Illum previous editions

ILLUM 14 April 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1104598

Contents of this Issue

Navigation

Page 22 of 31

23 Mill-pinna prolifika tal- awtur popolari Stephen King, abbinat l-aktar ma' stejjer tal-biża' u t-terrur, tasal versjoni oħra ċinematografika ta' Pet Sematary . Din il-verżjoni ġdida, li għallinqas hi xi ftit aħjar u aktar loġika mill-film tal-1989, għandha kważi l-istess atmosfera u xenarju rurali attraenti, però b'inqas banalità. Louis Creed (Clarke) u martu Rachel (Seimetz) flimkien mat-tfal Gage (Lavole) u Ellie (Laurence) minn Boston imorru f 'dar spażjuza f 'belt żgħira ta' Maine (l-Istat fejn twieled l-awtur) qalb il-kampanja. Malajr jindunaw li din id-dar tinsab viċin ferm ta' ċimiterju tal- annimali, b'tabella miktuba Pet Sematary (minflok Cemetery). Sfortunatament, dan il-lok hu qrib art sagra tal-Indjani u kull min jindifen hemm aktarx jerġa' jirxoxta b'attitudni fuqu li twaħħax. Ukoll, qrib id-dar hemm triq qalb il-foresta li minnha trakkijiet kbar jgħaddu sparati. Meta ta' malajr traġedja tolqot lil din il-familja li tant jinħabbu, Louis jirrikorri għall- għajnuna għand l-anzjan eċċentriku viċin tiegħu, Jud Crandell (Lithgow) li wkoll se jinvolvi ruħu bil-kbir fil-konsegwenzi msaħħra li se jissuċedu. Pet Sematary juri bil- lajma u b'mod vividu kif familja tassew diċenti tikkrolla taħt traġedja mhux mistennija u seħer misħut li jolqothom. Għalkemm dan ix-xogħol ma fihx xi qtajja' gwappi li jaħsduk, jesibixxi mwiet pjuttost brutali u mdemmija waqt li jiffoka fuq atmosfera morbida ta' luttu u anki tas- sopranatural. illum | Il-Ħadd 14 ta' April 2019 TV/Ċinema Film ieħor tas-supereroj ibbażat minn fuq karattru ta' DC Comics, Shazam! hija l-ewwel verżjoni ċinematografika b'atturi reali minn mindu deher il-film tal-1941 bil-kapitli (serial movie) The Adventures Of Captain Marvel (l-isem oriġinali ta' dan il-karattru). Shazam!, li qatt ma jieħu l-affarijiet bis-serjetà jappella ħafna għall- addoloxxenti. Kulħadd f 'qalbu, xi darba f 'ħajtu jkun jixtieq li jsir eroj, jew iħoss ġo fih ix-xewqa li jkun kapaċi jagħmel affarijiet straordinarji u din il-produzzjoni tassew tindirizza dan il-kunċett. Il-protagonist huwa tifel orfni ta' 14-il sena, Billy Batson (Angel) li. wara li jkun arrestat mill-pulizija jħuf mat- triqat ifittex lil ommu li kienet abbandunatu fil-folla meta kien ħafna iżgħar, jkun addottat minn familja qalbha tajba. Ħabibu jkun Freddie Freeman (Glazer), tifel diżabbli wkoll addottat, li joqogħdu fl-istess kamra. Waqt ħarba biex jeħles mill-bulijiet li ttantaw lil Freddie, taħt mina jiltaqa' mas-saħħar Shazam (Hounsou) li jittrasformah f 'adult (Levi) b'kapaċitajiet sopranaturali. Meta dan id-don ta' Billy jidher fuq l-aħbarijiet wara li kienet se tiġri diżgrazzja, ikun innotat b'ħerqa mill-kattiv Dr. Thaddeus Sivana (Strong), ukoll b'poteri qawwija u bl-ispirtu tas-Seba' Dnubiet il-Mejta jokkupaw ġismu. Hawn tibda taqtigħa ħarxa li tiżvolġi mat-triqat prinċipali ta' Philadelphia sa post