Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1104598
Aħbarijiet 6 illum | Il-Ħadd 14 ta' April 2019 Raħal żgħir li mistenni jibqa' fortizza Nazzjonalista Ħal Balzan hija lokalità żgħira fejn il-PN dejjem kiseb maġġoranzi kbar, fil-fatt din il-lokalità tista' titqies bħala fortizza Nazzjonalista. S'issa, il-Balzaniżi vvutaw għal elezzjoni lokali u dik ġenerali darba biss, fl-2008. F'dik l-elezzjoni fil-fatt il-PN, b'2,073 vot, ġab l-aktar numru ta' voti fl-aħħar snin. Il-Partit Laburista kiseb 584 vot biex kiseb biss 21% tal-vot hawnhekk. Għal darba oħra n-Nazzjonalisti baqgħu d-dar f 'rati ogħla meta fl-2012 l-elezzjoni lokali saret waħedha. Dakinhar il-PN kien naqqas 877 vot, li għal lokalità żgħira huwa numru pjuttost kbir. Il-PL kien naqqas madwar 90 vot. Dan it-tnaqqis fil-voti Nazzjonalisti fisser illi d-distakk naqas bin-nofs, minn 1,489 favur il-PN għal 701 favur il-PN. Fl-2015 u allura mar-referendum tal-kaċċa l-PN reġa' żied il-voti biex ġie qrib il-livelli tal-2008. B'1,835 vot il-PN kiseb 76%, bil- Labour jibqa' statiku b'568 vot. Hija kważi ċertezza li l-PN se jerġa' jirbaħ din il-lokalità, għalkemm il-kobor tar-rebħa se jkun determinat bl-ammont ta' votanti li fil-fatt joħorġu jivvutaw. Bil-Labour jibqa' prattikament statiku iżda, hija possibilità remota li jirbaħ il-kunsill. L-AD ukoll kienet ipparteċipat f 'din il-lokalità fl-2008 meta ġabet 107 voti u fl-2012 meta naqqset il-voti għal total ta' 71. darba biss, fl-2008. F'dik l-elezzjoni fil-fatt il-PN, b'2,073 vot, ġab l-aktar numru ta' voti fl-aħħar snin. Il-Partit Maġġoranza Nazzjonalista, b'voti Laburisti li dejjem qed jiżdiedu L-Iklin huwa s-subborg modern ta' Birkirkara, Ħal Lija u Ħal Balzan, bħalma s-Swieqi huwa s-subborg modern ta' Tas- Sliema u San Ġiljan. Bħas-Swieqi, l-Iklin hija lokalità fejn il-Partit Nazzjonalista s'issa dejjem kellu maġġoranzi, anke jekk il- kumdità ta' dawk il-maġġoranzi naqset maż-żmien. Fl-2008 u allura fl-unika darba minn dawn l-aħħar tliet elezzjonijiet li l-elezzjoni lokali saret ma' waħda ġenerali, il-PN kiseb l-aħjar riżultat b'distakk ta' 437 favurih u total ta' 1,234 vot (57%). Il-Partit Laburista kiseb 797 vot (37%) u l-AD 98 vot. Fl-2012 meta l-elezzjoni lokali saret waħedha, għal darb'oħra ħafna Nazzjonalisti għażlu li jibqgħu d-dar bil- konsegwenza li l-PN naqqas 300 vot. Il-PL min-naħa l-oħra naqqas 30 vot biss. Id-distakk kien biss ta' 169 vot. Fl-2015 u allura mar- referendum dwar il-kaċċa kien hemm ċaqlieqa 'l fuq għaż-żewġ partiti, bil-PN jikseb 1,170 (+235 vot) u l-PL jikseb 905 (+139 vot) biex kiseb l-aqwa riżultat f 'dawn it-tliet elezzjonijiet. Minkejja li l-PN dejjem ġab maġġoranzi, fl-aħħar elezzjoni l-PL ġab riżultat tajjeb ħafna. Minkejja dan, kollox se jiddependi fuq x'se tagħmel il-bażi ta' votanti Nazzjonalisti f 'din il-lokalità. Huwa ċar, kif inhi x-xejra f 'kull lokalità f 'Malta, li l-vot Nazzjonalist jilgħab ħafna filwaqt li dak Laburist jew baqa' fejn kien jew saħansitra żdied. Il-probabbilità hija li l-PN jaqbeż l-agħar riżultat tal-2012 (935) hekk kif din hija elezzjoni nazzjonali, però l-PN se jkollu jaċċerta li jaqbeż l-1,000 vot hawn jekk irid iżomm distakk komdu mill-PL. Maġġoranza komda Nazzjonalista li mistennija tibqa' Ħal Lija huwa raħal żgħir ieħor li jmiss ma' Ħal Balzan, huwa magħruf għan-nar tal-festa u fejn il- Partit Nazzjonalista wkoll għandu maġġoranza komda. Fl-2006, meta l-poplu ta' Ħal Lija ntalab jivvota għall- elezzjoni lokali biss, il-PN kiseb 828 