Illum previous editions

ILLUM 14 April 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1104598

Contents of this Issue

Navigation

Page 29 of 31

Sports 30 illum | Il-Ħadd 14 ta' April 2019 Kif bdiet l-imħabba tiegħek lejn il- futbol? Bażikament minn ta' età żgħira ħafna, minn dejjem kont inħobbu l-futbol. Kont nilagħbu kemm l-iskola kif ukoll man-nursery tas-Sirens li ġejt involut fih fl-età ta' erba' snin. Kont ukoll inħobb immur nara lil missieri jilgħab, u b'hekk kont nispiċċa noqgħod nilgħab waħdi filwaqt li nkun qed narah. X'taħseb dwar dak kollu li urejtu matul dan l-istaġun s'issa bhala Mosta FC? S'issa nemmen li bħala tim issaħħaħna ħafna, speċjalment fis-suq tat-transferimenti ta' Jannar. Saħħaħna l-iskwadra bil-barranin li ġibna u anke Maltin. Dawn l-akkwisti huma importanti ħafna minħabba l-fatt li qegħdin in-naħa t'isfel tal-klassifika. Nemmen li sfortunamnet ma ħaqqniex inkunu fil-pożizzjoni li qegħdin fiha, però nemmen li ser inkunu kapaċi negħlbu din is-sitwazzjoni u nimxu 'l quddiem, bħalma diġà qegħdin nuru bir-riżultati li qegħdin niksbu. Taqbel mal-format ta' 14-il tim fil- Premier? Jiena personalment naqbel magħha din, minħabba l-fatt li t-tim tiegħi jinsab fil-quċċata tal-qiegħ tal- klassifika. B'hekk ikollna aktar ċans li nżommu postna fil-Premier. Taqbel li hemm differenza ta' livell bejn it-timijiet ta' fuq u dawk ta' taħt? Iva, nemmen li t-timijiet li qegħdin mal-ewwel erbgħa huma ferm b'saħħithom filwaqt li kapaċi jirbħu lil kwalunkwe tim fil-Premier. Nemmen ukoll li mill-ħames post 'l isfel, it- timijjit kollha huma kompetittivi ma' xulxin , u li jistgħu kemm jirbħu kif ukoll jitilfu ma' xulxin ukoll. Għalkemm l-ewwel erba' timijiet tal- klassifika huma stabbli ħafna, mhix l-ewwel darba li naraw tim min-naħa t'isfel tal-klassifika jġib riżultati pożittivi ma' dawn it-timijiet. Niġu issa għall-kwistjoni tal-plejers barranin fil-Kampjonat BOV Premier. Taqbel mal-proposta li saret li jkun hemm 11-il plejer barrani f 'tim? Jiena personalment ma naqbilx. Jiena nemmen li l-futbol Malti għandu bżonn jinvesti fin-nurseries kif ukoll fl-akkademji, biex b'hekk jitilgħu aktar tfal ta' talent u abbiltà. Ma nemminx li billi nkomplu nżidu l-ammont ta' barranin sejrin insostnu l-livell. Nemmen li għandna bżonn nagħtu ċans liż-żgħażagħ Maltin, biex ninvestu fihom filwaqt li nħalltuhom ma' ammont minimu ta' barranin ta' kwalità, biex b'hekk ikomplu jitgħallmu u jsostnu l-livell tagħhom. Sfortunatament, it-tim nazzjonali Malti mhux jakkwista riżultati pożittivi. Nemmen li aktar m'aħna ser neliminaw iċ-ċansijiet tat-tfal u żgħażagħ minħabba li ser nżidu l-barranin, ser jirrifletti fuq it-tim nazzjonali tagħna kif ukoll fuq il-livell tal-futbol Malti. Taħseb li l-barranin li qed jiġu mhux dejjem qed ikunu ta' livell ikkomparati mal-plejers Maltin? Iva hekk nemmen! Jiena personalment nemmen li ċerti timijiet iġibu plejers barranin, li huma fl-istess kalibru jew kemxejn inqas mil-livell tal-plejers Maltin. Kemm int kuntent bil-grawnds fejn tilagħbu l-logħob tal-kampjonat Premier? Jiena nemmen li bħala faċilitiajiet tal-grawnds nistgħu nkomplu nsaħħuhom. Qiegħed ngħid dan minħabba l-fatt li nixtieq li l-grawnds ta' Malta jiġu kollha 'fresh grass' minħabba li ħafna plejers Maltin qegħdin isofru injuries sforz il- kwalità tal-grawnd. Il-maġġoranza tal-Maltin jitħarrġu fuq is-synthetic li huwa perikoluż għall-plejers, kif ukoll ibiddlu l-art fuq xiex jilagħbu minħabba l-post tal-logħba. Ninsab kuntent bil-grawnds li fihom jintlagħbu l-logħob tal-Kampjonat Premier, fejn apparti li mhumiex kollha 'fresh grass', sfortunatment ċerti grawnds mhux dejjem ikunu xierqa li nilagħbu fihom, minħabba l-kwalità tal-art u l-ħaxix. Kunent ħafna wkoll bl-investiment li għamlet l-MFA fil- grawnd taċ-Ċentinarju fejn saħħew il- grawnd u l-ħaxix, kif ukoll ġabuh iktar addattat għar-riskji tal-plejers. X'taħseb dwar il-kontroll tar-referis matul dan l-istaġun sa issa? Ir-referis għandhom xogħol iebes ħafna, u nemmen li jaqilgħu ħafna kritika. Bħala kontroll, nemmen li qed jirnexxielhom iżommuh sew apparti xi żbalji żgħar li jwettqu fejn ma jkunx it- tort tagħhom, hekk jew b'hekk, huma nies umana. X'inhuma s-sagrifiċċji li plejer tal- futbol irid jagħmel sabiex ikun tajjeb? Id-dixxiplina hija fattur importanti ħafna f 'karriera ta' futboler. Minħabba l-fatt li rridu nżommu responsabbilità lejna nfusna kif ukoll lejn il-klabb uffiċjali tagħna. Għandna ċerti responsalbiltajiet bħal: naċċertaw li noqogħdu mistrieħa fil-jum ta' qabel il-logħba b'hekk ma tantx inkunu nistgħu noħorġu ma' sħabna filgħaxija minħabba li l-logħob ikun fil-weekend, 'Qatt m'għandek taqta' qalbek u dejjem trid tħares 'il quddiem' Cristian Antony Muscat Dexter Xuereb - Fost l-aqwa plejers li pproduċa l-futbol Malti f 'dawn l-aħħar snin u li huwa plejer ferm importanti ta' Mosta FC, waqt li lagħab ukoll mat-tim nazzjonali ta' taħt il-21 sena. Nappella lil dawn it-tfal kollha biex qatt ma jaqtgħu qalbhom u jaspiraw li jagħmluha mat-tim nazzjonali wkoll. " " Inħeġġeġ ukoll lil dawk it-tfal li għadhom mhux jinvolvu ruħhom f 'dan l-isport, li qatt mhu tard biex jibdew jippratikawh filwaqt ukoll li jkunu qed jagħmlu benefiċċji għas-saħħa tagħhom kif ukoll għas-soċjetà. " "

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 14 April 2019