Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1104598
12 Intervista illum | Il-Ħadd 14 ta' April 2019 FTIT ġimgħat ilu l-Ministru għat-Turiżmu Konrad Mizzi, ħabbar illi l-linja nazzjonali tal-ajru għamlet l-ewwel profitt fi snin twal u (naturalment) ma' din it-tħabbira ħarġu l-kliem tal-awgurju kif ukoll kliem ta' dubju u kritika. Ġranet wara, din il- gazzetta tmur fil-Ministeru tat-Turiżmu fi Triq ir- Repubblika u tintervista lil Mizzi dwar il-linja tal-ajru nazzjonali, il-futur tagħha, is- sostenibilità tal-profitt li sar kif ukoll dwar it-turiżmu u jekk l-infrastruttura tal-pajjiż tistax tlaħħaq. Nibdew b'mistoqsija ħafifa dwar il-Ministeru, peress li din hija l-ewwel intervista li l-gazzetta ILLUM qed tagħmel miegħu f 'dawn l-aħħar erba' snin. Jippreferi l-portafoll tat-Turiżmu? "Onestament, dan is-settur jogħġobni għaliex l-isfidi li joffri huma nazzjonali u allura se jaffettwa lil kulħadd għax mit-turiżmu jiekol kulħadd," sostna Mizzi. Il-linja nazzjonali tal-ajru tagħmel dak li ma jagħmlux il-low cost Induru mill-ewwel fuq l-Airmalta. Profitt wara snin twal: x'ġara issa li ma kienx qed jiġri qabel? Il-Ministru Mizzi jsemmi r-rabtiet tiegħu permezz ta' missieru mal-linja nazzjonali, imbagħad jibda jirrispondi l-mistoqsija. "L-elementi prinċipali kienu l-ftehim kollettiv mal-unjins kollha u li saru biex ikun hemm aktar produttività mill-ħaddiema." Hawnhekk hu jsemmi kif qabel, bl-istess kirja, ajruplan kien itir għal madwar sitt sigħat kuljum, mentri llum qed itir bejn 13 u 14-il siegħa kuljum fix-xitwa u bejn 15 u 16-il siegħa fis-sajf. "Qabel konna ntiru inqas sigħat u naturalment kien hemm limitazzjonijiet ta' kemm itiru l-ħaddiema tal- ajruplani." Minn hawn, Konrad Mizzi jispjega lill-gazzetta ILLUM illi t-tieni raġuni li wasslet għall-profitti fl-Air Malta kien l-ippużizzjunar kruċjali tal-linja nazzjonali. "Hawn min jistaqsi, imma kif se nikkompetu mal- low cost airlines?" jistaqsi rettorikament. "Jiena nemmen fil-bżonn tal-linji tal-ajru 'low cost'. Biss biss, ir-Ryanair għandu 61 rotta, fosthom minn Amman u ħafna postijiet oħra. Imma l-linja nazzjonali tal-ajru għandna bżonn biex immorru ajruporti prinċipali fl-Ewropa, fl-Afrika u fil- Lvant Nofsani, għax hi topera minn dawn l-ajruporti mhux il-linji 'low cost'," ifakkar Konrad Mizzi. Huwa jgħid li apparti dan, il-linja nazzjonali tal-ajru se tkun qed toffri 'business class', xi ħaġa li l-'low cost' ma jistgħux joffru. Żammejna l-istess mudell u ffrankajna l-flus "Kellna rotot ġodda li ftaħna, fil-fatt għamilna tkabbir ta' 21 rotta fosthom Kiev, Tunis u Tel Aviv, kollha postijiet sbieħ," ifakkar qabel jgħid li issa "irridu nibdew noħolmu li noperaw rotot 'il bogħod, qed inħarsu lejn Mumbaj, fl-Indja. Jekk naħdmuha tajjeb din ir-rotta jkollha impatt tajjeb fuq l-industrija, in-negozju u anke t-turiżmu," jirromarka l-Ministru. Mistoqsi minn din il- gazzetta fiex wasal ix- xogħol fir-rigward ta' din ir-rotta, huwa jgħid illi saru diskussjonijiet mal- awtoritajiet Indjani ta' Mumbaj, "u konna qed naraw x'tip ta' ajruplani għandna bżonn. Jiena stess staqsjet jekk għandniex bżonn ajruplani kbar (white-bodied aircrafts)." "Iddeċidejna li nżommu l-istess tip ta' flotta, Airbus 320... għalkemm qed inħarsu lejn A320 NeoExtended. Dan huwa l-istess mudell u allura nistgħu nużaw l-istess inġiniera, l-istess piloti u l-istess spare parts. U allura kieku ġibna ajruplani oħrajn kienu jogħlew l-ispejjeż." Hu jispjega illi l-A320 NeoExtended huwa ftit iktar tawwali u allura jesa' aktar nies. Huwa sostna li ma setax jieħu it-tip ta' sogru li kien ikun fiha l-għażla ta' ajruplani kbar. Ir-rotta