Illum previous editions

ILLUM 20 October 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1178030

Contents of this Issue

Navigation

Page 22 of 31

23 Is-suċċess finanzjarju miksub minn Maleficent, ħrafa xi ftit oskura ispirata minn The Sleeping Beauty, fejn is-saħħara suppost kattiva tat-titlu tkun kostretta tagħmel seħer fuq tarbija ġdida biex torqod għal dejjem, ħajjar lill-kumpanija Disney tkompli fuq din l-istorja tradizzjonali iżda b'tidwira differenti. Angelina Jolie tant ħerqana f 'din il-parti tas-saħħara malinna, iżda wkoll b'qalb tajba, qed terġa' tinterpreta din il-parti f 'Maleficent: Mistress Of Evil. Ir-relazzjoni bejn Aurora (Fanning), issa tfajla sabiħa u attraenti, u Maleficent, fil-fatt il-parrina tagħha, tkompli u se ġġib għira sfiqa minn banda oħra. Din il-produzzjoni tiftaħ ħames snin wara l-avvenimenti tal-film ta' qabel. Il-Prinċep Philip (Dickinson) iħobb lil Aurora u jipproponilha biex jiżżewġu, ħaġa li se ġġib avvenimenti mhux mistennija lill-parrina tagħha li issa saret il-protettriċi tax-xagħri u l-artijiet rurali l-oħra fejn jabitaw is-sħaħar u kreaturi oħrajn. Ir-Regina Ingrith (Pfeiffer) omm Philip, mingħajr binha ma jaf trid tuża dan iż-żwieġ għall-iskopijiet ħżiena tagħha. Hi trid tifred lill-umani minn mas-sħaħar u fuq kollox, fi pranzu kbir li tagħmel fil-kastell, quddiem in-nobbli kollha beħsiebha twaqqa' l-krettu ta' Maleficent billi ġġib lil Aurora u lill-parrina fuq naħat opposti, biex tqajjem gwerra u tirvina l-unjoni tal-għarajjes. Maleficent: Mistress Of Evil hija ħrafa oħra, pjuttost oskura, b'ispirazzjoni differenti mill-klassika The Sleeping Beauty ta' Charles Perrault fejn għal darb'oħra r-relazzjoni bejn is-saħħara ta' qrun kbar fuq moħħha u Aurora huma l-qofol ta' dan ix-xogħol. Il-battalja aħħarija tant movimentata kemm fl-art u anki fl-ajru, b'mijiet ta' sħaħar bil-ġwienaħ hija tassew impressjonanti. illum | Il-Ħadd 20 ta' Ottubru 2019 TV/Ċinema Carmel Bonnici Films ġodda li se joffru s-swali taċ-ċinema MALEFICENT: MISTRESS OF EVIL Atturi Ewlenin: Angelina Jolie; Emma Fanning; Michelle Pfeiffer; Sam Riley; Harris Dickinson; Imelda Staunton. Direttur: Joachim Ronning. Maħruġ minn KRS Releasing. Tul: 118 min. Ċert. P.G NUMRU mdaqqas ta' films ikkawżaw passjoni sfiqa f 'ċertu ċineasti li baqgħet tirrenja ġo fihom ħafna żmien wara li ntwerew għall-ewwel darba. Il-Films Kulti daħħlu fi qlub ta' sezzjonijiet diversi tal-udjenzi taċ-ċinema, minħabba xi raġuni jew oħra, fejn jieħdu gost jaħsbu fihom, sikwit jerġgħu jarawhom u jfaħħruhom, kważi jipproteġuhom. Dawn il-kultisti mhux biss jifirħu jaraw il-films favoriti, imma kważi jadurawhom u dejjem ifittxuhom meta jintwerew kemm fuq it-TV, kemm f 'xi festival jew meta jerġgħu joħorġu fuq il-liżar il-kbir għal xi perjodu limitat. Diversi films wara li jintwerew għall-pubbliku ġieli jkunu kważi minsija mingħajr suċċess, iżda fis-snin ta' wara jakkwistaw il-fama ta' films kulti. X'inhuma l-ingredjenti li jagħmlu dan il-fenominu jew xi kriterji jintużaw? Hemm ħafna raġunijiet għaliex ċertu films jieħdu din il-fama. Kultant, film li jfalli fil-bidu jew li ma jinteressax lil ħafna tigri l-kelma favurih tant li wara jaqbad l-attenzjoni ta' dawk akkaniti għalih li jiddomandawh anki billi jarawh kull tant żmien fuq it- televiżjoni jew fuq DVD. Parti mill-udjenzi taċ-ċinema jorbtu ma' qalbhom ċertu films, jibqgħu jaħsbu fuqhom kontinwament, imeru lil min imaqdarhom u jibqgħu verament entużjasti li jkomplu jarawhom. Il-kultisti, sezzjoni żgħira ta' spettaturi jippruvaw iħajru lill-oħrajn biex isiru fanatiċi bħalhom mingħajr ma' jagħtu kas tal-kritika anki meta din tkun negattiva. Il-films kulti jkopru kull ġeneru, sa minn dawk addattati għat-tfal u l-familji għall-oħrajn serji li jinteressaw lill-adulti, inkluż dawk pornografiċi. Xi produzzjonijiet li ħadu l-fama ta' xogħol kult ukoll kellhom suċċess sa mill-bidu li ħarġu għall-wiri. Diversi films kulti tal-passat għadhom jintwerew sal-preżent, ġieli anki fil- ħinijiet ta' tard billejl. Numru mhux żgħir ta' dawn il-films huma personalment favoriti tiegħu. Fost l-aqwa nett insemmi: Casablanca (1942), tensjoni, intriċċi ta' spjunaġġ u mħabba f 'din il-belt qisha kaldarun ibaqbaq tal-Marokk taħt is-superviżjoni tan- Nazi; It's A Wonderfull Life (1946), fjask meta ħareġ, però sar popolari ħafna u sikwit mitlub fi żmien il-Milied; 200I: A Space Odyssey (1968), astronawta waħdu fl-ispazju mbiegħed anki tradut minn kompjuter jitkellem, proġett li għadhom jikkupjawh sal- lum; Shane (1953), Western inġenjuż fejn wieħed pistolero stranġier jgħin lill-familja ta' bdiewa minn wieħed potenti li ried l-art tiegħu u jsir il- mimmi tat-tifel tagħhom. Ħallejt għall-aħħar dak tassew favorit tiegħi bħala cult movie - The Rocky Horror Picture Show (1975), tribut lill-films tax-xjenza fittizja ta' baġits żgħar tas-snin tletin sa dawk tal-bidu tas-sittin, speċjalment dawk tal-kumpanija RKO Radio li spiċċat taħdem films fl-1958. Qatt ma nixba' narah u nisma' l-kanzunetti evokattivi li fih! Għadu jintwera fit- teatri tard bil-lejl u meqjus bħala x-xempju perfett mill- influwenti Entertainment Weekly. Films kulti - Il-kriterju

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 20 October 2019