Illum previous editions

ILLUM 20 October 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1178030

Contents of this Issue

Navigation

Page 27 of 31

Sports 28 IT-TRUSTMOORE Cross Country National Point Series (NPS XC) organizzat mill-Malta Mountain Bike Association għamlet ritorn,wara waqfa qasira tas-sajf, meta ċ-ċiklisti ngħaqdu flimkien f 'Selmun għal tellieqa oħra kkontestata. Il-ħames u l-aħħar tellieqa fil- kalendarju tat-tlielaq tal-NPS XC raw iċ-ċiklisti tal-Kategorija Elite jikkontestaw korsa ta' sitt dawriet, filwaqt li l-Kategoriji Open, Nisa, Junior u E-Bikes kellhom total ta' erba' dawriet kull waħda. Fil-Kategorija Elite, Mark Bonnici u Jason Vella kienu fuq quddiem mill-bidu, iżda Maurice Formosa (The Cyclist), li qatta' l-biċċa l-kbira tas-sajf jirkupra minn injury, ma wera l-ebda sinjal li jnaqqas ir-ritmu. Hu ħadem sabiex iġib vantaġġ komdu fl-ewwel niżla. Etienne Bonello (Team Greens) kien warajh, iżda Formosa kompla bil-ħidma tiegħu sabiex iġib distakk fuq Bonello. Il- kunfidenza ta' Formosa ratu jikseb kważi ħames minuti vantaġġ fuq Bonello li ħa t-tieni post. Fit-tielet post, inqas minn minuta wara Bonello, kien Jason Vella (Agones SFC). Fil-Kategorija Open, Ramon Grech mill-ewwel ħareġ fuq quddiem, iżda panċer fit-tieni dawra rah jitlef ħin prezzjuż. Dennis Dolci sfrutta mis- sitwazzjoni, u żamm il-pass tajjeb sabiex jirbaħ il-kategorija wara li għeleb lil Mario Attard. Minkejja li Grech ta prestazzjoni tajba biex jipprova jikseb il-ħin mitluf, hu kiseb it-tielet post. Fiona Darmanin Tedesco kienet l-unika kompetittriċi femminili waqt li fil-Kategorija tal-Junior Stefan Scerri (Gozo CC), rebaħ it- tellieqa b'vantaġġ ta' ħames minuti fuq Nikol Micallef li ħa t-tieni post. Intant fil-Kategorija e-Bike Robert Magro kompla bi prestazzjoni konsistenti sabiex kiseb rebħa oħra. Klassifika ġenerali Minkejja li Formosa kellu jirtira fl-ewwel tellieqa minħabba problemi mekkaniċi, Formosa rebaħ it-tlielaq l-oħra kollha. Bin-nuqqas ta' Brandon Sultana fl-aħħar tellieqa Formosa ġie ddikjarat ir-rebbieħ tas-Serje. Fil-kategorija Open, ir-rebħa ta' Dennis Dolci nhar il-Ħadd rah inkurunat rebbieħ ta' din il- kategorija, waqt li fil-kategorija tal-Juniors Clyve Chetcuti kiseb l-unuri. Fil-kategorija tan-nisa, il- parteċipazzjoni konsistenti ta' Fiona Darmanin Tedesco ratha tirbaħ is-Serje, filwaqt li fil- kategorija e-Bikes, li ġiet introdotta din is-sena, Robert Magro kompla s-suċċess tiegħu. Inizjattiva ta' tindif mill-membri tal-Kumitat tal-MMBA u voluntiera Wara l-preżentazzjoni tal-midalji lir-rebbieħa, membri tal-kumitat tal-Assoċjazzjoni u voluntiera oħra pparteċipaw f 'inizjattiva ta' tindif organizzata qrib iż-żona tat- tellieqa. "Minbarra s-sodisfazzjon miksub mill-kompetizzjoni li wieħed jara f 'dawn it-tlielaq, l-Assoċjazzjoni tkompli bl-għan li trawwem apprezzament għan-natura filwaqt li tipprovdi opportunità ta' eżerċizzju. L-Assoċjazzjoni tenfasizza l-importanza li wieħed jirrispetta l-ambjent li jintuża matul it-tlielaq f 'postijiet varji madwar il-gżejjer Maltin. Minħabba f 'hekk, b'inizjattiva tal-membru tal- kumitat tagħna Fiona Darmanin Tedesco, organizzat it-tindif fil- viċinanzi taż-żona tat-tellieqa. Dan iż-żibel tħalla minn terzi persuni matul ix-xhur tas-sajf. L-iskart kollu ġie sseparat bir-reqqa," stqarr Pierre Zammit Endrich, president tal-Malta Mountain Bike Association. It-Trustmoore Cross Country National Points Series hija appoġġjata minn AF Sign Studio, Go & Fun, Magri Cycles, Maypole, H20nly u Jimmy Vella Fruit and Vegetables. L-aħħar tellieqa għall-2019, ser jkunu l-Kampjonati Nazzjonali li se jsiru nhar il-Ħadd 3 ta' Novembru. It-tellieqa tibda fit-8 ta' filgħodu ġewwa r-Riserva Naturali tal- Majjistral. Għal aktar informazzjoni żur http://www.maltamountainbike. org.mt/ jew il-paġna ta' Facebook tal-Assoċjazzjoni. illum Il-Ħadd 20 ta' Ottubru 2019 Maurice Formosa jissiġġilla r-rebħa tat-Trustmoore Cross Country National Point Series minn Cristian Antony Muscat

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 20 October 2019