Illum previous editions

ILLUM 20 October 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1178030

Contents of this Issue

Navigation

Page 25 of 31

Sports 26 illum Il-Ħadd 20 ta' Ottubru 2019 Tellieqa b'żewġ għanijiet għal Jesrit Angel Camilleri minn Cristian Antony Muscat FIL-JIEM li għaddew, ġiet organizzata tellieqa tat-triathlon f 'Għajn Tuffieħa fuq distanza sprint li tikkonsisti f '750 metru għawm fil-baħar, 20 kilometru fuq ir-rota u ħames kilometri ġiri. Il-mottiv ewlieni wara din il- ġirja kienet kawża ġusta u ċioè sabiex inkomplu ngħinu lill-Malta Community Chest Fund tgħin lil min hu fil-bżonn. Wieħed mill-parteċipanti f 'din it-tellieqa kien it-triatleta ewlieni Malti Jesrit Angel Camilleri li tana iktar dettalji: Madwar 70 parteċipant, li huwa numru sabiħ għal tellieqa ta' dan it-tip u kawża, inġbarna kmieni mas-sebħ ġewwa Golden Bay sabiex nibdew bil-preparazzjonijiet tagħna qabel it-tluq. Hekk kif wasal il-ħin li nibdew, l-organizzaturi, li kienu ilhom itellgħu u jniżżlu jekk iħalluniex ngħumu kif kien ippjanat inizjalment jew inkella b'format differenti għal raġunijiet ta' sigurtà minħabba li l-elementi kienu b'saħħithom, finalment iddeċidew illi l-għawma titħassar. B'hekk minflok triathlon, it- tellieqa ħadet żvolta ta' duathlon li kkonsistiet fi tliet kilometri ġiri, 18-il kilometru fuq ir-rota u tliet kilometri finali bil-ġiri. Għall-ħabta tat-tmienja u kwart, bdejna bit-tellieqa. Ħriġt fuq quddiem bl-għan li nibni vantaġġ bikri fl-iktar dixxiplina soda tiegħi, qabel ngħaddu għal stadju ta' rota fejn hemm triatleti b'saħħithom ferm bi snin ta' esperjenza. Irnexxieli nibni vantaġġ ta' 25 sekonda fi tranżizzjoni veloċi għal fuq ir-rota, fejn ħriġna mid- direzzjoni t'Għajn Tuffieħa lejn ix-Xemxija. B'ritmu veloċi u riħ minn wara, il-vantaġġ li ftaħt, tnaqqar kompletament mit-Triatleta Bernard Sant, fejn baqa' jibni u jiftaħ vantaġġ fuq quddiem nett. Fi triqitna lura lejn Għajn Tuffieħa, bit-tlajja' u l-elementi kontrina kienet iktar iebsa. Fil-fatt, dawn il-fatturi naqqsulna daqsxejn il-veloċità u minn hemm l-isfida kienet aktar mentali milli fiżika. Lejn l-aħħar tal-istadju tar-rota ġejt milħuq minn erba' triatleti oħra u dħalna għal transizzjoni finali flimkien biex naqbżu għall-fażi finali tal-ġiri. Ħrigt l-ewwel wieħed mit- transizzjoni u ħassejt li kelli biżżejjed enerġija sabiex nikkonsolida t-tieni post tal- ġurnata, kif fil-fatt għamilt. Din it-tiġrija, apparti li dħalt fiha bl-għan nobbli li nkun t'għajnuna għal min verament huwa fil- bżonn, ġiet fi żmien tajjeb sabiex nipprepara lilli nnifsi bl-aħjar mod għat-tellieqa tal-kampjonat nazzjonali tat-triathlon fuq distanza olimpika li saret nhar il-Ħadd li għadda. Nieħu l-okkażjoni sabiex ngħid grazzi u prosit lill-organizzaturi tal-organizzazzjoni u tad-deċiżjoni għaqlija li ħadu għas-sigurtà ta' kull parteċipant, u lill-Eċċellenza Tiegħu l-President ta' Malta, Dr George Vella, li onorana bil-preżenza tiegħu, fejn ġie ppreżentat bil-fondi li nġabru qabel għalaq l-okkażjoni b'diskors meqjus ta' ringrazzjament lil kull min ta sehmu, f 'din l-okkażjoni ta' solidarjetà.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 20 October 2019