Illum previous editions

ILLUM 20 October 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1178030

Contents of this Issue

Navigation

Page 9 of 31

Aħbarijiet 10 illum | Il-Ħadd 20 ta' Ottubru 2019 minn Liam Carter BEDA jiltaqa' l-bord konsultattiv dwar l-entità ġdida li se tkun qiegħda tiġġieled favur l-integrità tal-isport lokali. Kienet din il-gazzetta li fil-ġimgħat li għaddew żvelat li l-Gvern permezz tas-Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ, Sport u Għaqdiet tal-Volontarjat Clifton Grima, qiegħed jaħdem sabiex iwaqqaf aġenzija ġdida li se tkun qiegħda tiġġieled kontra l-korruzzjoni fl-isport lokali. Apparti minn dan fl-aħħar xhur, din il-gazzetta żvelat diversi stejjer esklussivi dwar il-problema ta' korruzzjoni u n-nuqqas ta' integrità fl- isport lokali fosthom dwar il-produzzjoni illegali ta' steroids anaboliċi f 'Malta. Waqt l-ewwel laqgħa Grima saħaq li l-għan ewlieni tal-Gvern huwa li l-atleti u l-plejers jirbħu u jeċċellaw fl-ogħla livell waqt li jaġixxu u jikkompetu b'mod li jirrifletti l-valuri tal-qalba sportiva, jiġifieri li tilgħab ġust u tirbaħ nadif. "Il-korruzzjoni u d-doping huma kontra l-etika u l-ispirtu tal-isport u ma għandhom l-ebda post fis-soċjetà Maltija. Hija meħtieġa politika ta' tolleranza żero għal kwalunkwe azzjoni li tkisser ir-reputazzjoni tal-isport u ddgħajjef il-valur tiegħu," temm jgħid is-Segretarju Parlamentari Grima. Din l-entità, li se tkun l-ewwel tax-xorti tagħha, se tkun responsabbli mill- integrità wiesgħa tal-isport kollu lokali. Fiċ-ċentru tal-ħidma ta' din l-entità se jkun hemm il-ġlieda kontra l-korruzzjoni, il- manipulazzjoni tal-logħob u d-doping f 'Malta. L-għan ewlieni tal- bord konsultattiv hu li jinħoloq pjan strateġiku għall-formazzjoni ta' din l-entità, li tidentifika r-responsabbiltajiet u l-għanijiet ewlenin tal- entità kemm fl-oqsma ta' kontra d-doping kif ukoll kontra l-iffissar tal-logħob, li tipproponi struttura għall-entità u li tipprepara l-leġislazzjoni meħtieġa flimkien mal-Uffiċċju tal- Avukat Ġenerali. Ġie spjegat ukoll li l-mudell li addotaw il-Finlandja qiegħed iservi bħala punt ta' referenza għall-konsulenti Maltin. Din l-entità se tiġi fformulata fuq provediment ċar li kien iddaħħal fil-liġi tal-korruzzjoni fl-isport li l-Gvern fassal fl-2017 u hi mistennija li tibda topera minn Jannar 2021. Il-Ħadd, 20 t' Ottubru 2019 Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali 2014-2020 PRE – AVVIŻ Sotto-Miżura 1.1 – Taħriġ vokazzjonali u azzjonijiet relatati mal-kisba ta' ħiliet Sotto- Miżura 1.2 – Attivitajiet ta' dimostrazzjoni u l-azzjonijiet ta' informazzjoni Sotto-Miżura 4.1 – Appoġġ għall-Investiment f'Ażjendi Agrikoli Id-Direttur Ġenerali tad-Diviżjoni tal-Fondi u Programmi tal-Unjoni Ewropea fi ħdan is-Segretarjat Parlamentari għall-Fondi Ewropej u Djalogu Soċjali iħabbar li ser jiġu varati sotto-miżuri 1.1 u 1.2 tal- Programm tal-Iżvilupp Rurali għal Malta, 2014 - 2020. L-appoġġ taħt din il-miżura għandu jkopri taħriġ vokazzjonali u azzjonijiet relatati mal-kisba ta' ħiliet (sotto-miżura 1.1) u attivitajiet ta' dimostrazzjoni u azzjonijiet ta' informazzjoni (sotto-miżura 1.2). L-għajnuna taħt din il-miżura tingħata lil entitajiet li jipprovdu servizzi ta' trasferiment tal-għarfien u tal-informazzjon lil bdiewa eliġibbli. It-taħriġ jingħata mingħajr l-ebda forma ta' ħlas minn naħa tal- bdiewa. L-appoġġ taħt din il-miżura ma' għandux jinkludi korsijiet ta' struzzjoni jew taħriġ li diġa jiffurmaw parti mill-programmi jew is-sistemi edukattivi fil-livelli sekondarji jew ogħla. Il-baġit indikattiv taħt dawn is-sotto-miżuri huwa ta' €2.6 miljun (sotto-miżura 1.1) u €0.2 miljun (sotto- miżura 1.2). Dan iżid il-baġit totali allokat tas-sejħiet maħruġa taħt il-programm għal €124 miljun. L-applikazzjonijiet ser jibdew jiġu milqugħa matul Ottubru 2019. Aktar dettalji dwar id-dati u l-proċess tal-applikazzjoni ser jittellgħu fuq is-sit elettroniku tal-Awtorità ta' Ġestjoni www.eufunds.gov.mt. L- Awtorità ta' Ġestjoni ser tkun qiegħda torganizza sessjoni ta' informazzjoni fuq dawn is-sotto-miżuri. Dawk kollha li huma interessati jattendu għal din il-laqgħa jew għal aktar informazzjoni fuq dawn is- sotto-miżuri jistgħu jikkuntattjaw lill-Awtorità ta' Ġestjoni permezz tal-posta elettronika fuq rdd.meae@gov.mt jew permezz tat-telefon fuq 2200 1108. L-Awtorità ta' Ġestjoni tixtieq tħabbar ukoll li ser tkun qiegħda tirċievi l-aħħar grupp t' applikazzjonijiet taħt Sotto-Miżura 4.1 sat-30 t'April 2020. Mhux ser ikunu milqugħa iktar applikazzjonijiet wara din id-data sakemm jigi notifikat mod ieħor mill-Awtorità ta' Ġestjoni. Programm tal-Iżvilupp Rurali għal Malta 2014-2020 Proġett parzjalment iffinanzjat mill-Unjoni Ewropea Rata ta' Ko-finanzjament: 75% Unjoni Ewropea; 25% Gvern ta' Malta Il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali: L-Ewropa tinvesti f'żoni rurali Jiltaqa' l-bord konsultattiv dwar l-entità li se tiġġieled il-korruzzjoni fl-isport lokali L-entità l-ġdida mistennija tibda topera f'Jannar 2021

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 20 October 2019