Illum previous editions

ILLUM 20 October 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1178030

Contents of this Issue

Navigation

Page 8 of 31

9 Aħbarijiet Il-Ħadd 20 ta' Ottubru 2019 | illum PROĠETT PARZJALMENT IFFINANZJAT MILLFOND TA' KOEŻJONI Programm Operattiv l – Fondi Strutturali u ta' Investiment Ewropej 2014 – 2020 "It-trawwim ta' ekonomija kompetittiva u sostenibbli li tilqa' l-isfidi tagħna" Proġett parzjalment iffinanzjat mill-Fond ta' Koeżjoni Rata ta' ko-finanzjament: 85% Fondi mill-Unjoni Ewropea; 15% Fondi Nazzjonali Pilloli Kapsuli Pilloli/kapsuli fil-folji Mistura fi fliexken Inhalers Ingwenti Pakketti u fuljetti ta' informazzjoni Fliexken vojta tal-mistura Tappijiet, tazzi u mgħaref Prodotti Kożmetiċi Siringi/epipens 8007 2200 MINISTERU GĦALLAMBJENT, ŻVILUPP SOSTENIBBLI U TIBDIL FILKLIMA SEGRETARJU PARLAMENTARI GĦALLFONDI EWROPEJ U DJALOGU SOĊJALI minimu biex persuna tgħix ħajja diċenti skont kemm jiswa basket ta' oġġetti u servizzi essenzjali għal familji bi dħul baxx, liema basket jinkludi ikel, ħwejjeġ, iġene personali, mediċini, bżonnijiet tad-dar u servizzi bħat-telefown, dawl, ilma, gass u oħrajn. Pereżempju fl-2016, koppja b'żewġt itfal kienet teħtieġ €11,446 fis-sena. 'Il-paga minima f 'Malta hija garanzija ta' ħajja mhux diċenti' Permezz tal-Living Income, kompla jisħaq Borg, inkunu qed nitbiegħdu mill-kunċett ta' one-size-fits-all u nkunu qed inħarsu aktar lejn il-persuni u mhux sempliċiment in-numri. "Irridu nimxu minn COLA bbażata fuq l-Indiċi tal- Prezzijiet għal Living Income bbażata fuq il-ħajja diċenti," insista Matthew Borg. Borg fakkar ukoll fir-rapport dwar il-kundizzjonijiet tal-għajxien li ħareġ ftit tal- ġimgħat ilu, magħruf bħala SILC u li fi kliemu, wera biċ- ċar li min jaqla' l-paga minima f 'Malta qed jgħix fir-riskju ta' faqar. "Min jaqla' minn €9,000 jew inqas fis-sena mhux qed jgħix ħajja diċenti. Il-paga minima f 'Malta hija garanzija ta' ħajja mhux diċenti," insista Matthew. "Jekk taqla' inqas minn €1,100 fix-xahar tista' tkampa? Jekk taqla' €800 u għandek €400 kera (li kważi kważi hija ftit) tista' tgħix ħajja diċenti? U jekk ma dawn inqalgħetlek spiża ta' €100 oħra." 'Li tgħix f 'garaxx saret kważi kważi normali' Iżda hawn ħafna min sejjer tajjeb. Qed nitkellmu ħafna fuq il-faqar, imma kemm jiltaqgħu ma' dawn il-każijiet? Kemm huma komuni? Vera hawn nies, Maltin, jorqdu barra? Matthew beda jsemmilna pensjonant li jaf, li għandu paga baxxa u kull xahar għandu bżonn €200 mediċina. "X'se jifdallu?" Semma koppji żgħażagħ, fejn ir-raġel jaqla' l-paga minima u l-mara ma taħdimx u jgħixu bil-kera. "Dawn kif jistgħu jlaħħqu?" staqsa Borg. Insista li anke każijiet ta' Maltin jgħixu fit-triq. "Il- Maltin mhux imdorrija b'dawn ir-realtajiet u forsi għalhekk ma nemmnux. Naf każijiet personali ta' nies li jgħixu fil- karozzi. Li tgħix f 'garaxx kważi kważi saret