Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1104598
10 illum | Il-Ħadd 14 ta' April 2019 Aħbarijiet Delia jrid jibqa' Kap, iżda diversi huma d-Deputati u l-esponenti tal-Partit Nazzjonal- ista li huma determinati li jarawh jitlaq jekk il-PN jitlef b'distakk kbir. L-ILLUM tiżvela l-ismijiet ta' dawk li diġà qed jiġu mbuttati 'l quddiem biex jeħdulu postu Iridu lil Delia barra akkost ta' kollox…jimbuttaw lil Metsola ycioffi@mediatoday.com.mt Yendrick Cio ERBA' sorsi differenti, inkluż deputati u persuni li jokkupaw karigi diversi fi ħdan il-Partit Nazzjonalista, sostnew mal- gazzetta ILLUM illi jekk il-PN jitlef bil-kbir f 'Mejju, b'telfa li tkun tirrifletti s-sondaġġi, huma se jkunu qed jagħmlu pressjoni kbira biex Adrian Delia jitneħħa, "akkost ta' kollox". Anke jekk kelliem tal-PN baqa' jsostni li jiġri x'jiġri Delia se jżomm postu, mal-ILLUM l-erba' sorsi differenti lkoll sostnew illi diġà qed ikunu imbuttati xi nies għall-post ta' Kap, kemm-il darba l-PN jitlef bil-qawwi, kif s'issa jidher li se jiġri. L-aktar persuna li qed tkun imbuttata, fil-fatt dan kien ikkonfermat minn kull persuna li tkellmet mal-gazzetta ILLUM, hija l-MEP Roberta Metsola. Huwa mifhum li din għandha appoġġ qawwi minn dawk in-nies kollha li jagħtu appoġġ lil Simon Busuttil, minn dawk li ma tantx jaraw għajn m'għajn ma' Delia u allura b'mod speċjali dawk li huma iktar liberali fil-partit. Minkejja li din l-imbuttatura hija ċara għal dawk kollha li kellmet din il-gazzetta kelliem għal Metsola qal li dan huwa 'fake news'. Qed jissemma wkoll Claudio Grech, għalkemm b'ħafna inqas forza u qed jissemmew ukoll għalkemm bi ftit saħħa Beppe Fenech Adami u Bernard Grech. Fenech Adami għandu s-segwaċi tiegħu iżda hemm ċans li jappoġġja kandidat ieħor (Grech jew Metsola) minflok joħroġ hu, filwaqt li Grech għalkemm promettenti għandu problema kbira kontrih; m'għandux esperjenza fl-istrutturi tal-partit bħalma kien Delia. L-ILLUM kellmet lil dawn kollha biex tieħu l-angolu tagħhom dwar dawn ix- xnigħat, f 'xi każi persistenti. Ilkoll żammew lura u la qalu iva u lanqas le, għalkemm l-aktar b'saħħitha ħarġet Metsola, b'persuna viċin ħafna tagħha saħansitra jgħid li dawn l-istejjer huma imbuttati minn nies li jridulha d-deni, anke jekk fil-fatt uħud mis- sorsi fil-fatt qed jimbuttaw lilha! Kunsillier li tkellem ma' din il-gazzetta saħansitra saħaq li Roberta Metsola, apparti l-visti fid-djar bħala parti mill-kampanja għall-elezzjoni tal-Parlament Ewropew qed ikollha diversi laqgħat mat- tesserati, filwaqt li fl-aħħar ġimgħat sa tellgħat numru ta' attivisti, li dejjem dehru ma' Delia, fi Brussell, fosthom Ċensu l-Iswed. Votanti Nazzjonalisti, li ma tantx jagħmlu sigriet il-fatt li huma Nazzjonalisti, qed ixxerrdu l-kelma għal vot, bil-preferenza tkun lil Metsola, imbagħad lil Casa, imbagħad jew xejn jew lill-Partit Demokratiku. Roberta Metsola l-aktar favorita… Deputat li tkellem ma' din il-gazzetta kompla jispjega li anke t-tmexxija tal-Partit Nazzjonalista jafu li Roberta Metsola hija b'saħħitha ħafna u qed jagħmlu l-kalkoli tagħhom. "Fl-aħħar elezzjoni tal- Parlament Ewropew Roberta Metsola kważi kważi kienet il-wiċċ tal-kampanja. Din is-sena mhux qed ipoġġu lilha fuq quddiem. It-tmexxija tal- partit mhux qed jimbuttawha," kompla jgħidilna, waqt li insista li ż-żewġ Ewroparlamentari li se jtella' l-Partit Nazzjonalista (għax jinsab irrassenjat li mhux se jtella' iżjed) se jkunu messaġġ, jew għat-tmexxija jew inkella għal dawk li mhux jappoġjawha. Raġuni oħra għalfejn Roberta Metsola qed tkun imbuttata 'l quddiem biex tieħu post Adrian Delia, u li kienet ikkonfermata minn aktar minn sorsi wieħed, huwa l-fatt li hija mara u għalhekk, il-Partit Nazzjonalista jista' jkollu l-opportunità li jkun hu li jikteb l-istorja u jeleġġi l-ewwel kap mara, qabel il-possibbilità li l-Ewroparlamentari Miriam Dalli tieħu post il-Prim Ministru Joseph Muscat bħala mexxej Laburista wara li dan