vot filwaqt li l-PL kiseb 544 vot jew 37%. Id- distakk kien ta' 284 b'kollox. Fl-2009, meta saret ukoll l-elezzjoni tal-Parlament Ewropew, il-Partit Nazzjonalista żied il-voti għal 1,203 voti biex żied id-distakk b'mod qawwi għal 603 voti. Il-PL ukoll żied numru ta' voti, imma ż-żieda kienet pjuttost insinifikanti b'66 vot. Fl-2013 imbagħad, meta r-residenti ta' Ħal Lija ħarġu jivvutaw ukoll għall-elezzjoni ġenerali, il-PN reġa' żied il-voti u b'1,339 allura kiseb l-aqwa riżultat mill-2006, b'żieda ta' 136 mill-2009. Il-PL reġa' żied ukoll 80 vot biex id-distakk reġa' tela' għal 656 vot. U f 'Mejju? Kważi ċertezza li jekk ix-xejriet tal-aħħar snin jibqgħu, il-PN iżomm din il- lokalità f 'idejh għalkemm jara xi tnaqqis, kif jara l-PL ukoll, minħabba li dik ta' Mejju mhux se taħbat ma' elezzjoni ġenerali. Fl-2006, l-AD ikkontestat u kisbet 77 vot, filwaqt li fl-2013 kandidat indipendenti kiseb 127 vot, li interessanti naraw fejn imorru kieku dan il-kandidat ma joħroġx. Hawnhekk jaf ikollna wkoll l-AD mill-ġdid. elezzjoni lokali biss, il-PN kiseb 828 vot filwaqt li l-PL kiseb 544 vot jew 37%. Id- distakk kien ta' 284 b'kollox. Fl-2009, meta saret ukoll l-elezzjoni Ir-Rabat: il-partiti jibdew ras imb ras iżda l-PL jitlaq jiġri 'l quddiem Sal-elezzjoni lokali tal-2006, il-Partit Laburista u l-Partit Nazzjonalista kienu ras imb ras fil-lokalità tar-Rabat, li tiġbor fiha żoni oħra fosthom il-Baħrija. Madanakollu, fl-elezzjonijiet lokali li ġew wara, jiġifieri dawk tal-2009 u tal- 2013, anke jekk iż-żewġ partiti dejjem żiedu l-voti, il-Partit Laburista ġera 'l quddiem biex sal-aħħar elezzjoni lokali d-distakk kien ta' madwar 1,000 vot. Fl-elezzjoni lokali tal-2006, jiġifieri sentejn wara li l-Partit Laburista rebaħ b'distakk qawwi l-ewwel elezzjoni tal- Parlament Ewropew u sentejn qabel ma l-Partit Nazzjonalista rebaħ elezzjoni ġenerali bi żbrixx, il-Partit Laburista rebaħ il-kunsill Rabti bi 3,481 vot, filwaqt li l-Partit Nazzjonalista ġab 3,208 voti. Dan ifisser li sal-2006, id-distakk bejn iż-żewġ partiti kien dak ta' 273 vot. L-elezzjoni lokali li kien imiss seħħet fl-2009, fl-istess jum li fih kien hemm l-elezzjoni tal-Parlament Ewropew. F'din l-elezzjoni, il-Partit Nazzjonalista żied biss 63 vot, filwaqt li l-Partit Laburista żied 721, biex rebaħ il-Kunsill Lokali b'distakk ta' 931 vot. Il-kunsill preżenti ġie elett fl-2013, fl-istess jum tal-elezzjoni ġenerali li rebaħ b'distakk kbir il-Partit Laburista. Għalkemm huwa ċar li aktar Rabtin ħarġu jivvutaw tant li ż-żewġ partiti żiedu fil-voti tagħhom, id-distakk baqa' kważi kważi l-istess, biex il-Partit Laburista żamm il-Kunsill f 'idejh wara li ġab 988 vot aktar mill- Partit Nazzjonalista. B'kollox, f 'din l-elezzjoni, il-Partit Laburista kiseb 4,761 vot, filwaqt li l-Partit Nazzjonalista kiseb 3,773 vot. Għalkemm din is-sena x'aktarx li inqas nies joħorġu jivvutaw, bit-turnout x'aktarx li jkun simili għal dak tal-2009, il-Partit Laburista jidher li kiseb appoġġ qawwi f 'din il-lokalità li diffiċli jingħeleb fl-elezzjoni tax-xahar id-dieħel. jivvutaw, bit-turnout x'aktarx li jkun simili għal dak tal-2009, il-Partit Laburista jidher li kiseb appoġġ qawwi f 'din il-lokalità li diffiċli jingħeleb fl-elezzjoni tax-xahar id-dieħel. ....tkompli minn paġna 5 30 vot biss. Id-distakk kien biss ta' 169 vot. Fl-2015 u allura mar- referendum dwar il-kaċċa kien hemm ċaqlieqa 'l fuq għaż-żewġ partiti, bil-PN jikseb 1,170 (+235 Il-PN: Jibqa' b'saħħtu f 'Ħal Balzan u Ħal Lija imma