Illum previous editions

ILLUM 20 October 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1178030

Contents of this Issue

Navigation

Page 24 of 31

Sports 25 L-40 edizzjoni tat-tellieqa klassika ta' 606 mil nawtiku offshore, ir-Rolex Middle Sea Race bdiet ilbieraħ is-Sibt, id-19 ta' Ottubru fil-Port il- Kbir, u hija komposta minn flotta tradizzjonali, diversa u internazzjonali. It-tellieqa ta' din is-sena tidher li hija mmarkata b'numru ta' tnedijiet ġodda li ser ikunu qegħdin jagħmlu d-debutt tagħhom fit-tellieqa. Erba' jottijiet tnedew għal din ir-Rolex Middle Sea Race. Il-jott ta' 12.7m (42 pied) Alemaro (GER) li ser ikun misjuq minn Roman Puchtev, ġie ddisinjat minn Ceccarelli Yacht Design. In-Neo 400+ huwa kostruzzjoni sħiħa tal- karbonju u żvilupp tan-Neo 400, li mudell bħalu rebaħ l-IRC 3 fir-Rolex Middle Sea Race tal-2014. Il-jott ta' 11.9m (39-pied) Blackfish (BEL) ġie mdaħħal minn Peter Luyckx u qiegħed jikkompeti fid-diviżjoni tad- Double Handed. Mibnija minn Bente Yachts, li ġiet imwaqqfa minn Alexander Vrolijk - it-tifel ta' Rolf Vrolijk u li hu perit navali wkoll, dan huwa ddisinjat għat-tbaħħir fl-oċean u li jieħu ispirazzjoni mill-klassijiet IMOCA 60s u Class 40s. Il-jott 10.34m (34 pied) Jeanne (FRA) hija JPK10.30 imdaħħla minn Laurent Camprubi. Camprubi huwa baħri, li jikkompeti regolarment f 'tlielaq qosra, u kien ir-rebbieħ tar-Rolex Giraglia fl-2013. Finalment, hemm il-jott ta' 9.82m (32 pied) Skymy (pronunzjata 'skimmi'), li hu tal-karbonju KM32fc u li hu mibni ġewwa Brittany, fi Franza. Filwaqt li dejjem jkun hemm jottijiet li jagħmlu d-debutt tagħhom, hemm ħafna iktar li jkomplu jirritornaw. B'aktar minn għaxar snin ta' esperjenza f 'din il-korsa, hemm Seawolf of Southampton ta' David Latham (GBR), il-jott ta' 11.55m (38 pied) Pronavia 38. "Din se tkun it-12-il Rolex Middle Sea Race," stqarr Latham. L-ekwipaġġ tiegħu jirrifletti n-natura internazzjonali tal-flotta, b'ekwipaġġ magħmul minn baħħara mir-Renju Unit, Spanja, il-Ġermanja, il-Mauritius, l-Irlanda u l-Olanda. Matul il-11-il tellieqa, Seawolf kiseb riżultati tajbin, f 'postijiet varji fuq il-podju fil-klassi IRC u ORC. Is-seba' post fl-2009 huwa fattur pożittiv, filwaqt li l-irtirar fl-2017 (flimkien mal- maġġoranza tal-flotta) kienet fattur diżappuntanti. Latham isemmi numru ta' raġunijiet li jġegħeluh jirritorna regolarment: "Il- ħbiberija tal-poplu Malti u r-Royal Malta Yacht Club b'mod partikolari. Imbagħad hemm id-diversità tal-korsa. Dejjem ikun hemm ċans li tirkupra jekk tagħmel żball tattiku". F'termini ta' mumenti favoriti, Latham jispejga li l-bidu spettakolari fil-Grand Harbour ma tantx jista' jiġi megħlub bħala mument favorit, għalkemm l-isfidi tal- Istrett ta' Messina u l-maestà ta' Stromboli jersqu qrib ħafna. B'esperjenza kemxejn inqas minn Seawolf, fir- Rolex Middle Sea Race, il-jott AwstraljanTilting at Windmills se jkun qed jipparteċipa għat-tieni darba, taħt it-tmexxija tal-kaptan John Alexander. Alexander jgħid li l-ekwipaġġ magħmul minn baħħara Awstraljani, Olandiżi, Ingliżi u Amerikani, huwa estremament kapaċi. Huma għandhom intenzjoni ċara li jtejbu fuq il-prestazzjoni tad- debutt tagħhom tal-2018: "L-ekwipaġġ tellaq flimkien f 'numru ta' deċenji". It-tieni post fir-Rolex Sydney Hobart Race fl-2003 kien wieħed mill-aktar memorabbli għal dan l-ekwipaġġ, iżda anke l-parteċipazzjoni fir- Rolex Fastnet Race tal-2007 u l-Gotland Runt tal-2008. Dak li jġibna lura huwa determinazzjoni li nagħmlu aħjar u ngawdi dak li hu wieħed mill-aktar tlielaq drammatiċi offshore li hemm. Tilting at Windmills hija proprjetà ta' Sarah Gunnerson-Dempsey. Il-jott tal-injam, iddisinjat mill- Professur Peter Joubert, inbena fl-1994 minn Norman Wright and Sons għal missier Gunnersen-Dempsey, Thorold (Thorry) Gunnersen, li kien rinomat fix-xena tal- ibburdjar Awstraljan. Il-pajjiżi rrappreżentati fir-Rolex Middle Sea Race tal-2019 jinkludu l-Awstralja, l-Awstrija, il-Belġju, il- Kroazja, Franza, il-Ġermanja, l-Italja, il-Latvja, Malta, il-Polonja, ir-Rumanija, ir-Russja, Spanja, l-Iżvezja, ir- Renju Unit u l-Istati Uniti. Segwi l-aħħar aħbarijiet, aġġornamenti u stejjer fuq il-media soċjali tar-Rolex Middle Sea Race - Facebook, Instagram, Twitter u YouTube - Facebook.com/ rolexmiddlesearace - Twitter.com/ rolexmiddlesea - Instagram.com/ rolexmiddlesearace - Youtube.com/ royalmaltayachtclub Il-hashtags tat- tellieqa uffiċjali huma #rolexmiddlesearace & #rmsr2019 Iċ-ċerimonja finali tal-Għoti tal-Premjijiet se ssir nhar is- Sibt, 26 ta' Ottubru 2019. Għal aktar informazzjoni, inkluż in-Notice of Race, żuru s-sit elettroniku www. rolexmiddlesearace.com jew għamlu kuntatt mar-Royal Malta Yacht Club fuq info@ rmyc.org. Il-Ħadd 20 ta' Ottubru 2019 | illum Ftuħ spettakolari fl-40 edizzjoni tar-Rolex Middle Sea Race Cristian Antony Muscat

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 20 October 2019