Illum previous editions

ILLUM 14 April 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1104598

Contents of this Issue

Navigation

Page 28 of 31

29 Il-Ħadd 14 ta' April 2019 | illum Sports RIĊENTAMENT, iċ- ċikliżmu Malti kompla jikseb iktar suċċessi barra minn xtutna meta t-timijiet Rapprezentattivi Feminili u dak Maskili ħadu sehem fil-Grand Fondo li saru fiż-żona ta' Pafos f 'Ċipru. It-tim tan-Nisa; iffurmat minn Marie Claire Aquilina, Lara Buttigieg u Anjelika Balzan Ruggier spiċċaw l-ewwel fil-klassifika tat- timijiet, filwaqt li t-tim Malta 1 iffurmat minn Etienne Bonello, William Hili, Jason Vella, Brandon Sultana, Clive Bugeja u Mariano Cassar spiċċaw it- tielet fil-klassifika tal-Irġiel minn fost 12-il tim. Dawn it-tiġrijiet kienu jikkonsistu f 'Time Trail u żewġ Road Races u saru taħt l-awspiċi tal-UCI. Għal dawn it-tiġrijiet, il-grupp kien immexxi minn Joe Bajada, Segretarju Ġenerali tal-Federazzjoni Maltija taċ-Ċikliżmu assistit mid-delegat Edward Enriquez. Miċ-ċiklisti Feminili l-aħjar li marret kienet Marie Claire Aquilina li spiċċat b'rebħa fit-Time Trial fil-kategorija ta' bejn l-40 u l-44 sena. Imbagħad fl-ewwel road race hija kellha ħsarat mekkaniċi u dan affettwha ħafna fejn kellha tikkuntenta bir-raba' post. Iżda l-għada hija rkuprat fejn spiċċat fit-tielet post fl-istess kategorija u t-tielet overall. Mit-tim maskili bl-isem ta' Malta 1, l-aħjar li mar kien Etienne Bonello li spiċċa darbtejn it-tieni fil-kategorija tiegħu ta' bejn l-40 u 44 sena. Anke overall huwa spiċċa fl-istess pożizjoni. Madankollu fl-iktar kategorija diffiċli, f 'dik tal-elite, għal dawk ta' bejn id-19 u t-33 sena, l-aħjar li mar William Hili li dejjem spiċċa l-ewwel mill-Maltin f 'din il-kategorija. Huwa kien segwit minn Jason Vella u ż-żagħżugħ Għawdxi Brandon Sultana li kellu debutt inkoraġġanti u pożittiv. Anke Clive Bugeja żamm mal-grupp fejn fost l-oħrajn kellu Time Trial ferm tajba minkejja li saret f 'kundizjonijiet mill-iktar diffiċli ta' temp, bosta riħ u xita. Anke hawn Mariano Cassar kellu tiġrijiet tajba. It-tim bl-isem ta' Malta 2 kien kompost l-iktar minn ċiklisti ta' 'l fuq minn 50 sena bhal Joseph Micallef, Steve Mifsud u Kenneth Caruana u magħhom kien hemm ukoll Justin Gauci u Ryan Spiteri. Il-Federazzjoni Maltija taċ-Ċikliżmu tixtieq trodd ħajr lill-Kumitat Olimpiku Malti, lil Sport Malta, kif ukoll lill-Emirates Airlines għall-assistenza kollha tagħhom. Suċċessi għat-timijiet Maltin taċ-Ċikliżmu f 'Ċipru Suċċessi għat-timijiet Maltin taċ-Ċikliżmu f 'Ċipru

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 14 April 2019