Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1104598
Sports 31 Il-Ħadd 14 ta' April 2019 | illum kif ukoll noqogħdu attenti x'nieklu. Importanti wkoll li nżommu 'l bogħod minnvizzjijiet, bħal sigaretti, alkoħol u drogi li huma kollha fatturi ħżiena u li jaffettwawlna l-livell u l-abbiltà tagħna fil-futbol. Bħala sagrifiċċji nemmen ukoll li l-futbol għandu ammont sostanzjali ta' ħin, hekk kif nattendu għat-taħriġ ta' kuljum kif ukoll fil- weekends minħabba l-logħob. Il-futbol ukoll iġegħelna nissagrifikaw il-ħin ma' tal-familja tagħna minħabba l-fatt li ħafna plejers Maltin jaħdmu. B'hekk wara x-xogħol, minflok inqattgħu ħin mal-familja tagħna, nattendu l-grawnd għat-taħrig. Però, għalkemm il-futbol jinvolvi dawn is-sagrifiċċji kollha, jiena ma jiddispjaċini xejn, anzi lest li nagħmel kulm'hemm bżonn biex naċċerta ruħi li ngħolli l-livell tiegħi kemm jista' jkun. Kif jirnexxielek tlaħħaq max-xoghol tiegħek u mal-futbol? Jiena student u bħalissa qed natttendi kors ta' degree fl-isport ġewwa l-MCAST. B'hekk ikolli naċċerta ruħi li nqassam il-ħin tiegħi kif suppost u xieraq. Ikolli ħafna xogħol bħal assignments tal-iskola, però naċċerta ruħi billi nqassam il-ħin tiegħi biex inlaħħaq ma' kollox. Tqis li fil-futur tissejjaħ mat-tim nazzjonali mill-kowċ Ray 'Żażu' Farrugia? Hija x-xewqa tiegħi li 'l quddiem inkun parti mill-iskwadra tat-tim nazzjonali ta' Malta. Fortunat ukoll li ffurmajt parti mill-iskwadra tat-tim nazzjonali ta' taħt il-21 sena, u b'hekk issa qed inħares 'il quddiem biex nipprova nagħmilha mal-kbar ukoll. Kif qed tħares lejn il-futur tiegħek fil-futbol? Qed inħares lejn il-futur tiegħi billi nimxi pass pass u dejjem inżomm saqajja mal-art, filwaqt ukoll li nipprova dejjjem nimxi 'l quddiem u nsaħħaħ il- kwalitajiet u l-abbiltajiet tiegħi. Nixtieqek tgħaddi l-aħħar messaġġ lil dawk it-tfal u żgħażagħ li qed jaqraw din l-intervista u li bħalek jixtiequ jagħmlu karriera ta' suċċess fil-futbol. Lil dawk it-tfal kollha li qed jaqraw din l-intervista nħeġġiġhom biex qatt ma jaqtgħu qalbhom u dejjem iħarsu 'l quddiem, għalkemm ikunu għaddejjin minn xi żminijiet diffiċli minħabba skola u eżamijiet m'għandhomx jieqfu milli jipparteċipaw, u biex dejjem iżommu saqajhom mal-art u jagħtu l-almu kollu tagħhom f 'dan l-isport. Inħeġġeġ ukoll lil dawk it-tfal li għadhom mhux jinvolvu ruħhom f 'dan l-isport, li qatt mhu tard biex jibdew jipprattikawh filwaqt ukoll li jkunu qed jagħmlu benefiċċji għas- saħħa tagħhom kif ukoll għas-soċjetà. Nixtieq nagħlaq billi ngħid li dan l-isport fih ħafna benefiċċji, u lili perosnalment tani ħafna gost. L-iktar ħaġa li għamlitni kburi f 'dan l-isport huwa li rrappreżentajt lil pajjiżi fil-kategorija ta' taħt il-21 sena. Nappella lil dawn it-tfal kollha biex qatt ma jaqtgħu qalbhom u jaspiraw li jagħmluha mat-tim nazzjonali wkoll. Huwa wieħed mill-aqwa plejers li pproduċa l-futbol Malti f 'dawn l-aħħar snin. Huwa plejer ferm importanti ta' Mosta FC. Lagħab ukoll mat-tim nazzjonali ta' taħt il-21 sena. DEXTER XUEREB