Illum previous editions

ILLUM 20 October 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1178030

Contents of this Issue

Navigation

Page 29 of 31

Sports 30 illum | Il-Ħadd 20 ta' Ottubru 2019 Kif għażilt l-atletika fost sport ieħor? Sfortunatament, jien m'għażiltx l-atletika bħala l-ewwel u l-uniku sport tiegħi. Bdejt nipprattika l-atletika madwar sentejn ilu u nixtieq li kont imħeġġeġ u mħajjar li nibda dan it- tip ta' sport qabel. Minn meta kont daqsxejn ta' tifel, u kont għadni fi żmien l-iskola primarja mill-ewwel beda jogħġobni l-futbol. Bdejt nilgħab ma' Luqa Nursery minn età żgħira u bqajt sakemm kelli xi 17-il sena. Wara komplejt nilgħab 5-a-side ma' grupp ta' ħbieb meta kienu introduċew il-grawnds sintetik, fejn konna niltaqgħu bħala ħbieb u ngħaddu siegħa żmien flimkien. Bqajt nipprattika dan l-isport tista' tgħid sakemm kelli 32 sena u apparti l-futbol dejjem kont nipprattika xi tip ta' sport ieħor fosthom it- tennis u anke kont għamilt xi sena nitħarreġ fil-boxing ukoll. Ir-raġuni li ma bqajtx nipprattika dawn it-tipi ta' sport hi għax imbagħad bdejt nipprattika l-atletika. Kollox beda meta kont qed nitkellem ma' ħabib tiegħi u hu kien jipprattika l-atletika. Beda jgħidli kif jagħmel it-taħriġ u beda jħajjarni nibda dan l-isport, tant li kitibni għal tellieqa ta' ħames kilometri. Dan kien f 'Settembru tal-2017. X'ħeġġek l-iktar biex tibda tipprattika dan l-isport? Kif semmejt qabel kien ħabib tiegħi li daħħalni ġo tellieqa ta' ħames kilometri. Dan kien f 'Settembru tal-2017. Peress li kont pjuttost attiv għax darbtejn fil-ġimgha kont immur nilgħab il-futbol, ma kontx bsart li biex tagħmel tellieqa kienet daqshekk diffiċli. Vera ħassejtha diffiċli u niftakar li din it-tellieqa ta' ħames kilometri kont għamiltha f 'xi 30 minuta. Fil-verità kont għamiltha f 'daqshekk ħin għax ma kellix it- taħriġ adekwat. Niftakar li bdejt nara nies akbar minni fl-età għaddejjin qishom mhuma qed jagħmlu xejn. Din naħseb interessatni aktar fuq dan l-isport li m'hemmx età biex wieħed iżomm ruħu attiv u b'saħħtu. Wara dan kollu sieħbi kien introduċieni ma' kowċ Olandiż bl- isem ta Has Kesra li huwa rinomat ħafna f 'dan l-isport. Bdejt nitħarreġ dan l-isport ma' dan il-kowċ u dejjem bdejt nitjieb fil-ħinijiet tellieqa wara tellieqa. Issa nista' ngħid li sirt 'addict' għal dan l-isport u ġiet xi ħaġa li ma nistax ngħaddi mingħajrha! Min ispirak biex tagħżel l-atletika? Il-persuna li ispirani nagħżel l-atletika huwa Chris Mizzi. Dan huwa ħabib tiegħi li kien jaħdem miegħi u tant xtaqt u ridt li jien nibda dan l-isport li qabad u daħħalni fl-ewwel tellieqa. Jien dejjem sibtu ta' għajnuna f 'dan l-isport kif ukoll barra mill-isport. Nista' ngħid li wara l-ewwel tellieqa li kont għamilt bis-saħħa tiegħu, jien qatt ma ħarist lura u bqajt nipprattika l-atletika. Liema kien l-aħjar ħin tiegħek sa issa? L-aħjar ħin fuq ħames kilometri s' issa huwa ta 18:34 u fuq l-għaxar kilometri huwa ta' 39:08. Il-media tagħtikom biżżejjed pubbliċità? Illum naħseb li hawn iktar pubbliċità minħabba l-media soċjali bħall-Facebook eċċ. imma naħseb fuq it-televixin ma tantx jagħtu prijorità lill-atletika, ħlief meta jsiru xi maratoni barra minn Malta. Għandek xi ħolma li tixtieq tikseb fl-atletika? Ifhem, bħal kull atleta ieħor, dejjem nixtieq li nnaqqas il-ħin tiegħi kemm jista' jkun biex dejjem niġi aħjar fil-klassifika u forsi xi darba nikseb podju barra minn Malta. X'sagrifiċċji u impenji jinvolvi l-isport li int tipprattika? Is-sagrifiċċji huma bosta biex wieħed jipprattika dan l-isport. Nibda biex insemmi t-taħriġ li trid tagħmel. Jien ikolli taħriġ ħames darbiet fil- ġimgħa u nkun irrid nagħmlu wara l-ħin tax- xogħol. Allura, bħal kull atleta ieħor, tkun trid issib bilanċ bejn il-familja, ix- xogħol u t-taħriġ. 'M'hemmx età biex wieħed iżomm Cristian Antony Muscat Heathcliff Vella - atleta ewlieni f'pajjiżna li jitħarreġ ma' Evolve Endurance Club u beda jipprattika l-atletika ta' 32 sena iżda li f'qasir żmien, kiseb suċċessi konsiderevoli f'dan l-isport li tant iħobb. Huwa atleta ewlieni f 'pajjiżna Beda jipprattika l-atletika ta' 32 sena Jitħarreġ ma' Evolve Endurance Club F'qasir żmien kiseb suċċessi konsiderevoli f 'dan li tant iħobb HEATHCLIFF VELLA Li kieku kelli nerġa' nitwieled mill-ġdid kont nagħżel dan l-isport qabel għax vera għallimni l-valuri fl-isport innifsu u anke fil-ħajja ta' kuljum

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 20 October 2019