Illum previous editions

ILLUM 20 October 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1178030

Contents of this Issue

Navigation

Page 11 of 31

12 SINDKU tar-Rabat, imexxi l-Operat tal-Customer Care tal-Gvern fl- Uffiċċju tal-Prim Ministru u wieħed mill-imħuħ wara l-Kampanja Elettorali tal-Partit Laburista. Din il-ġimgħa, l-ILLUM iltaqgħet ma' Sandro Craus li apparti r-rwol tiegħu fil-Gvern Ċentrali, f 'Mejju li għadda reġa' ġie elett bħala sindku tal- lokalità tar-Rabat. Ma' Craus tkellimna fuq l-isfidi tal-lokalità, l-iżvilupp tal-boutique hotel fis-Saqqajja, il- kuntratturi tal-Kunsill Lokali u r-rikjesti tan-nies li jiġu Kastilja jfittxu l-għajnuna. Nibdew din l-intervista billi nistaqsih dwar x'wasslu biex jerġa' jikkontesta l-elezzjonijiet tal-Kunsill Lokali fid-dawl tal-rwol tiegħu fil-Gvern Ċentrali. Huwa jibda biex jispjega, "l-ewwel nett lanqas kelli moħħ li nikkontesta l-elezzjoni. Tant hu hekk li l-applikazzjoni tiegħi daħħaltha fl- aħħar sigħat". Huwa jkompli jispjega, "ma kelli xejn ippjanat iżda ovvjament jiena nirrappreżenta partit u wara ċertu diskussjonijiet mal-kap tal-partit u Prim Ministru Joseph Muscat kelli nieħu ċertu deċiżjonijiet." Żied jgħid, "kont naf għal xiex dieħel, għamilt disa' snin Sindku tar-Rabat. Kont naf ix-xogħlijiet li hemm bżonn." Madanakollu mal-ILLUM huwa jistqarr, "issa li nħares lura ngħid li bejn dak li kont naħseb u dak li sibt hemm differenza kbira." 'Ma kellix idea li l-kuntratturi kienu daqshekk ta' livell baxx' Staqsejtu biex jelabora fuq dawn l-isfidi li qed isemmi. Huwa jirrispondi u jgħid, "għamilna sajf naħdmu u nikkordinaw il-ħidma tagħna. Ħdimna ħafna fuq il-kuntratturi, ma kellix idea li kienu daqshekk ta' livell baxx u allura waqqafniehom." Mal-ILLUM Craus qal li din il- ġimgħa, il-Kunsill reġa' ħareġ sejħa għal kuntratti fuq tbattil ta' bins, ġbir ta' skart u knis fit-toroq tar-Rabat. "Dawn huma affarijiet bażiċi iżda essenzjali li żżomm il-lokalità tiegħek nadifa, speċjalment il-ġonna bi tħawwil ta' siġar u pjanti b'hekk tagħti ħajja lir- Rabat," sostna s-Sindku. Ma' din il-gazzetta huwa saħansitra jispjega parti mit-telqa li skoprew meta bdew jippreparaw għax-xhur xitwin. "Skoprejna kanali li kien ilhom ma jitnaddfu snin u kellna nużaw apparat b'saħħtu biex naddafniehom. Għandu jkun hekk?" Staqsa Craus. "Meta ma jsirx ix-xogħol il-ħsara tikber," irrimarka s-Sindku. Ġaladarba s-suġġett tal-intervista dar fuq il-kuntratturi, għażilt li nistaqsih dwar stejjer li kienet kitbet l-ILLUM fuq allegat malprattiċi fl-għotja ta' kuntratti fil-Kunsill tar-Rabat, dakinhar taħt it-tmexxija tal-eks Sindku Charles Azzopardi. L-iskandlu li żvelat din il- gazzetta, ġegħlitu jbiddel dawn l-istess kuntratturi? Huwa jirrispondi, "iva, kienet waħda mir-raġunijiet. Xtaqt li jkun hemm bidu ġdid, iżda hemm ukoll ċertu esiġenzi. M'iniex se nipponta subgħajja kulħadd iwieġeb għal għemilu, bħalma jiena għada pitgħada rrid inwieġeb għal għemili," saħaq Craus. Fuq l-istess nota huwa qal li l-Kunsill qiegħed ukoll idaħħal ċertu bidla fil- ħsieb dwar kif isir ix-xogħol bażiku fir-Rabat. "Jagħmel sens li jkollok numru żgħir ta' kenniesa meta nies qed jokorbu biex ikollhom lokalitajiet aktar nodfa? Jew biex min jiġbor l-iskart jibqa' bil-metodu l-antik?" staqsa s-Sindku. Hu spjega li f 'dawn it-tenders il-ġodda se jiffokaw ukoll fuq makkinarju ġdid tal-ogħla livell li jaħdem bl-elettriku u li se jibda jintuża għall-indafa fil-lokalità. 'Irridu naraw li l-ħaddiema tal- kuntratturi ma jkunux qed jaħdmu bil-prekarjat' Apparti minn dawn il-bidliet, mal-ILLUM Craus tkellem dwar proveddiment ċar li huwa ħadem fuqu sabiex jonqos ix-xogħol prekarju għall-ħaddiema li jiġu ingaġġati mill-kuntratturi li jagħmlu xogħol fil-lokalità tar-Rabat. "Irridu naraw li l-ħaddiema tal-kuntratturi ma jkunux qed jaħdmu bil-prekarjat. Fit-tenders tlabt biex nara l-pagi li l-kuntrattur qed iħallas lill-ħaddiema tiegħu. Il-Kunsill flus tajba se jħallas u għalhekk irrid nara l-pagi. Il-ħaddiema għandhom ikunu mħallsa tajjeb." Fuq l-istess nota huwa qal li għalkemm ma jistax jiġġeneralizza, huwa tal-fehma li parti sostanzjali min dawn il-ħaddiema ma kinux qed jitħallsu tajjeb. "Għamilna sajf sħiħ naħdmu fuq din il-bidla, stħarriġna wkoll mudelli barranin. Dawn huma prattiċi li jiena nemmen se jgħollu l-livell. Ħafna minn dawn il-ħaddiema huma barranin, jiena rrid ukoll nissalvagwardjaw l-interessi Intervista illum | Il-Ħadd 20 ta' Ottubru 2019 lcarter@mediatoday.com.mt Liam Carter Sindku tar-Rabat u jmexxi t-taqsima tal-Customer Care tal-Gvern l-ILLUM tintervista lil Sandro Craus 'Kastilja miftuħa għal kulħadd; minn investitur

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 20 October 2019