Illum previous editions

ILLUM 20 October 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1178030

Contents of this Issue

Navigation

Page 12 of 31

13 tagħhom. Imnalla jkunu huma jagħmlu biċċa xogħol iebsa u essenzjali." 'Kif tista' tibdel villa li nbniet fil-bidu tal-perjodu kolonjali b'dak il-mod?' Naqilbu daqsxejn id-diskors u nistaqsih dwar l-applikazzjoni għal boutique hotel fis-Saqqajja li din il-ġimgħa ġiet irtirata. Craus kien wieħed minn tal-ewwel, li fuq il-paġna tiegħu ta' Facebook ħareġ kontra dan l-iżvilupp żmien qabel ma kien reġa' ġie elett Sindku. Nistaqsih kellux riżervi qabel joġġezzjona għal dan il-proġett, minħabba l-pożizzjoni tiegħu f 'Kastilja. Huwa kien pront jgħid, "le. B'mod etiku tkellimt mal-Prim Ministru u għidtlu li se noġġezzjona huwa qalli, 'go ahead, l-enerġija tiegħek iddedikaha biex dan l-iżvilupp ma jsirx.' U hekk għamilt," qal Craus. Mal-ILLUM huwa jistqarr li ħassu xxokkjat. "Kif tista' tibdel villa li nbniet fil-bidu tal-perjodu kolonjali b'dak il-mod. Apparti li dik hi ż-żona rikka ferm fl-istorja. Ma kontx Sindku u rajt artiklu fuq il-gazzetti, u għalhekk il-ġurnalisti huma importanti għaliex għenuna ħafna fl-argumentazzjoni tagħna." Huwa kompla jirrakkonta kif flimkien mal-Kunsillier tal-Partit Nazzjonalista Rudolph Grima, bdew jaħdmu fuq kampanja żmien qabel ma kellu ħsieb biex jikkontesta l-elezzjoni tal-Kunsilli u finalment ġabru 3,000 firma. "Għamilna ħafna pressjoni, laqgħat mal-Awtorità tal-Ippjanar, mal- kuntrattur u mas-sid. Aħna għidnielu li naqblu li l-binja eżistenti, mingħajr żvilupp addizzjonali tinbidel f 'boutique hotel iżda ma naqblux li jsir żvilupp addizzjonali li jeqred il-madwar. "B'ferħa, din il-ġimgħa s-sid irtira l-applikazzjoni, din hi storja ta' suċċess għall-Maltin kollha u mhux għall- ambjentalisti biss," sostna Craus. Pjan biex jonqsu l-karozzi miċ-ċentru tar-Rabat Ma' din il-gazzetta s-Sindku tkellem ukoll dwar proġett ambizzjuż li għandu f 'moħħu bl-għan li jonqos il-karbonju u l-konġestjoni fil-qalba tar-Rabat. "Għandna sfida li nnaqqsu l-karozzi miċ-ċentru tar-Rabat. Irridu li jkun hemm konnettività fir-Rabat b'karozzi żgħar li jaħdmu bl-elettriku minflok li nies jużaw il-karozzi tagħhom li jibqgħu jduru mar-Rabat kollu u qatt ma jsibu parking." Skontu wara li l-isfida tal-indafa u wara li proġetti kapitali jkunu qabdu ritmu tajjeb, se jibdew jaħdmu għal aktar mobbiltà. Iżda huwa kien ċar fi kliemu, "in-nies irridu nagħmluhom komdi, irid ikun hemm provvista tajba ta' dan is-servizz. Resident irrid joħroġ issib rikba, twasslu, jinqeda u jerġa' jsib rikba lura d-dar. Dan huwa l-mod ta' kif ir-Rabat għandu jieħu r-ruħ." 'Minn investitur sa persuna li għandha bżonn dar. Nisimgħu r-rikjesti ta' kulħadd' Nerġgħu naqilbu d-diskors u nitkellmu dwar ir-rwol tiegħu fil-Gvern Ċentrali. Nistaqsih biex jispjega xi jkunu l-aktar rikjesti li jirċievi l-uffiċċju tiegħu. "Hawnhekk naraw ir-rikjesti ta' kulħadd minn investitur sa persuna li m'għandhiex dar u saħansitra nies li ma jibdewx jifhmu ċertu affarijiet u għalhekk jiġu hawnhekk jistaqsu. Daqshekk hi miftuħa K astilja." Huwa qal ukoll li l-impjegati ta' dan l-uffiċċju ġew imħarrġa biex joffru servizz ta' għajnuna professjonali. "Il-klijenti dejjem għandhom raġun. Imxejna bil-mod ta' kif klijenti jiġu servuti fil-privat nisimgħu, insegwu l-każ u nieħdu ħsieb ir-rikjesti tan-nies." Hu spjega li matul iż-żmien ir-rikjesti tal-pubbliku nbidlu. "Fil-bidu l-aktar rikjesta komuni kienet ix-xogħol. Iżda llum ħadd ma jiġi hawn għall-impjiegi. L-ekonomija bidlet ir-rikjesti." Apparti minn hekk Craus qal li l-uffiċċju tiegħu jagħmilha bħala punt ta' referenza bejn il-Ministeri kollha. "Il-Prim Ministru jirċievi ammont kbir ta' emails u messaġġi, hu jaqrahom, imbagħad jgħaddu għandna u flimkien naħdmu fuq dawn l-affarijiet kollha." Ma' din il-gazzetta huwa jagħmel referenza għall-każijiet fejn l-uffiċċju tiegħu kien strumentali. "Minn dan l-uffiċċju ġibna film li kien se jintilef u ltaqjna ma' diretturi kbar inkluż Michael Bay. Domna sa tard bil-lejl u ssiġillajna l-film. Dan kien ifisser miljuni ta' ewro għall-Maltin u l-Għawdxin," sostna Craus. Ovvjament ma stajtx ma nsaqsihx fuq il-Baġit, ġaladarba din il-ġimgħa bħal kull sena, tkun iddominata minn dan l-eżerċizzju annwali. Ir-rikjesti tan-nies jinfluenzaw il-Baġit? Huwa spjega li l-Prim Ministru stess jitolbu biex jispjegalu l-aktar rikjesti li jsiru min-nies li jfittxu l-għajnuna fl-uffiċċju tiegħu. Intervista Il-Ħadd 20 ta' Ottubru 2019 | illum investitur sa persuna li għandha bżonn saqaf ' Fit-tenders tlabt biex nara l-pagi li l-kuntrattur qed iħallas lill- ħaddiema tiegħu. Il-Kunsill flus tajba se jħallas u għalhekk irrid nara l-pagi. Il-ħaddiema għandhom ikunu mħallsa tajjeb Ritratt: James Bianchi

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 20 October 2019