Illum previous editions

ILLUM 14 April 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1104598

Contents of this Issue

Navigation

Page 18 of 31

19 Il-Ħadd 14 ta' April 2019 | illum Editorjal Editorjal ILLUM, MEDIATODAY LTD, VJAL IR-RIĦAN, SAN ĠWANN SĠN 9016 Tel: (356) 21 382741-3, 21 382745-6 • Fax: (356) 21 385075 Ittri u Kummenti, Imejl: illum@mediatoday.com.mt Adrian Delia, minn wara s-swar mhux se tinduna li qed jitilquk in-nies IS-SONDAĠĠI li kienu ppubblikati bħal-lum ġimgħa (ara paġna 8) huma inkwetanti ferm. Iktar inkwetanti però hija din l-attitudni kważi ta' riftjut li t-tmexxija tal-PN tirrikonoxxi din il-problema u għallinqas tidher li qed tagħmel xi ħaġa, li tmur lil hinn mill-paniġierki lil min ilu kkonvertit. It-tmexxija tal-PN trid tidher, għax dak li tidher li qed tagħmel fil-politika huwa importanti daqs dak li fil-fatt qed tagħmel, li qed tlaqqa' l-forzi kollha tal-PN, lil dawk li huma ta' kwalunkwe ħsieb, ta' kwalunkwe sfond u dawk kollha li forsi abbandunaw lill-partit, qed iġibhom flimkien. Forsi dawk li għandhom l-uffiċini f 'Tal-Pietà għadhom ma ndunawx x'qed jiġri, għax bnew is-swar u qed jemmnu l-illużjoni li 'kollox sew' li 'm'hemm xejn ħażin, li 'se naslu' u li l-partit 'jinsab magħqud'. Mhux se nsemmu ismijiet ta' nies privati, imma kull min huwa barra mis-swar jaf li hemm Nazzjonalisti akkaniti li kienu kważi jobgħodu lil-Labour li llum qed jieħdu r-ritratti mal-PM Joseph Muscat. Hemm nies li kienu jkunu fl-eqqel tat-tensjoni f 'Ta' Qali jew in-Naxxar fis-sala tal-għadd tal-voti, f 'isem il-PN li llum ma jridux jafu bil-partit, li llum iħossuhom li m'għadhomx jiffurmaw parti mill-PN. Hemm tgedwid u tgergir fost il-Kunsilliera, b'uħud bħal Raymond Caruana fiż-Żejtun saħansitra se joħoroġ mal-Partit Laburista. Dawn mhux fuq switchers qed nitkellmu jew xi erba' opportunisti, imma fuq nies li kif tgħid l-espressjoni kienu 'demmhom blu.' Fuq nies li ma tantx raw il-glorja tal-Labour. Biex għadhom qed jitilqu dawn in-nies, min jaf kemm għadhom qed jitilqu oħrajn li mhux qed idoqqu trombi. U s-sondaġġ jurih dan. Biex tgħaxxaq kellna l-gaffe ta' Kristy Debono u Hermann Schiavone li, min-negozjanti kollha li setgħu ltqagħu magħhom, marru jiltaqgħu ma' Yorgen Fenech, l-istess negozjant li l-PN, ġustament, tefa' tant dubju fuqu. Jekk mhux każ sfaċċat ta' stupitaġni politika, bilfors trid tkun nuqqas ta' esperjenza u ħażen. Hu x'inhu l-messaġġ kompla jintbagħat u aktar nies li forsi huma Nazzjonalisti mhux akkaniti u ħafna switchetrs ħaduh. 'Dawn kollha l-istess', 'it- tnejn iridu min-negozjanti', 'it-tnejn iħokku dahar xulxin'. Il-poplu jħoss li m'hemmx differenza reali bejn it- tnejn. Fuq il-mina, l-istess pożizzjoni. Fuq il-kaċċa l-istess pożizzjoni. Fuq il-qrubija man-negozjanti kbar, l-istess pożizzjoni. Fuq it-tolleranza għall- prattiċi ħżiena, issa l-istess pożizzjoni. Fuq it-turiżmu, fuq l-ekonomija... l-istess pożizzjoni u fuq il-barranin, pożizzjoni (suppost) differenti però x'se jagħmel u ma jagħmilx Delia qatt ma qal. Kif kienet qalet tant tajjeb Daphne Caruana Galizia; 'why buy a fake when you have the real thing?' Barra mis-swar li bnew f 'Tal-Pietà ħafna u ħafna Nazzjonalisti huma qalbhom maqtugħa, diżilużi u beżgħana. Imdejqin għax id-dawl fl-aħħar tal-mina mhux qed jarawh u għax qatt ma bassru li l-partit se jibqa' jitlef u jitlef. In-Nazzjonalisti ġenwini issa xebgħu u ddejqu; min- naħa mill-bsaten fir-roti u minn oħra minn nuqqas t'azzjoni, it-tgerfix u l-iżbalji. Dan huwa ħażin għall- pajjiż. M'hemmx tidwir, huwa ħażin ħafna. Iżomm kemm iżomm mas-siġġu wara s-sur, Adrian Delia, jekk żmien il- kontijiet f 'Mejju ħa jagħtih xi telfa ta' 50,000 vot ma jkollu ebda għażla ħlief li 1) jew jirriżenja jew inkella 2) jerġa' jmur quddiem it-tesserati u jitlob vot ta' fiduċja mingħand dawk li eleġġewh. In-nuqqas ta' dan ikun biss posponiment tal-ovvju u irresponsabbilità politika kbira, li din il-gazzetta se tibqa' tikteb kontriha kemm ikun hemm bżonn. Jalla f 'Mejju l-PN ma jiħux it-tisbita li qed juru s-sondaġġi, però jekk jieħu, nafu lejn min irridu nħarsu. The buck stops with the leader, xejn iktar u xejn inqas! Editur: Albert Gauci Cunningham

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 14 April 2019