ta' Tel Aviv qed tagħmel ħafna flus L-ILLUM staqsiet lil Mizzi kif jintgħażlu ċerti destinazzjonijiet. Pereżempju semma Tel Aviv u Tunis, dawn qed jagħmlu profitti? "Hemm tliet tipi ta' rotot," jibda jirrispondi, "dawk ir- rotot li jagħmlu ħafna flus, bħal Heathrow, Gatwick, Pariġi, Amsterdam u Moska. Imbagħad hemm rotot li la qed jagħmlu flus u lanqas jitilfu, imbagħad hemm dawk li qed jitilfu ftit flus." Imma Mizzi mhuwiex inkwetat fuq tal-aħħar u jfakkar illi rotta ġdida xi kultant iddum sentejn jew tliet snin, sakemm tindara. "Kellna sorpriżi però. Ir- rotta ta' Tel Aviv qed tagħmel ħafna flus," jgħid. Imma dawn il-postijiet qed jintgħażlu bħala destinazzjoni jew inkella bħala post minn fejn persuna taqbad titjitra oħra? Huwa jgħid illi hemm ivvjaġġar li jgħaqqad pajjiż ma' ieħor u jagħti eżempju ta' Malta li qed isservi ta' waqfa għal nies li mill-Iżrael sejrin il-Marokk. "15% ta' dawk li jitilqu minn Tel Aviv lejn Malta, jibqgħu sejrin il- Marokk," jgħid il-Ministru. Il-Qatar se ġġib magħha aktar turisti Asjatiċi u Awstraljani Imma l-Ajruport ta' Malta għandu biżżejjed infrastruttura biex ikun hub bħall-Ajruport Ataturk ta' Istanbul, imma fuq skala iżgħar? Mizzi jfakkar illi meta qed nitkellmu dwar 'hub' mhux qed nitkellmu biss dwar l-Air Malta iżda ajruplani u rotot oħrajn li qed jieqfu Malta, fosthom it-Turkish Airlines, l-Etihad kif ukoll, ifakkar, minn Ġunju se jibda jkun hawn titjira kuljum minn Malta permezz tal-Qatar Airways. "Permezz tal-Qatar se nkunu qed nattiraw ħafna turisti Asjatiċi u Awstraljani," jgħid Mizzi li jfakkar illi kull ajrupjan tal-Qatar Airlines jiflaħ 180 passiġġier. Dwar l-infrastruttura jfakkar illi l-Gvern qed jaħdem fuq Masterplan, li permezz tiegħu l-ajruport se jikber fuq in-naħa tal- kafetterija popolari fis-sala tat-tluq, kif ukoll għadda biċċa art ħdejn il-binjiet tal- armata biex jinħoloq aktar spazju ta' parkeġġ għall- ajruplani. "Il-ġimgħa l-oħra ħabbarna tibdil fis-sistema tal-IT. Għandna l-kobor, għandna infrastruttura daqs l-ajruport ta' Gatwick," jgħidilna mingħajr żgur ma stennejna. 'Malli tlajna għal 10 ajruplani ma stajniex inkampaw' Nistaqsih dwar ilmenti li rċeviet din il-gazzetta dwar żieda fil-kanċellazzjonijiet. Mizzi jammetti li kien hemm din il-problema u jispjega illi "malli tlajna għal 10 ajruplani ma stajniex inkampaw, f 'termini ta' nies. Dan wassal biex kellna bosta ħaddiema jirrappurtaw 'għejja' u allura ma setgħux jiġu x-xogħol." Jgħid illi dan wassal għal ftit tibdiliet għalkemm qal illi sal-aħħar tas-sena l-kwistjonijiet kollha operazzjonali se jkunu solvuti. Ifakkar ukoll illi bħal kull linja tal-ajru oħra l-Air Malta jkollha numru żgħir ta' kanċellazzjonijiet minħabba li jkun hemm ftit wisq passiġġieri fuq titjira. Se nagħlqu fuq is-suġġett tal-Air Malta u nistaqsih, anke fid-dawl tal-kritika mill-Partit Nazzjonalista, kemm huwa sostenibbli l-profitt li qed tagħmel din il-kumpanija. "Il-profitti nistgħu nsostnuhom, imma rridu naraw jekk irridux nikbru wkoll u biex nikbru rridu Jiena nemmen fil-bżonn tal-linji tal-ajru 'low cost' ... imma l-linja nazzjonali tal-ajru għandna bżonn biex immorru ajruporti prinċipali " " 'Nixtieq Air Malta Maltija li żżid Corinthia: il-Gvern ma jixtieqx jagħmel pressjoni, meta jlestu r-rapport (dwar il-valutazzjoni) jagħtuhulna u mmexxu " " agcunningham@mediatoday.com.mt Albert Gauci Cunningham Fl-ewwel intervista tiegħu mal-gazzetta ILLUM kemm ilu Ministru tat- Turiżmu, Konrad Mizzi jitkellem dwar l-Air Malta, is-suċċess, kif wasal is-suċċess, il-futur u l-ħaddiema. L-ILLUM tistaqsih ukoll dwar it-turiżmu, Buġibba, Paceville u l-proġett tal-Corinthia...