Illum previous editions

ILLUM 20 October 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1178030

Contents of this Issue

Navigation

Page 21 of 31

illum | Il-Ħadd 20 ta' Ottubru 2019 22 Films fiċ-ċinema TV/Ċinema Eden Cinema St Julian's Tel. 23 710400 IT: Chapter Two (15) 13:35, 17:00, 20:25, 23:00 AD Astra (12A) 13:25, 16:00, 18:35, 21:10, 23:45 Angel Has Fallen (15) 13:30, 16:05, 18:40, 21:15 Angry Birds 2 (U) 11:55, 13:20, 15:30 Dora and The Lost City of Gold (PG) 10:50 13:05, 18:35 Downton Abbey (PG) 13:25, 16:00, 18:35, 21:10 Fast & Furious: Hobbs & Shaw (12A) 13:00, 15:45, 18:30, 21;15 Hustlers (15) 13:40, 16:00, 18:20, 20:40, 23:45 Once Upon a Time in Hollywood (18) 15:20, 20:50 The Informer (15) 11:20, 13:50, 16:15. 18:40, 21:05 The Lion King 2D (PG) 11:55, 13:00, 15:30, 18:00, 20:30 The Weeping House of Qala (15) 11:00, 11:25, 14:30, 16:30, 18:40, 20:55, 23:50 Empire Cinemas Bugibba Tel. 21 581787, 21 581909 Hustlers (15) 10:40, 13:40, 16:05, 18:30, 20:55 Downton Abbey (PG) 10:45, 13:30, 16:05, 18:40, 21:15 IT: Chapter Two (15) 10:35, 14:00, 17:45, 21:05 Dora and the Lost City of Gold (PG) 11:00, 13:45, 16:15, 18:30 Good Boys (15) 20:45 Angel Has Fallen (15) 10:45, 13:30, 16:05, 18:40, 21:15 L-ISPELLING bees huma kompetizzjonijiet popolarissimi f 'ħafna pajjiżi madwar id- dinja. It-tfal li qed jikkompetu, tingħatalhom kelma diffiċli biex jispellu. Min jieħu żball, jinqala' 'l barra mil-logħba. Min jibqa' sal- aħħar nett, jirbaħ. Sempliċi. Logħba kompetittiva ħafna, li l-element ta' sfida jagħmilha popolari mat-tfal, u ovvjament popolari mal-ġenituri u mal- għalliema għax hija skuża biex ħelu ħelu t-tfal jipprattikaw l-ispelling. Aħjar minn miljun dettatura fil- klassi! Hawn Malta l-kunċett ta' spelling bee beda dieħel ftit snin ilu, grazzi għall-Għaqda tal-Malti u tar- Rappreżentanza tal-Kummissjoni Ewropea f 'Malta. Bil-Malti spelling bee tissejjaħ Żanżan Kelma, u ma' kull edizzjoni annwali qed iżżid fil-popolarità. Dis-sena saret anki edizzjoni Għawdex. Għalhekk f 'waqtu li jkun hawn rumanz għat-tfal bil-Malti, dwar tifla grazzjuża u kemxejn mistħija li toħlom li tieħu seħem f 'kompetizzjoni Żanżan Kelma. Mhux Malta, imma l-Awstralja, fejn dawn il-kompetizzjonijiet tant huma segwiti li l-finali ta' din il-kompetizzjoni ssir fuq livell nazzjonali ġewwa s-Sydney Opera House. Din it-tifla jisimha India Wimple. Tant tistħi li ma tkunx trid tieħu sehem, imma l-familja tagħha tant jagħtuha sapport li jagħmlulha l-kuraġġ u tieħu sehem. U fl-ewwel rounds, dejjem tirbaħ u tgħaddi għar-round ta' wara. U l-ħolma dejjem tersaq ħarira oħra lejn li ssir realtà … Naturalment fit-triq lejn il-finali ġewwa Sydney, India, li ġejja minn villaġġ ċkejken u remot fil-qalba tal-Awstralja, tiltaqa' ma' diversi tfal oħra li tagħmel ħbieb magħhom u jgħixu din l-avventura flimkien. Uħud simpatiċi immens, oħrajn … xi ftit inqas. L-Ispettaklu Stupend Żanżan Kelma – hekk jismu l-ktieb – huwa miktub minn Deborah Abela, waħda mill-iżjed awtriċi għat-tfal magħrufa l-Awstralja, rebbieħa ta' diversi premjijiet, u dan il-ktieb stess kien finalist għar-REAL Awards wieħed mill-iżjed premjijiet prestiġġjużi fil-pajjiż. Abela, li hi ta' dixxendenza Maltija, ġa magħrufa mal-qarrejja Maltin għal Teresa, rumanz ippubblikat bil-Malti ftit tas-snin ilu. L-Ispettaklu Stupend Żanżan Kelma huwa addattat għall- Malti minn Leanne Ellul u Clare Azzopardi, l-istess żewġ awturi li ttraduċew Teresa. It-tnedija tal-ktieb saret fil-ġimgħat li għaddew ġewwa l-Iskola San Anton, fejn Deborah mexxiet kompetizzjoni Spelling Bee fost it-tfal. L-Ispettaklu Stupend Żanżan Kelma jinsab għall-bejgħ mill-ħwienet tal- kotba kollha u online direttament minn www.merlinpublishers.com L-Ispettaklu Stupend Żanżan Kelma The Informer Deborah Abela addattat għall-Malti minn Leanne Ellul u Clare Azzopardi illustrazzjonijiet ta' Aleksei Bitskoff

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 20 October 2019