Illum previous editions

ILLUM 20 October 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1178030

Contents of this Issue

Navigation

Page 30 of 31

Sports 31 Apparti t-taħriġ, tkun trid toqgħod lura minn ċertu ikel u trid iżżomm dieta bbilanċjata biex dejjem tkun fl-aħjar forma possibbli. Nemmen li xi ħaġa importanti ħafna li hija li n-nies qrib tiegħek jifhmu x'inti tagħmel għax nemmen li waħdek qatt ma tista' tirnexxi. Jien insib ħafna appoġġ mill-mara tiegħi u kieku ma naħsibx li kont nasal fejn wasalt mingħajrha. Għalkemm l-atleti li tikkompeti magħhom huma wkoll ħbieb tiegħek, ninsab persważ li jidħol ukoll ċertu sens ta' kompetizzjoni fejn wieħed ikun irid jikseb ħin aħjar mill-ieħor. Il-kummenti tiegħek. Ifhem, dejjem ħa jkun hemm dik in-naqra ta' kompetizzjoni bejn l-atleti imma wara tellieqa dejjem nerġgħu ningħaqdu flimkien bħala ħbieb u ngħidu prosit lil xulxin. Jien ngħid għalija m' hemmx klabb jew ieħor - ħabib ma' kulħadd u li nagħmel nagħmlu għalija. Huwa sodisfazzjon għalija stess li jien nikseb ħinijiet aħjar. Jien iktar narah bħala sport li aħna l-atleti nieħdu pjaċir flimkien, ġieli anke nitħarrġu flimkien, ngħinu lil xulxin u naħdmu għat-tellieqa li jmiss. Nista' ngħid li kemm ilni nipprattika dan l-isport għamilt ħafna ħbieb ġodda. X'kompetizzjonijiet prinċipali se tieħu sehem fihom fil-futur qarib? Fil-futur qrib ħa nieħu sehem għall-ewwel darba barra minn Malta, f 'half marathon ġewwa Valencia, fi Spanja. Din hija waħda mill-aktar Half Marathons veloċi u popalari u jien qed naħdem biex nikseb ħin tajjeb aktar milli kelli qabel. Għaddi messaġġ lil dawk it-tfal u ż-żgħażagħ li qegħdin jaħsbuha bis-serjetà li jibdew jipprattikaw l-atletika. Bħalm'għidt qabel jien bdejt l-atletika ta' 32 sena. Veru li dejjem kont f 'xi tip ta' sport imma naħseb li kieku kelli nerġa' nitwieled mill-ġdid kont nagħżel dan l-isport qabel għax vera għallimni l-valuri fl-isport innifsu u anke fil- ħajja ta' kuljum. Jien inqis l-atletika bħala sport iddixiplinat kif ukoll tajjeb għas- saħħa fejn fih tagħmel ħafna ħbieb ġodda. iżomm ruħu attiv u b'saħħtu' 'dan l-isport Il-Ħadd 20 ta' Ottubru 2019 | illum

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 20 October 2019