Illum previous editions

ILLUM 20 October 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1178030

Contents of this Issue

Navigation

Page 26 of 31

27 Sports Il-Ħadd 20 ta' Ottubru 2019 | illum John Zammit jingħata premju ta' mertu FIL-ĠIMGĦAT li għaddew, f 'Harrogate, Yorkshire, John Zammit il-President tal- Federazzjoni Maltija taċ- Ċikliżmu, ingħata l-Premju tal-Mertu mill-President tal-UCI David Lappartient waqt il-188 kungress tal-UCI. John Zammit li kien akkumpanjat mis-Segretarju Ġenerali tal-MCF Joe Bajada, irċieva dan il-premju għas-servizz eċċellenti tiegħu għaċ- ċikliżmu. Din il-kisba turi d-dedikazzjoni tiegħu lejn iċ-ċikliżmu. Zammit irringrazzja lil dawk kollha li ħadmu matul l-aktar minn ħamsin sena tiegħu fil-karriera taċ-ċikliżmu u qal li dan kien unur kbir mhux biss għalih personalment, iżda wkoll għall-Federazzjoni u l-Isport f 'Malta. Minbarra John Zammit, l-UCI taw ukoll Premjijiet ta' Mertu oħra lill- eks president Pat McQuaid u Brian Cookson flimkien mal-president tal-Federazzjoni taċ-Ċikliżmu tal- Karibew, Trevor Bailey. John Zammit imwieled fil-5 ta' Frar 1948, huwa l-President attwali tal-Federazzjoni Maltija taċ- Ċikliżmu. Huwa wieħed minn dawk l-elementi li jaħdmu ħafna fl-isport Malti, partikolarment fil-qasam taċ- ċikliżmu. Matul il-karriera kompetittiva tiegħu, huwa mhux biss irrappreżenta lil Malta f 'xi avvenimenti importanti barra l-pajjiż, iżda kellu wkoll karriera ta' tliet snin mal-klabb Sqalli GS Lampolet ta' Katanja. Madankollu, huwa wkoll marbut ħafna u ddedikat għal BMX Malta Association, li hu mhux biss il- President mill-fondazzjoni tiegħu, iżda wkoll huwa l-fundatur. Grazzi għall-inizjattiva tiegħu, Zammit irnexxielu jattira eluf ta' żgħażagħ lejn l-isport matul is-snin. Karriera sportiva: sa minn meta kien tifel żgħir, kien dejjem attirat għaċ-ċikliżmu u llum għadu l-isport favorit tiegħu - jew aħjar, l-uniku sport tiegħu. Huwa ġera għal Qormi CC, Floriana CC, GS Lampolet u t-tim nazzjonali. Wara li rtira miċ-ċikliżmu kompetittiv, beda l-kowċing u mexxa t-tim nazzjonali ta' Malta fil-Logħob tan-Nazzjonijiet Żgħar f 'Andorra fl-1991. Matul il-karriera kompetittiva tiegħu, John rebaħ bosta unuri, fosthom diversi tazzi għat-tim Sqalli matul it-tliet snin tiegħu magħhom. L-akbar mumenti mat-tim Nazzjonali kienu l-Logħob tal- Mediterran fit-Tuneżija fl-1967 u l-avveniment preolimpiku f 'Munich fl-1971. John Zammit ilu membru twil tal-Federazzjoni taċ-Ċikliżmu, fejn irrappreżenta lil Libertas, u serva wkoll bħala viċi-president għal bosta snin. Huwa ġie elett president tal-Federazzjoni fl-2002 u jqis dak il-mument bħala l-quċċata tal- karriera amministrattiva tiegħi. Ħadem ħafna wkoll fuq it-Tour ta' Malta, li huwa kofundatur. Nhar il-Ħadd, 13 ta' Marzu 2016 f 'Vale do Lobo - Algarve fil- Portugall, John Zammit ingħata l-Premju tal-Mertu UEC waqt l-Assemblea Ġenerali Ordinarja tal-2016. B'hekk huwa l-uniku membru fil-qasam ċiklistiku li rebaħ dawn iż-żewġ rikonoxximenti. minn Cristian Antony Muscat

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 20 October 2019