nista' ngħid li t-table tennis għeni fl-istudji tiegħi u fil-ħajja ta' kuljum. Illum il-ġurnata jien infermiera kkwalifikata u naħdem id-Dar tal-Kleru, Birkirkara. Kif nispiċċa mix-xogħol, għalkemm xi kultant din ma tkunx faċli, xorta mmur nipprattika jew nikkompeti, u nħoss li dan jgħinni mentalment wara ġurnata twila. Minn mindu kont żgħira kkompetejt f 'diversi kampjonati kemm dawk nazzjonali kif ukoll dawk internazzjonali. Fihom, irbaħt diversi kampjonati nazzjonali (Ranking tournaments; friendly tournaments immexxija minn organizzazzjonijiet, eċċ.) Irbaħt ukoll kampjonati f 'diversi kategoriji, barra mill-pajjiż (fosthom l-Italja u anke fl-Ingilterra). Fis- snin 2009/2010, jien lgħabt għal tim ġewwa Catania fil-kampjonat Sqalli, fejn ġejna t-tieni fil-klassifika ġenerali. Ġejt magħżula biex nirrappreżenta lil Malta f 'kompetizzjonijiet internazzjonali sinifikanti oħra, bħall-Kampjonati tad- Dinja u Kampjonati Ewropej. Minn meta bdejt nilgħab, jien attendejt diversi 'training camps' ġewwa Malta, Spanja, l-Italja, l-Awstrija, l-Ungerija u l-Ingilterra, fejn hemmhekk iltqajt ma' xi wħud mill- aqwa atleti u kowċis minn postijiet differenti tad-dinja. Meta ssiefer u tilgħab barra mill-pajjiż, qed tiġi espost għal bosta stili differenti. Issib kowċis differenti li jagħtuk diversi tattiċi u pariri differenti, li jekk jirnexxilek iżżommhom f 'moħħok u tipprova tapplikahom fil- prattika, għandek timmatura u ttejjeb il-livell tal-logħba tiegħek, flimkien mal- impenn, dedikazzjoni u perseveranza. Fis-sena 2008, bdejt nipprattika dan l-isport fl-akkademja ta' Sharp Shot Table Tennis, kif ukoll, flimkien ma' missieri bdejna nħarrġu lill-istudenti. Din l-esperjenza tatni l-opportunità li nipprattika ma' diversi plejers lokali, nikkompeti jew nipprattika barra minn Malta kif ukoll tatni l-possibbiltà li niżviluppa ċerti 'coaching skills'. Illum il-ġurnata nilgħab fl-Ewwel Diviżjoni tal-Kampjonat Nazzjonali Malti għal Sharp Shot Petrolea. Fl-opinjoni tiegħi, naħseb li l-aktar affarijiet eċitanti rigward it-table tennis huma li dan l-isport huwa wieħed li jinkludi ħafna abilità mhux biss fiżika imma anke mentali, m'għandux limitu ta' xi età partikolari u dejjem hemm spazju fejn wieħed jista' jitjieb, u bħal kull sport ieħor, ir-rebħ qatt mhu garantit. Matul il-karriera tat-table tennis tiegħi, naħseb li l-iżjed ħiliet importanti huma d-dedikazzjoni, l-impenn, it- tqassim tal-ħin, id-dixxiplina tiegħek personali, ir-rispett, l-ottimiżmu u li qatt m'għandek taqta' qalbek. Bħal sport ieħor, it-table tennis jgħinek biex tibqa' fiżikament b'saħħtek u jgħinek ittejjeb il- kordinazzjoni, il-bilanċ, ir-riflessi, il-ħinijiet, il-flessibiltà, kif ukoll il- veloċità. It-table tennis għallimni wkoll diversi valuri importanti f 'ħajti. Ftit minn dawn il-valuri huma li titgħallem tirrispetta lilek innifsek, lil sħabek tat-tim u anke lill-avversarji tiegħek, kif għandek tkun sportiv u jsaħħek ukoll mentalment. Dan l-isport jgħinek ukoll tagħmel ħbieb ġodda, kemm lokalment kif ukoll internazzjonalment u jgħinek tibni iżjed kunfidenza fik innifsek. Però, l-iktar ħaġa importanti hija li fil-ħajja tkun kemm tkun tajba, qatt ma tista' tirbaħ dejjem! 'It-table tennis għallimni diversi valuri importanti' - Jessica Pace • Under 11/13/15/18/21 Champion Nazzjonali • Champion Nazzjonali tan-Nisa. Fl-età ta' 13-il sena, rebħet it-Titlu tal- Kampjonat Nazzjonali tan-Nisa għall-ewwel darba. Kienet l-iżgħar waħda li rebħet dan it- titlu ta' età żgħira ħafna. Sal-lum il-ġurnata, għadha ġġorr dan it- titlu, għal dawn l-aħħar għaxar snin konsekuttivi. • Champion Nazzjonali tan-Nisa fil-kategorija tad-'Doubles' • Champion Nazzjonali fil-kategorija tal-'Mixed Doubles' • Midalja tal-Fidda fil-logħob tal-'FISEC' (Teams Event) • Żewġ midalji tal- Bronż fil-'GSSE' 2011 (Liechtenstein) (Teams Event u Doubles Event) • Midalja tal-Fidda fil-'GSSE' 2013 (il- Lussemburgu) (Teams Event) • Żewġ midalji tal- Bronz fil-'GSSE' 2015 (l-Iżlanda) (Teams Event u Doubles Event) • Midalja tal-Fidda fil-'GSSE' 2017 (San Marino) (Teams Event) Unuri li rebħet Jessica Pace fit- table tennis Titgħallem tirrispetta lilek innifsek, lil sħabek tat-tim u anke lill- avversarji tiegħek

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 14 April 2019