Illum previous editions

ILLUM 20 October 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1178030

Contents of this Issue

Navigation

Page 14 of 31

biex għal darb'oħra, tħalli lil Birkirkara u tibda triqitha lura lejn Bormla. Fit-triq, il-pellegrinaġġ se jgħaddi u jagħmel waqfiet quddiem il-parroċċa ta' Fleur de Lys, Santa Venera, San Gejtanu l-Ħamrun u t-Trinità tal-Marsa sakemm jasal Raħal Ġdid. Hemmhekk, għall-ħabta ta' nofsinhar, il-vara tal- Immakulata Kunċizzjoni se tidħol fil-Knisja Parrokjali ta' Kristu Re. Minn Raħal Ġdid sa Bormla fuq l-ispalla... Il-pellegrinaġġ se jissokta filgħaxija wara pontifikal li l-Arċisqof Charles Scicluna se jkun qed jiċċelebra fil-5:00pm fil-knisja ta' Kristu Re. Għall-ħabta tas-6:00pm, il-vara tal-Immakulata Kunċizzjoni se tħalli l-Knisja ta' Kristu Re u tibda triqitha lejn Bormla, il-belt tagħha , fejn se tingħata merħba mill-isbaħ taħt il-mina ta' Għajn Dwieli. Malli l-vara se tasal fi Pjazza Gavino Gulia, il-baned kollha tal-Kottonera, jiġifieri l-Banda Prince of Wales u l-Banda San Lawrenz tal-Birgu, il-Banda Vincitrice tal-Isla u l-Banda San Ġorġ ta' Bormla, se jsellmu lix-xbihatal-Immakulata bil-kant tal-innu li nkiteb għall-okkażjoni: "Taħt Ħarstek Nistkennu." Wara l-pellegrinaġġ se jkompli minn Triq Dom Mintoff, Pjazza Paolino Vassallo, Triq il-Pellegrinaġġ biex il-vara tiddaħħal lura fis-Santwarju tagħha. Iżda l-festi ma jiqfux hemm... Il-festi mhux se jieqfu dakinhar. Nhar it-Tlieta 19 ta' Novembru, se ssir it-tifkira tal- pellegrinaġġ nazzjonali, eżatt 75 sena wara li l-vara u l-kwadru tal-Immakulata Kunċizzjoni waslu lura Bormla qawwija u sħiħa. Fis-6:00pm se ssir konċelebrazzjoni solenni bis- sehem tal-Kapitli ta' Bormla u ta' Birkirkara. Il-Kor Tota Pulchra, ser ikun qed itella' akkademja Muziko Letterarja nhar il-Ġimgħa 22 ta' Novembru fil-Kolleġġjata u Santwarju tal-Immakulata. Fiha ser jindaqqu diversi xogħlijiet ġodda ta' diversi surmastrijiet. Il-programm jissokta fis-27 ta' Novembru b'kantata mill- Banda San Ġorġ ta' Bormla biex mill-għada jkomplu l-ġranet tal-festa tal-Immakulata Kunċizzjoni sa nhar it-8 ta' Diċembru, jum is-Solennità. 15 Festi Il-Ħadd 20 ta' Ottubru 2019 | illum se jgħixu X'festi qed jiġu ċċelebrati llum 20 ta' Ottubru? Illum, fl-Għarb Għawdex, qed tiġi ċċelebrata l-festa ta' San Dimitri, fil-kappella ddedikata lilu, kappella antika mdawwra bil- leġġendi. Iċ-ċelebrazzjonijiet jibdew mill-11:00am 'il quddiem, bil-fiera tradizzjonali li tkun tinkludi attivitajiet għal kulħadd, inkluż it-tfal. Iċ-ċelebrazzjonijiet fil- kappella jibdew fit-3:00pm, b'ċelebrazzjonijiet ta' talb u kant f 'ġieħ San Dimitri bis- sehem tat-tfal. Se ssir ukoll rappreżentazzjoni tal- leġġenda marbuta ma' din il-kappella u se tingħata wkoll tifkira lit-tfal kollha li se jattendu. Fl-4:00pm tiġi ċċelebrata quddiesa u quddiesa oħra solenni fis-6:00pm. Fis- 7:00pm, tinħaraq il-ħuġġieġa tradizzjonali. Il-Vara tal-Immakulata Kunċizzjoni malli ħarġet mill-Kolleġjata ta' Santa Elena biex tibda triqitha lejn Bormla fl-1944 Il-kwadru inkurunat malli ħareġ mill-Kolleġġjata Elenjana fl-1944

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 20 October 2019