Illum previous editions

ILLUM 20 October 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1178030

Contents of this Issue

Navigation

Page 10 of 31

11 Il-Ħadd 20 ta' Ottubru 2019 | illum Aħbarijiet 11 Aħbarijiet Minn Liam Carter L-ILLUM tinsab informata li tard il-Ġimgħa, il-Grupp Palumbo fetaħ mandat ta' inibizzjoni kontra l-Università Amerikana f 'Bormla. Dan għaliex ftit sigħat qabel, l-AUM bagħtet ħaddiema sabiex jagħlqu l-entratura biswit il-bini tal-Maċina bit-tqegħid ta' bollards. L-ILLUM tinsab informata li l-Grupp Palumbo ma kienx jaf b'dawn ix- xogħlijiet u waqt laqgħa urġenti bejn iż-żewġ partijiet, allegatament wieħed mid-diretturi tal-AUM saħaq li 'dik l-art hi tagħhom' għaliex hi parti mill- ftehim li għamlu mal-Gvern. Min-naħa l-oħra, il-Grupp Palumbo mmexxi minn Antonio Palumbo, baqa' jargumenta li huma għandhom dritt legali għall-aċċess kontinwu mingħajr ebda xkiel għal din iż-żona. Ta' min jinnota li dan id-diżgwid qajjem pandemonju sħiħ hekk kif il-Grupp Palumbo ressaq din it-talba b'urġenza quddiem il-Qorti tard il-Ġimgħa filgħaxija bil-Maġistrat jordna sospensjoni proviżorja ta' dan ix-xogħol. Kelliem għal Palumbo kkonferma dan il-mandat ta' inibizzjoni u tenna jgħid ma' din il-gazzetta li l-Università Amerikana ta' Bormla ma tistax tagħlaq dan il-passaġġ b'bollards għaliex huwa fundamentali għat- Tarzna u apparti minn dan għandu dritt legali għall-aċċess kontwinu mingħajr ebda xkiel. Din il-gazzetta għamlet kuntatt mas- Sindku tal-Isla, Clive Pulis, li meta mistoqsi fuq din il-kwistjoni spjega li dik iż-żona inkwistjoni ngħatat lill- Università fil-ftehim tal-2015. "Qabel dik kienet tagħmel parti mill-konfini tal-Isla iżda wara l-qbil tal-2015 għaddiet għand l-AUM." Apparti minn dan jidher li x-xogħol tal-AUM ma niżilx tajjeb lanqas ma' xi residenti hekk kif fid-dawl ta' dawn ix- xogħlijiet qam argument bejn numru ta' persuni, bil-konsegwenza li kellhom jintbagħtu Pulizija biex jikkalmaw is-sitwazzjoni. Madanakollu kelliema għall-Pulizija spjegat li l-argument ikkalma malajr u li l-Pulizija mhix se tkun qed tieħu iktar passi. Xahar ieħor biex il-PA tiddeċidi d-destin tal- AUM Ta' min ifakkar li fi żmien xahar, l-Awtorità tal-Ippjanar mistennija tissiġilla d-deċiżjoni tagħha fuq l-estensjoni tal- Kampus f 'Bormla. Minkejja li l-bord tal-PA qal li huwa kontra dan l-iżvilupp, minħabba l-fatt li inizjalment l-estensjoni kienet ingħatat il-barka mill-uffiċjal inkarigat mill-każ, id-deċiżjoni finali trid tittieħed f 'seduta oħra. Interessanti l-fatt li sal-ħin tal- pubblikazzjoni, l-AUM kienet għadha ma ssottomettietx applikazzjoni ġdida għal dan l-iżvilupp. Wieħed jinnota wkoll kif fil-bidu ta' dan ix-xahar, il-President tal-AUM Lewis Walker kien saħaq mal- ILLUM li fil-każ li din id-deċiżjoni tmur kontra l-pjanijiet tagħhom, huma 'jinsabu indeċiżi' dwar jekk għandhomx jappellaw jew le. Huwa kellu wkoll l-istess risposta meta ġie mistoqsi jekk hux se jemenda l-pjanijiet tal-iżvilupp bl-għan li jindirizzaw it-tħassib tan-nies. L-iżvilupp li jridu jagħmlu l-AUM Sentejn ilu l-AUM kienet issottomettiet applikazzjoni għall- iżvilupp fil-bini biswit il-kampus attwali u żvilupp ta' dormitorju fi Triq San Pawl, Bormla; viċin it-telgħa li tagħti għall-belt tal-Isla. Meta żmien wara bdew il-laqgħat bejn l-Awtorità tal-Ippjanar u l-partijiet interessati, kemm il-Kunsill tal-Isla kif ukoll il-Kunsill ta' Bormla kienu esprimew ir-riżervi tagħhom dwar dan il-proġett u l-impatt tiegħu fuq il- komunità tal-Kottonera. Fl-istess waqt, id-deputat Laburista Glenn Bedingfield, li hu wkoll resident tal-Kottonera semma' leħnu għal kemm-il darba fil-Parlament dwar din il-kwistjoni. F'Awwissu mbagħad is-sitwazzjoni eskalat, hekk kif ma' din il-gazzetta Bedingfield kien esprima t-tħassib tiegħu dwar din l-applikazzjoni u ġie kkwotat jgħid li l-bini propost huwa wisq kbir għal ftit studenti, li l-binjiet eżistenti għandhom ikunu biżżejjed għall-AUM u li se jkun qed jgħatti d-daħla tal-Isla. Interessanti l-fatt li mal- ILLUM huwa kien saħansitra ppropona żewġ siti alternattivi għall- iżvilupp tad-dormitorju; il-Palazz tal- Kaptan tal-Galjuni fix-xatt tal-Birgu u l-Fortizza tas-Salvatur fil-Kalkara. Intant, meta l-ġimgħa li għaddiet ġie mistoqsi minn din il-gazzetta dwar għandux jiġi approvat il-permess għall-estensjoni tal-Università Amerikana f 'Bormla, il-Ministru tal- Edukazzjoni Evarist Bartolo sostna li fl-opinjoni tiegħu qabel l-Università tiżviluppa għandha l-ewwel turi bil-fatti li tassew għandha bżonn dik il-faċilità. L-AUM U Palumbo 'jiġġieldu' bejniethom L-AUM u Palumbo fi kwistjoni fuq l-art li tagħti għad-daħla tal-Baċir Numru 1 … Uffiċjali tal-Pulizija kellhom jinżlu jikkalmaw is-sitwazzjoni. Il-Qorti tordna li x-xogħol jieqaf sakemm jinstema' l-każ Antonio Palumbo Clive Pulis Lewis Walker

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 20 October 2019