jirriżenja. Intant, din il-gazzetta għamlet kuntatt mal-Ewroparlamentari u staqsietha jekk hux minnu li ħafna qed jimbuttawha biex tieħu post Adrian Delia, iżda fi kliemha, "ir-rapporti dwar il-Partit Nazzjonalista huma spekulazzjoni u fake news" u li fi kliemha huma intiżi biex jiddevjaw l-attenzjoni minn fuq kwistjonijiet importanti. "L-unika vacancy ta' leadership hi fil-Partit Laburista… Jiena kif għamilt fl-aħħar ħames snin iffukata u qed nagħti l-enerġija kollha tiegħi għall-Partit Nazzjonalista u għal pajjiżna bħala Membru tal-Parlament Ewropew," saħqet Metsola. "Kif għamilt qed inkompli bil-laqgħat fid-djar, fin-negozji u postijiet tax- xogħol u niltaqa' man-nies." Persuna viċin Metsola marret oltre minn hekk u saħqet mal- ILLUM li min qed jimbotta 'l quddiem dawn it-tip ta' stejjer għandu intenzjonijiet malinni u jrid jagħmel biss ħsara, fi żmien li Roberta Metsola, fis-sondaġġi, fosthom dak ippubblikat bħal-lum ġimgħa fuq il-MaltaToday, qed tidher bħala l-aktar kandidata popolari tal-Partit Nazzjonalista. "Kieku din ġrat xaharejn ilu kont ngħidlek li veru. Imma ġimgħa wara li sondaġġ wera li Roberta qed tissaħħaħ, kollox jindika li hemm min irid jagħmel il-ħsara," kompliet tgħidilna din il-persuna. Claudio Grech… b'saħħtu fost il-fazzjoni konservattiva tal-PN Apparti Metsola, Claudio Grech, li fl-aħħar xhur żamm bilanċjat u qatt ma ħareġ ħafna favur jew ħafna kontra Adrian Delia, huwa wkoll il-favorit ta' bosta esponenti fil-Partit Nazzjonalista, partikolarment dawk li jiffurmaw parti mill- fazzjoni konservattiva tal-Partit. Claudio Grech kien diġà meqjus bħala favorit biex isir Kap tal-Partit Nazzjonalista wara li rreżenja l-eks Kap Simon Busuttil. "Dak iż-żmien Grech ikkunsidra l-fatt li l-partit kien fadallu x'jinżel qabel jerġa' jibda tiela'," qalilna Deputat u sors tal-ILLUM. Madanakollu, il-fatt li Grech huwa meqjus bħala politiku konservattiv jitfgħu lura mal- fazzjoni akbar liberali tal- Partit Nazzjonalista, komplew jispjegawlna s-sorsi. Din il-gazzetta għamlet kuntatt ma' Claudio Grech u staqsietu jekk hux minnu li fil- Partit Nazzjonalista hemm min jixtiequ kap u jekk ikunx lest jikkunsidra l-pożizzjoni f 'każ li jkun hemm pożizzjoni għall- kariga tal-Kap. Huwa tenna li l-Partit Nazzjonalista ma għandux bżonn spekulazzjoni dwar it-tmexxija tiegħu. "Fiċ-ċirkostanzi, personalment inħoss li l-impenn tagħna jrid ikun wieħed f 'direzzjoni komuni biex il-Partit Nazzjonalista jsaħħaħ il-pożizzjoni tiegħu fl-elezzjonijiet ta' Mejju," insista Grech. "Pajjiżna għandu bżonn MEPs kompetenti li jkunu vuċi b'saħħitha fil-Parlament Ewropew. Bernard Grech: 'issagrifikawh għax rawh jissaħħaħ' L-istess sorsi semmewlna wkoll lill-Avukat Bernard Grech, li fl-aħħar elezzjoni ġenerali kien wieħed mill-uċuħ tal-kampanja elettorali ta' dik li kienet il-Forza Nazzjonali. Minkejja dan, sorsi differenti, fosthom anke mill-Grupp Parlamentari, saħqu li l-fatt li Grech ġej minn barra ma tantx qiegħed jgħinu. "Diġà ppruvajna lil xi ħadd minn barra u ma nistgħux nagħmlu l-istess żball," qalilna wieħed mis-sorsi. Deputat Nazzjonalista saħansitra qalilna li Bernard Grech kien kważi ċert li se jikkontesta għall-elezzjoni tal-Parlament Ewropew, iżda saħaq li bħalma ġara fil-każ ta' Metsola, meta rawh li qiegħed jissaħħaħ, it-tmexxija qatgħetu ftit ftit, anke minn fuq il-midja tal-Partit. "Bdew jaqtagħulu saqajh għax rawh li qiegħed jikber u meta raw dan ma baqgħux jiġru warajh biex joħroġ għall-elezzjoni. Lil Bernard issagrifikawh għax għamlu l-kalkoli ta' x'jista' jiġri wara Mejju," kompla jgħidilna dan id-deputat. Din il-gazzetta għamlet ukoll kuntatt mal-Avukat Grech li min-naħa tiegħu saħaq li l-mistoqsijiet dwar jekk dan hux minnu, għandhom isiru lill-Partit Nazzjonalista. Insista magħna li huwa jkun lest jikkummenta biss jekk is- sorsi tagħna jiddikjaraw dak li qed jgħidu pubblikament. "Wara nagħti l-kummenti tiegħi. Jekk nikkummenta qabel inkun qed nikkummenta fuq