Illum previous editions

ILLUM 14 April 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1104598

Contents of this Issue

Navigation

Page 12 of 31

13 Intervista Il-Ħadd 14 ta' April 2019 | illum żżid il-ħaddiema u żżid ir-rotot' l-kapital." Huwa jgħid illi għal kapital għandek bżonn jew Gvern li jagħti l-kapital hu jew inkella li l-Air Malta jkollha sieħeb strateġiku. Mizzi mill-ewwel jitfa' fil-ġenb it-tieni possibilità u jġib eżempju b'kumpanija li fl-aħħar ġranet kienet lesta li tixtri l-Air Malta, iżid bil- kundizzjoni li ttir fuq 12-il rotta, dawk ir-rotot li qed jagħmlu l-flus. "Jiena stajt għamilt dan kieku ridt u konna nagħmlu profitt ta' €25 miljun. Imma dak mhux l-iskop tal-Air Malta. L-Air Malta trid tagħti servizz lill-pajjiż." Mizzi sostna li dak li qed jgħid hu ma jfissirx li l-Air Malta ma jkollhiex sieħeb minoritarju, "imma jiena nixtieq Air Malta Maltija li qed tikber u żżid il-ħaddiema u żżid id-dipartimenti u żżid ir-rotot, lil hinn minn dak li sar s'issa," jgħid Mizzi. Il-Ministru tat-Turiżmu jgħid illi t-tfittxija ta' sieħeb minoritarju għall-Air Malta "mhix qiegħda fuq il-mejda." 'It-turisti żdiedu imma trid tara fejn marru' Indur fuq it-turiżmu. Bħalissa din l-industrija għaddejja minn tkabbir, bis- sena l-oħra tkun sena rekord. Il-proġezzjonijiet għal din is-sena x'inhuma? U kemm se nibqgħu nżidu? Se nilħqu 'saturation point' u allura t-turiżmu ma jibqax jiżdied? "Aħna rridu nżidu l-aktar fix- xhur batuti tax-xitwa, ix-xhur magħrufin bħala 'shoulder months' u li jkopru minn Novembru sa Marzu. F'dawn ix-xhur aħna kellna żieda ta' 6% u matul din ix-xitwa l-MIA ġarret żewġ miljun persuna," ifakkar Mizzi. Nirrimarkalu li lukandiera li tkellmu ma' din il-gazzetta u anke kumpaniji fornituri qalu illi din ix-xitwa kien hemm tnaqqis aktar drammatiku meta kkumparat mas-snin ta' qabel. X'ġara? Mizzi mill-ewwel jilqa' billi jfakkar illi t-turisti żdiedu mhux naqsu, b'6%. "Issa rridu naraw fejn marru. Kellek il- lukandi ta' tlieta u erba' stilel sa fejn naf jiena marru tajjeb u l-lukandi ta' ħames stilel marru tajjeb ukoll, imma numru ta' turisti qed ifittxu alternattivi." Ifakkar illi bil-ftuħ ta' numru ta' boutique hotels, numru ta' turisti li jiġu hawn fuq negozju qed jippreferu joqogħdu fihom. Fakkar ukoll fil-kunċett il-ġdid, li qed jaqbad ħafna, jiġifieri l-kiri ta' appartamenti bħala akkomodazzjoni għall- vaganza, dan l-aktar permezz tal-kunċett tal-Airbnb. "Turist forsi jipprova joqgħod f 'appartament, komdu u sabiħ u forsi jiffranka ftit flus ukoll. Dan fenomenu li ma nistgħux inwaqqfuh," jinsisti l-Ministru. "Aħna rridu taħlita tat-tnejn." Infakkru illi l-akbar problema tal-lukandiera hija nuqqas ta' regolarizzazzjoni tal-Airbnb, mhux l-Airbnb innifsu. "Qed naħdmu biex l-operaturi jirregolarizzaw ruħhom, fil-fatt qed naħsbu f 'inċentiv tat-taxxa biex dan isir." Ifakkar illi dan ma jfissirx tnaqqis fin-numru ta' nies li jużaw l-Airbnb u qal illi biex ikun ikkumpensat