Illum previous editions

ILLUM 14 April 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1104598

Contents of this Issue

Navigation

Page 27 of 31

Sports 28 illum Il-Ħadd 14 ta' April 2019 Xahar ta' suċċess għall-ġinnasta Ella Borg IX-XAHAR ta' Marzu ġab miegħu żewġ kompetizzjonijiet internazzjoni għall-ġinnasta żagħżugħa Ella Borg. L-ewwel impenn t'Ella kien it-Tiger's Cup fil-Latvja fejn ikkompetiet ma' bosta atleti mil-Lvant tal-Ewropa, fosthom ir-Russja. Hi rnexxielha tikkwalifika mal-aqwa tmienja u daħlet għall-finali fuq il- floor. Ella rebħet il-midalja tal-fidda, 0.05 ta' punt biss 'il bogħod mill-ewwel post miżmum minn ġinnasta Russa. L-aħħar ta' Marzu ħa lil Ella lejn l-Ukrajna għall-Ukraine International Cup. Hemmhekk, ġiet wiċċ imb wiċċ ma' atleti minn 13-il pajjiż differenti. F'din il-kompetizzjoni wkoll waslet għall-finali fejn rebħet il-midalja tal- bronż. Ella bħalissa tinsab għaddejja bi preparamenti għall-COJI Games f 'Mejju u għall-World Championships f 'Ġunju. minn Cristian Antony Muscat ROBERTA Schembri - atleta żagħżugħa b'futur mill-isbaħ quddiemha fl-atletika. Fi ftit kliem, hija tatna iktar dettalji rigward il- karriera tagħha fl-atletika. "Minn mindu kont żgħira qatt ma mmaġinajt li kont ħa nkun mara sportiva. Kont inħobb niekol u nara t-televixin, imma dejjem xtaqt li xi darba nirbaħ midalja fl-isports day, allura l-unika tellieqa li kien hemm miftuħa kienet dik tat-800 metru. Stinkajt, tħarriġt u rbaħtha u minn hemm bdiet il-passjoni tiegħi għall-atletika. Studenta mill-iskola rreferietni għall-kowċ tiegħi li għandi llum Mario Pisani u bdejt il-karriera tiegħi fil-ġiri sakemm ikkompetejt fil-FISEC Games, Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar, European Championships barra minn xtutna kif ukoll numbru kbir ta' tlielaq. "Il-ġiri huwa parti minn ħajti u jġiegħlni nibda l-ġurnata u jtini sodisfazzjon li l-ebda oġġett materjali ma jtini. Nitlob 'l Alla ta' kuljum biex itini s-saħħa li nkompli f 'dan l-isport!" 'Il-ġiri huwa parti minn ħajti u jġegħelni nibda l-ġurnata' - Roberta Schembri

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 14 April 2019