Illum previous editions

ILLUM 20 October 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1178030

Contents of this Issue

Navigation

Page 6 of 31

7 Aħbarijiet illum | Il-Ħadd 20 ta' Ottubru 2019 nofs iżda inti x'se ddaħħal? għal kull twelid jew inkella għal kull addozzjoni. Joseph Joseph għandu 30 sena. Minn dejjem jgħid li ż-żwieġ ma jgħoddx għalih. Sa issa dejjem għex għand ommu iżda issa jixtieq li jsib post għal rasu biex jibda jgħix ħajja indipendenti. Fl-aħħar jiem sab post li għoġbu u għamel appuntament mal-bank biex jistaqsi dwar self. Joseph huwa eliġibbli għal home loan iżda meta kien qed jagħmel il-kalkoli tiegħu nduna li ma għandux biex iħallas €15,000 f 'daqqa bħala 10% depożitu. Ngħiduha kif inhi, għall-kuntrarju ta' koppja, Joseph irid joħroġ kollox waħdu! Joseph se jkun jista' jibbenefika minn skema ġdida li se jdaħħal fis-seħħ il- Gvern wara ftehim mal-bank APS. Fil-fatt, il-Gvern se jkun qed iselliflu d-depożitu tal-10% u Joseph se jkollu ċans 15-il sena biex iħallas bin-nifs dawn il-€15,000. L-imgħaxx, fuq dan is-self, se jkun qed iħallsu l-Gvern. Minn din l-iskema se jkunu qed jibbenifikaw diversi żgħażagħ li bħal Joseph, flok joħorġu l-flus biex jikru, jixtiequ jixtru post biex ikun tagħhom. Il-pagament massimu li l-Gvern se jkun qed joħroġ huwa ta' €17,500. Alan u Marthese Alan u Marthese għandhom żewġt itfal. Ma għandhomx il-proprjetà tagħhom iżda dan l-aħħar krew post. Xi drabi bilkemm ilaħħqu mal- kirja meta tqis l-ispejjeż l-oħra li għandhom. Is-sena li għaddiet il-Gvern daħħal sussidju għall-akkomodazzjoni affordabbli għal dawk li l-kera tagħhom taqbeż il-25% tad-dħul gross. Alan u Marthese ma bbenifikawx minnha, għax id-dħul tagħhom kien jaqbeż it-€28,600. Din is-sena, huma se jibbenifikaw hekk kif il-Gvern għolla d-dħul annwali li individwu jew familja taqla' biex tkun eliġibbli għal din l-iskema. Fil-fatt, għal koppja b'żewġt itfal, id-dħul annwali għall-eliġibilità se jitla' għal €32,000. Bħall-familji l-oħra li għandhom it-tfal, Alan u Marthese se jibqgħu jibbenifikaw ukoll mit-trasport b'xejn għall-iskejjel. Josephine Josephine hija għalliema. Ix-xogħol kien kollox għaliha għax l-hena tagħha taħdem mat-tfal. Tliet snin ilu, Josephine kellha tieqaf mix-xogħol għax it-tifla tagħha, li għandha tmien snin, kellha kanċer u għadha sal-lum tirċievi l-kura. Josephine se tkun qed tibbenefika minn miżura biex il-perjodu li se tagħmel wieqfa mix-xogħol ma jkunx rifless fil-pensjoni u b'hekk, meta tirtira jkollha pensjoni aħjar. Fil-fatt, il-perjodu ta' kontribuzzjoni akkreditati se jkun sa massimu ta' 8 snin, l-istess ammont li japplika għall- persuni b'diżabilità. Marco Marco għadu kemm għamel operazzjoni kbira għax kellu kanċer. Se jkollu bżonn jagħmel il-kimoterapija u għalhekk se jkollu jieħu kważi l-leave kollu għal waqt il-mard u aktar minn hekk. L-akbar ħsieb tiegħu huwa t-trattament, iżda ma ttihx tort jinkwieta wkoll li minħabba dan se jispiċċa ma jkollux dħul sħiħ mill-paga. Madanakollu, il-Baġit ħaseb ukoll għal nies bħal Marco. Marco se jkun eliġibbli għall-ħlas tal-Benefiċċju Kontributorju għall-Mard mill-ewwel ġurnata (mit-tieni talba 'l quddiem) u mhux mir-raba' ġurnata kif iseħħ f 'każijiet oħra ta' mard. Dan se jkun japplika għal perjodu ta' sena, iżda jiġi estiż ukoll fuq parir mediku. Christine Christine hija omm ta' tifla b'diżabilità. Nadia, it-tifla ta' Christine, tbati minn diżabilità severa u assolutament ma tistax taħdem, għalhekk, Nadia, hija dipendenti fuq ommha li allura ma tistax taħdem. Is-sena li ġejja, Christine se tkun qed tibbenifika mill-aħħar riforma fl-Assistenza għal Diżabilità, li fost oħrajn, kienet tinkludi l-Assistenza Miżjuda għal Diżabilità Severa. Għalhekk, il-pagament fil-ġimgħa ta' din l-għajnuna se jkun qed jitla' minn €150 fil-ġimgħa għal €161.40, biex hekk, din l-assistenza se tkun ekwivalenti għall-Paga Minima Nazzjonali netta. F'sena, se tingħata għajnuna ta' madwar €8,392, jiġifieri madwar €800 iktar mis-sena li għaddiet.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 20 October 2019