Illum previous editions

ILLUM 20 October 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1178030

Contents of this Issue

Navigation

Page 13 of 31

Minn Yendrick Cioffi BORMLA. Malli tirreferi għal din il-belt, l-ewwel ħaġa li tiġik f 'moħħok hija l-Immakulata Kunċizzjoni. Hija l-mimmi ta' għajnejn il-Bormliżi u f 'Novembru, din l-imħabba speċjali tagħhom lejn l-Immakulata, se tkun iċċelebrata bi kbir f 'manifestazzjoni li se tfakkar dak li għamlu 75 sena ilu biex jaqsmu mal-poplu Malti kollu dak li huma jħossu meta jħarsu lejn ix-xbihat għażiża tal- Kunċizzjoni. Normalment, il-festa tal- Immakulata Kunċizzjoni tibda fit-28 ta' Novembru, bil-ħruġ famuż tal-vara min- niċċa, lejlet li tibda n-Novena. Iżda din is-sena, il-bieba tan-niċċa se tinfetaħ ħafna qabel, fl-1 ta' Novembru hekk kif dakinhar se jibdew, jew aħjar se jibdew jilħqu l-qofol tagħhom, iċ-ċelebrazzjoniet li qed ifakkru l-75 anniversarju mill-Pellegrinaġġ Nazzjonali li kien sar minn Birkirkara għal Bormla nhar id-19 ta' Novembru tal-1944. Din il-ġimgħa, l-ILLUM se tiddedika dawn iż-żewġ paġni għal dawn il-festi speċjali li l-poplu Bormliż u dak Karkariż se jkunu qed jiċċelebraw, hekk kif il-vara tal-Immakulata Kunċizzjoni se terġa' tirritorna f 'Birkirkara. X'se jiġri eżatt fit-3 ta' Novembru? Kif spjegat aktar 'il fuq, din is-sena, il-festa tal-Immakulata Kunċizzjoni se tiftaħ ħafna qabel. Fil-fatt, nhar il-Ħadd l-1 ta' Novembru, wara l-quddiesa tas-6:00pm, se jsir il-ħruġ solenni tal-Immakulata Kunċizzjoni min-niċċa tagħha. Jumejn wara, jiġifieri nhar il-Ħadd 3 ta' Novembru, bħal- lum ħmistax, għall-ħabta tat- 8:30am, il-vara tal-Immakulata Kunċizzjoni se tinħareġ mill-Kolleġġjata tagħha, akkumpanjata mill-Banda San Ġorġ ta' Bormla, biex tibda triqitha lejn Birkirkara. Il-vara, abbord trailer se tgħaddi mill-Parroċċa tal- Madonna tal-Karmnu fil-Fgura u mill-Parroċċa tal-Immakulata Kunċizzjoni fil-Ħamrun. Għall-ħabta tal-11:30pm, il-vara tal-Immakulata Kunċizzjoni se tasal quddiem il- Knisja tal-Patrijiet Konventwali ta' Birkirkara biex minn hemm, akkumpanjata mill-Banda Sant'Antnin u aktar tard mill- Banda Duke of Connaught's, tintrefa' sal-Bażilika ta' Santa Elena. Kuljum, fil-Bażilika ta' Santa Elena, filgħaxija se jkun hemm quddiesa bil- prietka dwar l-Immakulata Kunċizzjoni u diversi attivitajiet u ċelebrazzjonijiet li se jibqgħu sejrin sakemm il-vara tal- Immakulata Kunċizzjoni terġa' tħalli Birkirkara. Fis-7 ta' Novembru, se ssir festa apposta għat-tfal, b'purċissjoni b'vara żgħira tal- Immakulata Kunċizzjoni, li se tkun inkurunata fuq iz-zuntier tal-Bażilika. Birkirkara se tiċċelebra festa lill-Immakulata Kunċizzjoni Il-Bormliżi jiċċelebraw lill-Immakulata Kunċizzjoni fit-8 ta' Diċembru, iżda din is-sena, il-poplu Karkariż ħaseb li ġaladarba se jilqa' għandu l-vara devota tal-Kunċizzjoni, jieħu l-opportunità u anke hu jiċċelebra l-festa tal- Immakulata. Nhar is-Sibt 9 ta' Novembru, fis-6:00pm, dejjem fil-Bażilika Elenjana, se ssir it-Tranżlazzjoni tar-Relikwa bis-sehem ta' Kapitli ta' Bormla u Birkirkara. L-għada, il-Ħadd 10 ta' Novembru, filgħodu, kif jagħmlu b'Santa Elena, il-Karkariżi se joħorġu purċissjoni/pellegrinaġġ bil-vara tal-Immakulata Kunċizzjoni, li se tkun akkumpanjata mill-banda San Ġorġ ta' Bormla. Il-purċissjoni toħroġ fid-8:45am. Din se tgħaddi mill-Pjazza, u Triq il-Kbira, Triq Brared, Triq Anġlu Mallia, Naxxar Road, Ħdejn San Pawl, Triq il-Kbira lura għall-pjazza u l-knisja. Filgħaxija, fis-7:30pm, se tkun iċċelebrata quddiesa, bir-Rit Straordinarju, fuq l-artal tal- Kunċizzjoni, l-artal li fuqu kien tpoġġa l-Kwadru Inkurunat tal- Immakulata Kunċizzjojni meta kien għall-kenn f 