Illum previous editions

ILLUM 20 October 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1178030

Contents of this Issue

Navigation

Page 3 of 31

Aħbarijiet 4 illum | Il-Ħadd 20 ta' Ottubru 2019 NATURALMENT din il- ġimgħa kienet iddominata mill-Baġit li ta' kull sena jvara numru ta' miżuri indirizzati għal kull qasam. Din is-sena, spikkaw ukoll diversi miżuri b'kuxjenza ambjentali fosthom it-tnedija tal-Istrateġija Nazzjonali Ambjentali li se tkun qed tikseb 'Carbon Neutrality' sas- sena 2050. Iżda lil hinn minn dan tħabbru diversi miżuri b'kuxjenza ambjentali li jolqtu l-ħajja ta' kuljum. L-ILLUM tat ħarsa lejn id-diskors tal-Baġit u elenkat l-aktar miżuri interessanti. Il-ġlieda kontra l-użu tal-plastik • Waħda mill-miżuri li spikkat kienet dik tal-projbizzjoni fuq l-importazzjoni ta' plastik li jintuża darba biss; bħall-irpużati u l-platti. L-importazzjoni ta' dawn il-prodotti se tkun ipprojbita mis-sena 2021, filwaqt li l-bejgħ u d-distribuzzjoni ta' dan it-tip ta' plastik se jkunu pprojbiti mis-sena 2022. • Miżura oħra interessanti kienet dik tal-funtani tal-ilma fl-iskejjel. Din il-miżura, li mal- ewwel daqqa t'għajn taf tiġi interpretata bħala trivjali, ċertament li jekk imħaddma tajjeb se tgħin biex tnaqqas l-użu tal-fliexken tal-ilma li jintużaw darba biss. • Tħabbar ukoll li se tiġi introdotta skema fuq ġbir ta' reċipjenti tax-xorb, li permezz ta' magni installati madwar Malta se jagħtu lura €0.10 għal kull reċipjent irriċiklat. • Interessanti wkoll l-iskema ta' għajnuna li tħabbret għall-ħwienet tal-merċa li qed jiġu mħajra jarmaw 'green corners'. Dawn l-irkejjen se jkunu ddedikati għall-bejgħ ta' prodotti tal-ikel bl-użin, bil- konsumaturi jieħdu r-reċipjenti tagħhom u b'hekk jitnaqqas l-użu tal-plastik. It-trasport li jirrispetta l-ambjent • Fil-Baġit tħabbar li l-Gvern se jwaqqaf kummissjoni li se tirrakkomanda d-data finali sa meta l-vetturi li jiġu importati f 'Malta ma jkunux iniġġsu. Ta' min jinnota li dan ma jfissirx li min ikollu karozza taħdem bil-petrol jew diesel se jkollu jneħħiha. • Miżura oħra relatata kienet dik tar-rata speċjali għal individwi li jiċċarġjaw il-vetturi elettriċi fid-dar tagħhom. Dan issa se jsir permezz ta' rata speċjali ta' €0.1298 għal kull unit. Skart u ndafa pubblika • Fil-Baġit tħabbar li se jkun qed jingħalaq l-impjant ta' Sant Antin. Dan mistenni jsir wara li l-proċess tal-iskart organiku jkun laħaq is- suċċess tiegħu. • Se jkomplu jingħataw l-inċentivi għal dawk li jinvestu f 'pannelli fotovoltajiċi, solar water heaters u heat pump water heaters. Enerġija rinovabbli • Miżura li ta' min jinnota f 'dan il-Baġit kienet tal-grant ta' 25% tan- nefqa kollha għal dawk li jixtru batterji li jaħżnu l-enerġija rinnovabbli. L-għotja tal-Gvern tlaħħaq il-massimu ta' €1,000 u jeħtieġ li l-applikanti jkunu diġà installaw panelli solari u spiċċalhom il-kuntratt tal-feed-in-tariff. • Intqal li se jsir investiment ta' €130 miljun fl-infrastruttura tal-ilma u investiment ieħor ta' €30 miljun f 'network ta' riċiklaġġ tal-ilma. • Infrastruttura li tirrispetta l-ambjent b'installazzjoni ta' panelli fotovoltajiċi f 'żoni industrijali u pubbliċi. • Tħabbret ukoll it-tnedija ta' programm li se jkun qed jiġġenera enerġija rinovabbli fi pjazez pubbliċi. lcarter@mediatoday.com.mt Liam Carter Pożizzjoni tista' tkun kofinanzjata minn Fondi Ewropej/Fondi Bilaterali EU FUND SUPPORT OFFICER Qed jintlaqgħu applikazzjonijiet għall-pożizzjonijiet ta' EU Fund Support Officer fi ħdan il-Ministeru għall-Affarijiet Ewropej u l-Ugwaljanza. L-applikant għandu jkun fil-pussess ta' kwalifika rikonoxxuta f'Livell 5 tal- MQF fl-Accounting, Business Management/Administration, Business Studies, Financial Services, Insurance, Marketing, Economics jew Banking jew kwalifika professjonali kumparabbli. L-applikazzjonijiet iridu jintbagħtu lid-Direttorat għas-Servizzi Korporattivi, Ministeru għall-Affarijiet Ewropej u l-Ugwaljanza, 31B, Tal-Pilar, Marsamxett Road, Valletta, VLT 1850 sa mhux aktar tard minn nofsinhar tal-Ġimgħa 25 t'Ottubru, 2019. Aktar dettalji jistgħu jiġu pprovduti mill-Gazzetta tal-Gvern ppublikata fid- 11 t'Ottubru 2019. L-applikazzjonijiet jistgħu jiġu mniżżla minn: https://publicservice.gov.mt/en/people/Pages/PeopleResourcingandCompl iance/FormsandTemplates.aspx Baġit b'kuxjenza ambjentali? L-ILLUM tistħarreġ

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 20 October 2019