Illum previous editions

ILLUM 14 April 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1104598

Contents of this Issue

Navigation

Page 26 of 31

27 Sports Il-Ħadd 14 ta' April 2019 | illum Tirritorna bil-kbir wara intervent kirurġiku minn Cristian Antony Muscat DENISE Micallef - fost l-aqwa plejers li pproduċa l-waterpolo tan-nisa f 'Malta f 'dawn l-aħħar snin, waqt li rritornat fix-xena bil-kbir wara intervent kirurġiku. Hija stess tatna iktar dettalji. "Tħajjart nibda nilgħab il-waterpolo ta' 12-il sena meta bdejt nattendi t-taħriġ fil-waterpolo ma' San Ġiljan. Kont tħajjart għax l-għawm kien jogħġobni u wkoll kont nara lil ħija Thomas jitħarreġ u jilgħab bħala gowler ma' San Ġiljan. Nitħarreġ man-nisa, taħt il-gwida tal-kowċ Dale Dowling, kif ukoll mas-subien taħt il-gwida tal-kowċ Marko Orlovic li jagħtini l-opportunità li nitħarreġ ta' kuljum sabiex ikolli ċans nitjieb iktar. Filwaqt li l-kowċ tan- nazzjonal li dejjem tħarriġt taħt il-gwida tiegħu u li dejjem appoġġjani immensament huwa Anthony Farrugia. Niftakar meta jien kont parti mit-tim tan-nisa (U17) li għall-ewwel darba kkompeta barra minn xtutna. Kulħadd kien stenna li nikkwalifikaw lejn l-aħħar post, imma ssorprendejna lil kulħadd meta spiċċajna fir-raba' post minn tmienja fl-EU 8 Nations Cup ġewwa d-Danimarka. Esperjenza oħra li nibqa' niftakar hi dik tas-sajf li għadda meta lgħabna fil-finali tan-Knock-out kontra Tas-Sliema. Sentejn ilu kelli nieqaf għal seba' xhur sħaħ minn kull tip ta' eżerċizzju minħabba intervent kirurġiku li kellu ngħaddi minnu. Iżda bis-saħħa fiżika li bnejt qabel, kif ukoll bl-għajnuna tal- klabb, il-kowċis u sħabi l-plejers, irnexxieli nerġa' nsib posti fl-ilma fl- iqsar ħin possibbli. Għalija l-aħħar sajf kien l-aktar wieħed memorabbli għax stajt nerġa' nilgħab mingħajr biża' li nweġġa', għax fis sajf ta' qabel stajt nilgħab biss fl-aħħar xahar. Sentejn ilu kont qiegħda nistudja għall-'O' levels, u bħalissa qiegħeda fl- aħħar sena tas-Sixth Form nipprepara għall 'A-levels', u nista' ngħid li t-taħriġ fil-waterpolo nsibu ta' għajnuna kbira għall- waqtiet kemxejn stressanti għaliex jgħinni naħli l-enerġija biex wara nkun nista' nikkonċentra fuq l-istudju tiegħi. Hija verament sfortuna illi l-waterpolo tan-nisa ma jingħatax l-importanza li ħaqqu. Dan is-sajf konna biss erba' timijiet li kkompetejna fil-kampjonat tan-nisa. Bħala tim tan-nisa ta' San Ġiljan, din is-sena għamilna kambjamenti kbar. B'mertu kbir għall- kowċ Dale Dowling kif ukoll għall-kumitat ta' San Ġiljan, irnexxielna nikkonsolidaw it-tim b' akkwisti bħal Rhea Cutajar, il-goalkeeper Stephanie Desjardins, kif ukoll Amy Micallef, li hija wkoll 'national record holder' tal- għawm. Għandna wkoll diversi plejers ġodda, u bħala viċi- captain inħossni fid-dmir li ngħaddi dak li naf u nħoss li hu ta' għajnuna għalihom waqt it-taħriġ. Nibqa' nemmen li għalkemm avvanzajna ħafna, għad fadlilna il- potenzjal li navvanzaw ħafna aktar u nistgħu ntejbu r-riżultati li diġà ksibna u nibdew nġibu l-unuri lejn San Ġiljan. Wara li rajt lil ħija Thomas jgħolli tazza wara oħra, ix-xewqa tiegħi hi li xi darba jmiss lili wkoll!" Hija verament sfortuna illi l-waterpolo tan-nisa ma jingħatax l-importanza li ħaqqu

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 14 April 2019