Illum previous editions

ILLUM 20 October 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1178030

Contents of this Issue

Navigation

Page 16 of 31

Ħ afna drabi nagħtu importanza kbira lill- istatistika u niffukaw fuq il-pożittiv, u tajjeb li nagħmlu dan għaliex hekk inkejlu l-progress tagħna. Però wieħed ma jridx jinsa wkoll in-negattiv, dak li naffaċċjaw fil-ħajja tagħna ta' kuljum u dak li nistgħu ntejbu. Fuq livell soċjali, ir-realtà hi li taqdef kemm taqdef xorta waħda jibqgħalek gwerer x'tiġġieled għaliex dejjem jinqalgħu sfidi ġodda. Infatti jekk wieħed iħares lejn is-sitwazzjoni preżenti u jieħu stampa realistika ta' dak li veru qiegħed jaffettwa lis-soċjetajiet moderni madwar l-Ewropa jsib li l-avvanz qed isir imma huwa avvanz limitat minħabba li hemm ċertu dellijiet li qed itappnu r-riżultati ekonomiċi tajbin li qed jinkisbu. Matul din il-ġimgħa, fis-sessjoni Plenary tal-Parlament Ewropew iddiskutejna rapport dwar l-impjiegi u l-politiki soċjali taż-Żona Ewro li minnu ħarġu diversi punti importanti dwar is- sitwazzjoni li tinsab fiha l-Unjoni Ewropea. It-tħejjija ta' dan ir- Rapport kienet qed issir fil-Kumitat tal-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali u għal dawn l-aħħar ġimgħat kienu qed jiġu diskussi numru ta' temi li jridu jiġu indirizzati permezz ta' dan ir-Rapport. Jien bħala membru tkellimt diversi drabi fuq din il- materja, kemm meta kellna l-opportunità li niddjalogaw mal-President von der Leyen, f 'laqgħat interni fil- familja politika tiegħi u kif ukoll fil-laqgħat ta' dan il- Kumitat. Għamilt sforz biex nara li fuq livell Ewropew jibda jingħata prominenza fatt li ilu jiġu injorat u li nemmen li wasal iż-żmien li jiġi diskuss u jittieħed b'serjetà. Qed nirreferi b'mod partikolari għar-realtajiet ġodda li ġab miegħu l-avvanz teknoloġiku u fuq il-ħtieġa li npoġġu dan l-iżvilupp f 'kuntest soċjali u ekonomiku. Matul il-kampanja elettorali bdejt nitkellem fuq ir- right to disconnect, dritt li mhux kulħadd jemmen bih, tant li meta bdejt nagħti prominenza lil din id- diskussjoni kien hemm uħud li ma ħadux gost u saħansitra kien hemm min kien iqis din id-diskussjoni daqslikieku kien xi suġġett tabù. Fortunatament, hawn ħafna oħrajn li fehmu jew qegħdin jifhmu x'inhu dan id-dritt u llum, wara ftit xhur nistgħu ngħidu li sar l-ewwel pass importanti fuq livell Ewropew. Fil-ġimgħat li għaddew kont persistenti fuq l-inklużjoni ta' dan il-fattur fid-diskussjoni marbuta mal-qasam soċjali u s-settur tal-impjiegi. Fid-diskussjonijiet li kellna dwar ir-Rapport li semmejt aktar kmieni, tkellimt fuq ir-realtà li teknoloġiji ġodda li jintużaw bħala mezz ta' komunikazzjoni u flessibilitajiet li jeżistu fl- organizzazzjoni tax-xogħol, spiss qegħdin iwasslu għal ċirkostanżi fejn l-impjegati jispiċċaw jaħdmu ħinijiet itwal minn dawk li huma kkumpensati għalihom u agħar minn hekk, qed iwasslu għal distinzjonijiet anqas ċari bejn ix-xogħol u l-ħajja privata. Għaldaqstant ipproponejt li f 'dan ir-Rapport tiddaħħal emenda li titkellem fuq il- bżonn li jingħata dritt għal skonnettjar diġitali u li jiġu esplorati l-kunċetti ta' faqar u awtonomija fl-impjiegi. Dan ir-Rapport għadda u din l-emenda li pproponejt issa ġiet rakkomandazzjoni uffiċjali tal-Parlament Ewropew li tista' twassalna għal aktar miżuri konkreti fil-futur qarib. Waqt is-sessjoni Plenarja, kelli wkoll l-opportunità li nitkellem fuq l-isfidi moderni tad-dinja tax- xogħol, fost oħrajn fuq il-bżonn li l-Ewropa taħdem biex ikollha pjan fit-tul kontra l-isfida tal-qgħad u kif ukoll biex jitfasslu politiki li jassiguraw li min jaħdem ikollu xogħol ta' kwalità għolja, pagi tajbin u fl-aħħar mill-aħħar ikun kapaċi jgħajjex lil familtu b'dak li jkun qed jaqla' u jkollu livell ta' ħajja diċenti. Illum il-ġurnata l-isfida prinċipali li għandna quddiemna mhijiex dik tal-qgħad imma hija waħda marbuta mal- istandards. Għaldaqstant ninsab kommess li nkompli nitkellem fuq dawn il- kwistjonijiet sabiex nassiguraw li kull ċittadin tal-Unjoni Ewropea jingħata d-dinjità li tistħoqqlu fid- dinja tax-xogħol. Alex Agius Saliba huwa Ewroparlamentari tal-Partit Laburista 17 illum | Il-Ħadd 20 ta' Ottubru 2019 Opinjoni ALEX AGIUS SALIBA Il-progress u l-ġustizzja soċjali Kommess li nkompli nitkellem fuq dawn il- kwistjonijiet sabiex nassiguraw li kull ċittadin tal- Unjoni Ewropea jingħata d-dinjità li tistħoqqlu fid- dinja tax-xogħol Illum il-ġurnata l-isfida prinċipali li għandna quddiemna mhijiex dik tal-qgħad imma hija waħda marbuta mal-istandards

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 20 October 2019