normali. Dħalt fihom jiena dawn il-garaxxijiet. Tirranġa kemm tirranġa fih qatt ma jista' jkun ħajja diċenti," insista Matthew Borg. "Dejjem kellna minn dawn ir- realtajiet iżda issa qed joħorġu aktar fil-beraħ." Borg semma l-anzjani iżda dawn huma l-aħjar li marru f 'dan il-Baġit. Ħadu €7 żieda fil-ġimgħa, trasport pubbliku b'xejn għal dawk li għandhom 'il fuq minn 75, l-anzjani li għandhom aktar minn 80 ħadu għotja ta' €350 u l-għajnuna supplimentari telgħet għal €150. X'taħseb l-alleanza dwar dawn? "Il-kwistjoni mhux jekk mortx aħjar jew le. Anke jekk tak ċenteżmu żieda mort aħjar. Il-kwistjoni hija dejjem dawk li huma fil-faqar," insista Borg. "Hemm pensjonanti li għandhom pensjoni tajba, iżda hemm oħrajn li għandhom pensjoni miżera. Aħna dwar dawn in-nies nitkellmu. Taħseb li ż-żieda tejbitilhom ħajjithom?" Jappellaw għal koalizzjoni biex il-Living Income ssir realtà Iżda l-proposta biex il- COLA titwarrab fil-ġenb ilha tissemma u dejjem baqgħet hemm. Għalfejn ir-reżistenza? Matthew Borg saħaq li l-ewwel u qabel kollox iridu jibdew jispjegaw lill-poplu x'inhu dan il-kunċett għax ħafna għadhom ma jistgħux jifhmuh iżda ammetta wkoll li anke l-awtoritajiet iridu jiftħu għajnejhom. "L-għajta, anke dik elettorali, dejjem kienet fuq middle class ġdida. Vera li ħafna nies inqalgħu mill-faqar iżda hemm oħrajn li baqgħu lura u anke lil dawn irridu nindirizzaw," insista Borg. Iżda dak li qed jipproponu jista' jsir? "Nistgħu," insista Matthew. Beda jisħaq li l-ewwel pass għandu jkun li togħla l-paga minima għal-Living Income. Minn hemm tibda t-triq biex ftit ftit, il-COLA titwarrab fil-ġenb. Insista li dan jista' jsir gradwalment. Jekk il-Living Income jrid ikun, pereżempju €1,000 fix-xahar, iż-żieda, minn €700 għal €1,000, tinqasam fuq snin differenti. "Ovvjament kull sena, iż- żieda tkun aġġustata sakemm inkunu lħaqna l-Living Income, li kull sena jrid jiġi aġġornat," spjega Matthew. Ovvjament, l-ewwel li se joqmos se jkun min iħaddem u forsi minn hemm ġejja l-akbar reżistenza. "Jiena nemmen li kumpanija li lill-ħaddiema tagħha mhijiex kapaċi tagħtihom ħajja diċenti, lanqas għandha tkun hemm," insista l-kelliem. "Minn hawn irridu nibdew." L-Alleanza qed tipproponi inċentivi fiskali biex jagħmlu tajjeb ħalli min iħaddem, dawk il-flus li s-soltu jgħaddihom lill-istat f 'taxxi, jużahom biex itejjeb il-paga tal-ħaddiem. Il- Gvern mhux se joħroġ tellief, kompla jispjega Borg, għax wara kollox, meta għandek nies li kapaċi jgħixu ħajja diċenti se jħallsu aktar taxxa, qed jixtru aktar u r-rota tal- ekonomija qed iddur. "Aħna m'aħniex tekniċi iżda nippretendu li min hu tekniku jaħdem magħna," kompla Borg waqt li temm jappella lill-unjins tal- ħaddiema u NGOs ta' natura soċjali biex jingħaqdu f 'koalizzjoni biex il-Living Income ssir realtà. Matthew Borg

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 20 October 2019