tad-divertiment mimli bin-nies, għas-supremazija. Kulma jkollu x'jagħmel Billy meta jkun taħt periklu hu li jgħajjat Shazam! u dlonk jinbidel f 'supereroj baħbuħ, għalkemm kultant b'moħħ mhux matur. Dan ix-xogħol, indirizzat l-aktar lejn iż-żgħażagħ, hu tassew imfawwar b'azzjoni tip tal-kotba komiks, kif ukoll mimli b'umoriżmu xi kultant sarkastiku, però divertenti għall-aħħar u b'ħerba ma' kullimkien. It-temi dinjitużi li jperreċ huma l-aġir nobbli tal-adozzjoni, b'familja magħquda għalkemm imħallta, kif ukoll dawk li huma ta' qalbhom safja jistgħu jakkwistaw ħwejjeġ u abbilitajiet kbar. Bħall- films l-oħra ta' dan it-tip, l-effetti speċjali viżwali verament immaġinattivi, jispikkaw. Għall-informazzjoni tagħkom, il-kelma maġika SHAZAM hi ffurmata mill-ewwel ittra ta' dawn l-eroj (fosthom karattri mill- Odissea ta' Homer) Solomon, Hercules, Atlas, Zeus, Achilles u Mercury. Atturi Ewlenin: Zachary Levi; Mark Strong; Asher Angel; Jack Dylan Glazer; Djimon Hounsou; Faithe Herman. Direttur: David F. Sandberg. Maħruġ minn KRS Releasing. Tul: 132 min. Ċert. 12A Carmel Bonnici The Missing Link Pet Sematary Vuċijiet Ewlenin: Hugh Jackman; Zoe Saldana; Zach Galifianakis; Stephen Fry; Timothy Olyphant; Emma Thompson. Direttur: Chris Butler. Maħruġ minn KRS Releasing. Tul: 95 min. Ċert. U Atturi Ewlenin: Jason Clarke; Amy Seimetz; John Lithgow; Jete Laurence; Hugo u Lucas Lavole. Diretturi: Kevin Kolsch u Dennis Widmyer. Maħruġ minn KRS Releasing. Tul: 101 min. Ċert. 15 Films għal din il-ġimgħa Shazam! Film animat b'tema avventuruża f 'pajjiżi eżotiċi hu The Missing Link li hu aktar addattat għat-tfal imfarfrin u akbar. Sir Lionel Frost (vuċi ta' Jackman), bniedem rett u ta' prinċipju, iħobb jinvestiga għajdut ta' avvenimenti mitiċi, jew annimali u mostri misterjużi strambi. Il-periklu ma jfisser xejn għalih kif naraw mal- ftuħ biex ifittex il-mostru ta' Loch Ness fl-Iskozja. Sħabu x-xjentisti u esploraturi ta' mneħirhom imxammar ma tantx jistmawh u jagħtu kasu u Frost dejjem jinvestiga xi sejbiet biex forsi dan iċ-ċirku ta' ħbieb fl-aħħar jaċċettawh fosthom. Waħdu, jitlaq lejn il-Punent Paċifiku, fl-Istat ta' Washington, biex ifittex kreatura leġġendarja li jsejħilha Mr. Link. Meta jsibu din tkun trid tiltaqa' mas-sieħba tiegħu. B'hekk, dawn it-tnejn flimkien jimbarkaw fuq vjaġġ ieħor itwal u skrabruż fejn tikkumpanjahom Adelina Fortright (Saldana), tfajla spirituża li għandha fil-pussess tagħha l-unika mappa tal-lokazzjoni sigrieta tal-wied ta' Shangri La, li jinsab fil-qalbha tal-muntanji għoljin tat- Tibet u l-Himalaya. Isus warajhom hemm Stenk (Olyphant), cowboy mikri mill-esploraturi biex joqtol lil Frost. The Missing Link hu tassew mimli azzjoni avventuruża, fuq l-art, f 'pajjiżi mbegħdin, fuq baħar f 'maltemp qawwi u anki fis-Saqaf tad-Dinja (il-Himalaya), fejn jiltaqgħu ma' regina Yeti (Thompson) kattiva. L-animazzjoni hi verament effettiva, b'panorami diversi mill-isbaħ, kuluri ċari u disinn attraenti.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 14 April 2019