it-tnaqqis, il-Gvern irid jaħdem biex jattira aktar turiżmu tal- konferenzi. U minn April se jkollna aktar tisħiħ minħabba żieda ta' rotot minn u lejn Malta. Imma l-infrastruttura tagħna tiflaħ? Finalment induru fuq l-infrastruttura. Tajjeb li qed jiġu aktar turisti, imma l-infrastruttura qed tlaħħaq? Tiflaħ għal din iż-żieda kollha? Postijiet bħall-Buġibba u l-Qawra qed joffru l-prodott li bħala pajjiż nixtiequ? "M'hemmx dubju (li l-prodott ta' Buġibba u l-Qawra mhux tajjeb). Irridu nassiguraw li f 'San Pawl il- Baħar nibdew l-investiment billi nibdew b'sistema ġdida ta' drenaġġ." Imma beda dan ix-xogħol? "Il-Korporazzjoni tal-Ilma qed jagħmlu l-każ tagħhom quddiem l-UE għal aktar fondi." Għal mument jaqbeż fuq Paceville u dawk in-naħiet u jgħid kif il- Gvern se jiżvela proġett ta' riġenerazzjoni ta' €10 miljuni li jibda minn Spinola u jibqa' sejjer fl-inħawi kollha ta' Paceville." Dwar Paceville, għal ħin qasir semmejna l-Gentlemen's Clubs b'Mizzi jgħid illi jekk nixtiequ ngħollu l-livell hemm bżonn li jitnaqqsu t-tlajjar ta' nies u anke t-tip ta' sinjali li jintużaw ma' dawn il-ħwienet. "Irridu naraw li ntejbu l-prodott tagħna, fosthom għandna pjan għall-Imsida, The Istrand, Marsaxlokk u Birżebbuġa. Wara mbagħad nibdew San Pawl il-Baħar, fejn irridu nibdew naħdmu fuq infrastruttura li ma tidhrix." Nagħlqu bil-problema ta' ħmieġ madwar il-pajjiż. Nirrimarkalu illi fil-pajjiż għandna problema ta' ħmieġ li jintefa' madwar il-pajjiż kollu. Mizzi sostna li hemm kordinament sħiħ bejn il- Ministeri u li x-xogħol qed isir mill-Fondazzjoni għaż- Żoni Turistiċi "li qed tagħmel ħafna xogħol." 'Il-Gvern ma jridx jagħmel pressjoni dwar il-valutazzjoni tal-art tal- Corinthia' Qabel nagħlqu nistaqsih fuq kontroversja li dwarha komplew ħerġin diversi aħbarijiet din il-ġimgħa. Bħalissa għaddejja l-valutazzjoni tal-art, xi ħaġa li ġabet ħafna kritika għaliex bosta sostnew li l-prezz tal-art kien wisq ftit, meta tikkunsidra d-daqs u l-pożizzjoni tagħha. Mizzi jfakkar illi l-ħidma fuq il-Corinthia bdiet fl- 2014 b'Memorandum of Understabding ikun iffirmat fl-2015. "Ladarba qbilna fil-Kabinett fuq il-prinċipju, bdejna mmexxu u kellna l-ewwel reazzjonijiet għall- ewwel abbozz. Issa qed nipprovaw nindirizzaw il-problemi," jgħid Mizzi li jispjega kif issa l-iżviluppatur mhux se jkun jista' jagħmel riklamazzjoni tal-art, li l-kosta se tibqa' tal-pubbliku kif ukoll se jitnaqqas il-fattur ta' real estate." Mistoqsi dwar il-valur tal- art Mizzi, jispjega li l-Gvern qabbad kumpanija privata li qed tagħmel il-valutar hi, indipendentement mill- Gvern u malli tkun lesta din tmur bil-valutazzjoni u l-proċess jerġa' jibda miexi minn hemmhekk. U meta se jkun lest dan il- valutar? "Il-Gvern ma jixtieqx jagħmel pressjoni, meta jlestu r-rapport jagħtuhulna u mmexxu," sostna Mizzi mal- ILLUM. Konrad Mizzi, il-Ministru tat-Turiżmu • Ritratt: James Bianchi

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 14 April 2019