Illum previous editions

ILLUM 14 April 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1104598

Contents of this Issue

Navigation

Page 3 of 31

Aħbarijiet 4 illum | Il-Ħadd 14 ta' April 2019 'Nistgħu negħlbu l-korruzzjoni jekk nirrikonoxxu li Malta mifnija biha' Reżistenza Malta jgħidu li r-risposta għall-omertà hija l-verità u jistaqsu għalfejn l-ebda politiku ma kien interrogat dwar il-qtil ta' Daphne Caruana Galizia "LISTITUZZJONIJIET Maltin jinsabu għarkopptejhom, mifnija minn taħlita ta' inkompetenza, kollużjoni u kompliċità. Ħadd ma għadu jagħti rendikont ta' għemilu. Wara kollox, ġaladarba ninsabu fl-aqwa żmien, x'nuqqasijiet jista' jkun hemm?" Hekk staqsew, rettorikament, il-grupp Reżistenza Malta fi stqarrija li ħarġu iktar kmieni lbieraħ. Il-Grupp sostna li fl-2016 seħħew affarijiet li skonthom "aċċelleraw it-triq qerrieda tal-korruzzjoni u omertà." Isemmu r-riżenja ta' Manfred Galdes mill-FIAU u jsostnu li malli Galdes irriżenja, warajh ħareġ bil-leave tal-mard l-eks Kummissarju tal-Pulizija Michael Cassar. "Pajjiż serju ma jħallix tali episodji għaddejja qisu xejn mhu xejn. Jeħtieġ li pajjiżna jitfa' dawl fuq din il-paġna sewda tal-ħajja tal-istituzzjonijiet pubbliċi Maltin. Il-verità jafha kulħadd: minflok prevaliet il-ġustizzja, prevala d-dlam. Il-Pulizija ma qdietx dmirha, irrifjutat li tieħu passi kriminali kontra politiċi u persuni f 'karigi pubbliċi għolja li kienu abbużaw kriminalment mill- fiduċja fdata lilhom mill-poplu," sostnew Reżistenza Malta. Huma qalu illi mhux aċċettabbli li l-ebda politiku ma kien investigat fuq il-qtil ta' Daphne Caruana Galizia u sostnew illi huwa intuli "jingħad lilna li din hi investigazzjoni kkumplikata ħafna. Il-Pulizja ta' pajjiżi oħra identifikaw il-mandanti ta' omiċidji simili. Għaliex f 'Malta le? Għaliex ħadd ma jerfa' responsabbilità għal dan? Il- verità hi li m'hemmx rieda li l-verità tant skomda tkun stabbilita pubblikament". "Bħalma fl-Italja għal għexieren ta' snin kien jingħad li "La Mafia non esiste" u kien biss meta s-soċjetà Taljana rrikonoxxiet l-eżistenza tal- mafja li tali fenomenu kriminali beda jkun miġġieled bis-serjetà, f 'Malta nistgħu nibdew negħlbu l-korruzzjoni biss meta nirrikonoxxu li Malta hi mifnija bil-korruzzjoni u li bosta fostna ma jaraw xejn ħażin f 'dan il- fenomenu, anzi jaraw li l-korruzzjoni hi parti essenzjali tal-kultura Maltija u tikkontribwixxi għall-prosperità ekonomika tagħna" Ninsabu determinati li nsibu l-verità kollha, li naraw li min ixxaħħam jieħu l-piena li ħaqqu u li min għalkemm bil- liġi kellu l-obbligu li jwaqqaf tali abbużi naqas milli jagħmel dan jagħti kont ta' għemilu. M'aħniex ser naqtgħu qalbna. Fi kliem Don Luigi Ciotti: "L'omertà uccide. La verità è la speranza". STQARRIJA MILL-KUMMISSJONI ELETTORALI Elezzjonijiet għall-Parlament Ewropew u għall-Kunsilli Lokali – Mejju 2019 Nomini ta' Kandidati Il-Kummissjonarji Elettorali javżaw illi huma ser jirċievu nomini ta' kandidati onlajn għall-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsilli Lokali permezz tal-websajt: www.electoral.gov.mt Nomini Onlajn: Mit-Tlieta, 16 ta' April, 