'Birkirkara. Jitfakkar il-pellegrinaġġ ta' 75 sena ilu ... Pellegrinaġġ minn Birkirkara għal Bormla Tlettax-il ġurnata wara li tasal Birkirkara, nhar is-Sibt 16 ta' Novembru se ssir it-tifkira tal- pellegrinaġġ tal-1944. Filgħodu kmieni, fis-7:00am, se ssir quddiesa fil-Bażilika ta' Santa Elena biex fit-8:00am, il-vara tal-Immakulata Kunċizzjoni tinħareġ mill- Kolleġġjata Karkariża u akkumpanjata mill-Banda Santa Elena, timxi lejn l-iskola minn fejn terġa' taqbad it-trailer 14 illum | Il-Ħadd 20 ta' Ottubru 2019 Festi Il-Bormliżi u l-Karkariżi flimkien se mill-ġdid ġrajja ta' 75 sena ilu F'dan il-Ħadd, il-gazzetta ILLUM qed tiddedika dawk iż-żewġ paġni għall- festi speċjali li l-Bormliżi u l-Karkariżi se jiċċellebraw minn ħmistax oħra biex ifakkru Pellegrinaġġ Nazzjonali li kien sar fl-1944, ftit xhur wara t-tmiem tat- Tieni Gwerra Dinjiija L-aktar żona milquta mill-bombi qerrieda tat-Tieni Gwerra Dinjija bla dubju kienet dik ta' madwar il-Port il-Kbir, partikolarment il- Kottonera. It-Tarzna, fil-qalba tal-Kottonera, partikolarment Bormla, kienet il-mira ta' diversi attakki mill-ajru u propju għalhekk li l-attakki mill-ajru bla ħniena ħallew mill-Kottonera ħerba sħiħa. Kien propju għalhekk li l-Kapitlu tal-Kolleġġjata Bormliża ħa deċiżjoni li ma kienet xejn faċli. Iddeċidew li l-vara tal-Immakulata Kunċizzjoni u anke l-kwadru inkurunat, jittieħdu għall-kenn fil-Kolleġġjata ta' Sant' Elena f 'Birkirkara. Hekk għamlu, iżda qabel ma ħadu dawn ix- xbihat, fis-satra tal-lejl, il-Kapitlu, f 'isem il-poplu Bormliż għamlu wegħda mal-Madonna li jekk is-Santwarju u Kolleġġjata tagħhom ma jiġġarrafx kienu se jagħmlu pellegrinaġġ kbir biex iż-żewġ xbihat jitwasslu lura f 'darhom, il-Belt Cospicua. Il-gwerra ġiet! Ħalliet mill-Kottonera ħerba sħiħa. Ir-ritratti jixhdu dan kollu iżda jixhdu wkoll li fost il-bini kollu mġarraf, is-Santwarju tal-Immakulata Kunċizzjoni baqa' wieqaf minkejja li l-konsenturi, riżultat tat-theżżiż, għadhom sal- lum jidhru fil-lunetti taħt il-koppla. Jingħad li fuq Bormla niżlu xejn inqas minn 200 bomba, b'waħda minnhom taħbat eżatt mal- gwarniċ tal-kampnar tal-qanpiena l-kbira. Il-gwerra għaddiet u l-Kapitlu u l-poplu Bormliż bdew jaħsbu kif se jonoraw il-wegħda li kienu għamlu. Għażlu data. Id-19 ta' Novembru tal- 1944. Kienu s-siegħa ta' waranofsinhar meta eluf ta' Maltin, minn kull rokna tal-gżira, ħonqu l-pjazza tal-Kolleġġjata Elenjana biex jassistu għall-ħruġ tal-vara u l-kwadru tal-Immakulata Kunċizzjoni. Wieħed jista' jobsor x'ħassew il-Bormliżi meta raw ix-xbihat tal-Immakulata jibdew triqithom lura lejn Bormla u x'ħass il-poplu Karkariż li kien se jiċċaħħad minn dawn ix-xbihat li issa anke hu kien sar iħobb. Tapit ta' nies akkumpanja liż-żewġ xbihat minn kull fejn għaddew, inkluż il-Ħamrun, il-Marsa u Raħal Ġdid sakemm waslu lura fil-Belt Cospicua, imġarrfa iżda kuntena li reġa' kellha f 'nofsha l-Immakulata. Tul dan il-pelegrinaġġ kienu ħadu sehem xejn inqas minn 16-il banda u rappreżentanza tal- għaqdiet reliġjużi, soċjali u politiċi Maltin. Fil-fatt, tista' tgħid li minn pellegrinaġġ għall- Bormliżi, dan spiċċa pellegrinaġġ nazzjonali fejn il-poplu kollu ħareġ jirringrazzja lill-Immakulata Kunċizzjoni li l-gwerra kienet għaddiet. Fil-50 anniversarju minn dan il-pellegrinaġġ, il-vara tal-Immakulata kienet reġgħet irritornat Birkirkara u hekk se jerġa' jiġri x-xahar id-dieħel, fil-75 anniversarju minn dan il-pellegrinaġġ li l-Bormliżi baqgħu jfakkru kull sena. Il-vara u l-kwadru għaddejjin f 'nofs baħar ta' nies mill-Ħamrun Għalfejn kien sar pellegrinaġġ minn Birkirkara għal Bormla?

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 20 October 2019