Illum previous editions

ILLUM 20 October 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1178030

Contents of this Issue

Navigation

Page 28 of 31

29 Il-Ħadd 20 ta' Ottubru 2019 | illum Sports IT-TRIATLETA tal- Birkirkara St Joseph Club Rudolph Agius poġġa ismu fil-kotba tal-istorja tal- isport wara prestazzjoni trijonfanti fl-Ironman Triathlon f 'Barcelona. L-għawma ta' 3,800 metru fl-ilmijiet sħan tal-Baħar Mediterran taw bidu għat- tellieqa fil-bajja ta' Calella. Il-korsa tar-rota kienet ċatta, li kienet tfisser tellieqa mgħaġġla ħafna. Ir-rotta ta' 42.2 km minn Calella sa Calella-Santa Susanna għall- ġirja finali kienet simili. Agius, li jiffoka fuq it- triathlon fuq distanza twila, ikkompeta f 'numru sostanzjali ta' tlielaq Ironman. Agius ipproduċa l-aqwa prestazzjoni tiegħu, ġewwa Barcellona fuq din id-distanza, meta rreġistra ħin ta'55 minuta u 18-il sekonda fl-għawma, ħin ta' erba' sigħat 48 minuta u 30 sekonda fuq ir-rota u ħin ta' tliet sigħat, 11-il minuta u 27 sekonda fil-maratona. Il-ħin kumplessiv tiegħu kien dak ta' disa' sigħat u 53 sekonda. Agius kiseb il-ħames post fil-Grupp tal-Età tiegħu li ra lil 566 atleta jispiċċaw it- tellieqa. Il-ħin miksub minn Agius fisser li hu kiser ir-Rekord Nazzjonali attwali tat- Triathlon fuq Distanza Twila kif ukoll żgura postu fil-Kampjonati Dinjija 2020 li ser isiru f 'Kailua-Kona, il-Ħawaj. Il-kwalifikazzjoni ta' Agius għal Kona kienet it-tieni għalih, u huwa l-uniku atleta lokali li kkwalifika diversi drabi għal dawn il- Kampjonati. "Barċelona pprovdiet il-kundizzjonijiet perfetti, li kienu appoġġjati minn xhur ta' tħejjija dettaljata u impenjattiva. Li tikkwalifika għal Kona hija l-ħolma ta' kull triatleta. Li tikseb din il-ħolma darbtejn, hija xi ħaġa iktar li ftit kliem jistgħu verament jiddeskrivu, l-emozzjoni warajha," stqarr Agius wara t-tellieqa. "Dan żgur dan ma kienx ikun possibbli mingħajr l-appoġġ tal-familja u l-klabb tiegħi - Birkirkara St Joseph Sports Club kif ukoll l-entitajiet li wrew l-appoġġ tagħhom - Attard Bros Group, Big Mat Malta, Garmin Malta, Nectar Group, Pfanner u Scott Bikes, The Cyclist." Fi stqarrija, is-Segretarju Ġenerali tal-Klabb Sportiv Birkirkara St Joseph Euchar Camilleri esprima s-sodisfazzjon tiegħu għar-riżultat u nnota li din kienet it-tielet darba li l-Klabb kien irrappreżentat fil-Kampjonati Dinji tal- Ironman, l-ewwel darba fl-2013 meta kien l-eks Champion Nazzjonali u Membru tal-klabb Dermot Galea ġarrew il-bandiera Maltija u tal-Klabb fil- Ħawaj. Rudolph Agius jikkwalifika għall- Kampjonati tad-Dinja tal-Ironman

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 20 October 2019