Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1104598
illum | Il-Ħadd 14 ta' April 2019 Aħbarijiet 32 IN-NEGOZJU issa jrid jaħtaf il-baħar, mal-kosta wkoll. Sortunatament ma teżistix rieda politika biex tkun imħarsa l-kosta. Dan qalu Carmel Cacopardo, Chairperson tal-Alternattiva Demokratika waqt konferenza stampa mal- kosta ta' San Ġiljan. Kważi tliet snin ilu bi qbil unanimu l-Parlament approva emendi għall-Kodiċi Ċivili li permezz tagħhom, skont l-AD, "ried jagħti l-impressjoni li kien qed isaħħaħ il-ħarsien tal-kosta. "Il-ħarsien tal-kosta tfisser ferm iktar minn tindifa u ġbir ta' skart mormi. Fil-kuntest Malti l-ħarsien tal-kosta għandha tfisser il-ħtieġa li jitrażżan l-iżvilupp li hu l-ikbar theddida għall-kosta." L-istqarrija kompliet tgħid li d-dikjarazzjonijiet li saru fil-Parlament favur il-ħarsien tal-kosta xejn ma jaqblu mal- iżvilupp li qed iseħħ bħalissa mal-kosta ta' San Ġiljan fejn l-iżvilupp baqa' ħiereġ sax- xifer tal-kosta. "Mhux biss, talli fis-sulari ta' fuq ser jibqa' ħiereġ fuq il-baħar ukoll u dan skont il-pjanti approvati." Cacopardo kompla jgħid li minkejja l-liġi li ssaħħaħ u taġġorna l-qafas regolatorju għall-governanza tad- dominju pubbliku, wara tliet snin, is-sitwazzjoni qed tmur mill-ħażin għall-agħar. "Talbiet li saru mill- għaqdiet ambjentali biex immedjatament jibda l-proċess ta' implimentazzjoni tqiegħdu fil-ġenb għax ma hemm l-ebda rieda politika li l-affarijiet jiċċaqalqu. L-għaqdiet ambjentali ilhom sa minn Ġunju 2016 li ssottomettew id- dokumentazzjoni meħtieġa dwar 23 sit mal-kosta kollha ta' Malta u Għawdex biex dawn ikunu protetti. L-Awtorità tal-Ippjanar ilha minn dakinhar tkaxkar saqajha, attenta li ma tmurx tippreġudika l-interessi tal- iżviluppaturi li ilha sservi bi skruplu kbir." "Il-kosta għandna nħarsuha u għandha tkun aċċessibbli għal kulħadd. Anke fejn hi proprjetà privata," sostna Cacopardo. Huwa qal li l-Awtorità tal- Ippjanar naqset minn dmirha li tħares il-kosta meta diġà approvat tliet permessi ta' żvilupp fuq dan is-sit u qed tikkunsidra l-approvazzjoni tar-raba' applikazzjoni. "Meta tara r-rapporti li ġew imħejjija mid-Direttorat tal-Ippjanar dwar dan l-iżvilupp issib li imkien ma hemm imsemmija l-inqas konsiderazzjoni għall-ħarsien u l-aċċess għall-kosta. Għax anke l-kosta hi tagħna lkoll." "Wara li n-negozju tħalla jikkapparra bosta bankini u spazji għall-parkeġġ," qal Cacopardo, "biex ikkonvertewhom f 'estensjoni tan-negozju tagħhom, issa jmiss mhux biss li jieħdu l-kosta, imma jridu jaħtfu l-baħar ukoll." Huwa stieden lill-Imħallef irtirat Lino Farrugia Sacco biex "iqum ftit mir-raqda" u jassigura ruħu li l-Awtorità tal-Artijiet, li tagħha hu Chairman, tistenbaħ u tagħmel dmirha. Ara paġna 17 L-AD tgħid lil Farrugia Sacco biex iqum mir-raqda u jipproteġi l-kosta Carmel Cacopardo, Chairman tal-AD