2019 - 9.00 a.m. Sat-Tnejn, 22 ta' April, 2019 - 7.00 p.m. (ħin ta' Malta) Il-Kummissjonarji Elettorali javżaw ukoll illi ser jirċievu nomini ta' kandidati fl-Uffiċċju tagħhom fil-Kumpless tal-Għadd tal-Voti fin-Naxxar u fl-Uffiċċju tal-Karta tal-Identità, Misraħ San Franġisk, ir-Rabat, Għawdex. Nomini fl-Uffiċċju: Nhar: It-Tlieta 16, l-Erbgħa 17, il-Ħamis 18, is-Sibt 20 u t-Tnejn 22 ta' April, 2019. Bejn: Id-9.00 a.m. u s-1.00 p.m. u bejn: It-3.00 p.m. u s-7.00 p.m. Il-formoli ta' applikazzjoni għan-nomini ta' kandidati jistgħu jinkisbu mill-Uffiċċju tal-Kummissjoni Elettorali u jistgħu jitniżżlu wkoll mill-websajt tal-Kummissjoni Elettorali minn https://electoral.gov.mt/Elections/ApplicationsForms/MT www.electoral.gov.mt INFRASTRUCTURE Malta se tibda tiswijiet estensivi fi 17-il triq f 'Buġibba u l-Qawra biex tnaqqas il- ħsarat u d-diffikultajiet li qed joħolqu lir-residenti u dawk li jivvjaġġaw fihom, sakemm jinbnew mill-ġdid b'mod sħiħ bħala parti mill-investiment ta' €700 miljun għal toroq aħjar madwar il-pajjiż. Ma' sbieħ għada (15 ta' April), diversi kuntratturi tal-aġenzija se jibdew jirranġaw il-wiċċ ta' dawn it-toroq. Ix-xogħlijiet se jissukktaw sa kmieni l-ġimgħa ta' wara, ħlief f 'jum il-Ġimgħa l-Kbira u f 'Sibt u Ħadd il-Għid. It-toroq fejn se jsiru tiswijiet jinkludu Triq Isouard, Triq Toni Bajada, Triq Ċensu Tanti, Triq iċ-Ċagħaq, Triq l-Ibħra, Triq il-Ġifen, Triq Sant'Antnin, Triq il-Ħalel, Triq iċ-Ċern, Triq is-Sajjieda, Triq J. Quintinus, Triq Annetto Caruana, Triq il-Port Ruman, Triq il-Maskli, Triq l-Imħar, Dawret il-Gżejjer u Triq ir- Ramel. L-aċċess bil-mixi f 'dawn it-toroq u d-djar u n-negozji li hemm fihom se jibqa' miftuħ f 'kull ħin. Madankollu, waqt ix-xogħlijiet fil-ġimagħtejn li ġejjin partijiet mit-toroq jistgħu jkunu magħluqin għall-karozzi. Infrastructure Malta ikkordinat dawn ix- xogħlijiet mal-Kunsill Lokali ta' San Pawl il-Baħar, li qed iwaħħal tabelli biex javża fejn ma jistgħux jitħallew karozzi pparkjati. Jekk dawn it-tabelli jiġu injorati, il-karozzi li jitħallew ipparkjati fit-toroq imsemmijin mit-Tnejn filgħodu 'l quddiem jiġu rmunkati, skont kif titlob il- liġi, biex ix-xogħol ikun jista' jsir bla dewmien. Ħafna toroq fl-inħawi ta' Buġibba u l-Qawra, f 'San Pawl il-Baħar żviluppaw ħafna ħsarat matul is-snin. Fil-ġimagħtejn li ġejjin, Infrastructure Malta se tirranġa b'mod temporanju 17 minnhom li l-aktar jeħtieġu attenzjoni, sakemm ikun imisshom jinbnew totalment mill-ġdid bħala parti mill-investiment nazzjonali ta' €700 miljun għat-titjib tat-toroq fis- seba' snin li ġejjin. Għaxra mit-toroq li se jinbdew din is-sena bħala parti minn dan l-investiment jinsabu f 'San Pawl il-Baħar. Diġà beda l-bini mill-ġdid ta' Triq it-Turisti, Triq il-Luzzu u Triq Għawdex. Infrastructure Malta dalwaqt se tibda wkoll Triq San Pawl, triq ewlenija li tgħaqqad din il-lokalità max- Xemxija u Burmarrad. Għal aktar informazzjoni u għajnuna, ikkuntattja lil Infrastructure Malta fuq 23341000, info.im@ infrastructuremalta.com Tiswijiet fuq 17-il triq f 'Buġibba u l-Qawra

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 14 April 2019