Illum previous editions

ILLUM 20 October 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1178030

Contents of this Issue

Navigation

Page 17 of 31

M ill-bidu li dħalna fil- Gvern, rajna kif se ntejbu s-setturi kollha. Mhux lanqas fis-setturi li tagħhom jien responsabbli bħala Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali. B'wiċċi minn quddiem ngħid li rajna titjib sostanzjali, għalkemm dejjem nibqgħu naħdmu u nistinkaw biex inkomplu nibnu fuq is-suċċessi li diġà ksibna. Is-settur tal-Ġustizzja ra tibdil kbir. Daħħalna għadd ta' liġijiet u miżuri li llum il-ġurnata qed naraw kif dawn sarrfu f 'aktar awtonomija, f 'aktar effiċjenza u fuq kollox f 'aktar Demokrazija u s-Saltna tad- Dritt. Fil-Gvern Lokali ħdima u wettaqna r-Riforma li minnha qed igawdu l-lokalitajiet kollha. Fil-kultura hemm qabża sħiħa kemm fil-kwalità u wkoll fil- professjonalità. U hekk se nkomplu nagħmlu. Se nkomplu għaddejjin insaħħu u nwettqu biex inkomplu naraw titjib. Se nkomplu bil- proġetti mibdija. Se nkomplu nagħtu appoġġ lill-għaqdiet volontarji li jaħdmu fil-qassam tal-kultura. Se nkomplu naraw li l-artist Malti fil-firxa vasta ta' dik li hija kultura, ikollu mhux biss għajnuna imma wkoll spazju fejn jaħdem. Se nkomplu għaddejjin biex naraw isem pajjiżna anki f 'dan il-qasam, jieħu dejjem aktar id- dimensjoni internazzjonali. Fil-Baġit li tħabbar it-Tnejn li għadda nkomplu naraw aktar miżuri marbuta ma' dan. Matul l-2020 se nkomplu bil-proċess ta' separazzjoni tal-funzjonijiet duppliċi tal-Avukat Ġenerali, biex ikomplu jitwettqu r-rakkomandazzjonijiet tal- Kummissjoni ta' Venezja u biex pajjiżna jkollu sistema tal- ġustizzja moderna u aġġornata maż-żminijiet tal-lum. L-2020 se tkun l-ewwel sena li matulha l-Qorti se topera bħala Aġenzija ġdida li se ttejjeb l-effiċjenza u ssaħħaħ l-awtonomija filwaqt li tassigura proċessi ġudizzjarji aktar spediti. Matul is-sena li ġejja se nkomplu naħdmu wkoll u se nwessgħu l-poteri tal-Bureau għall-Irkupru tal- Assi, biex inkomplu nsaħħu l-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata. Se nkomplu bil-proċess li bdejna biex permezz tat- teknoloġija diġitali, inkomplu nsaħħu u nimmodernizzaw s-settur tal-ġustizzja, ħalli ċ-ċittadin jingħata servizz aħjar u nżidu aktar l-aċċessibbiltà għall-proċessi ġudizzjarji. Ovvjament qed insemmi ftit minn dak li hemm ippjanat u wieħed ma jridx jinsa wkoll il-proġetti mibdija li se jkomplu għaddejjin. Fejn tidħol il-kultura se naraw li matul l-2020, se jingħata bidu għall-konsultazzjoni estensiva dwar użu kulturali aħjar ta' Pjazza Teatru Rjal, biex dan l-ispazju jkun jista' jaqdi aħjar ir-rwol tiegħu fl-ekoloġija kulturali u artistika ta' pajjiżna. Importanti wkoll li wara s-suċċessi li ksibna permezz tal-aħħar Politika Nazzjonali għall-Kultura, matul l-2020 se nintroduċu politika nazzjonali ġdida għas-settur kulturali li tirrifletti l-għanjiet tagħna f 'dak li għandu x'jaqsam mat-tkabbir, professjonalità u aċċessibbiltà fis-settur. F'dawn l-aħħar snin rajna proġetti kbar u wkoll investiment kbir biex inħarsu u nippriservaw il-wirt storiku tagħna. Proġetti ta' restawr bla preċedent. Ir-restawr se jibqa' fiċ-ċentru tal-politika tagħna għall-preservazzjoni tal-identità ta' pajjiżna. Filwaqt li diġà sar ħafna xogħol permezz ta' numru estensiv ta' skemi, matul l-2020 se nkomplu fil-ħidma tagħna biex numru ta' siti storiċi ta' importanza nazzjonali jingħataw id-dinjità li ħaqqhom. Suċċess li kellna din is- sena, apparti oħrajn, kien it-twaqqif ta' aġenzija ġdida għall-produzzjoni ta' festivals nazzjonali. Festivals Malta se tingħata allokazzjoni ta' madwar €4 miljun biex tkun tista' twettaq dawn l-attivitajiet li tant jagħmlu l-kalendarju kulturali ta' pajjiżna rikk. Il-miżuri msemmija fil- Baġit 2020 dwar il-kultura kollha għandhom xi ħaġa li s-soċjetà tagħna se tibbenefika minnhom, b'mod li jiġi promoss mod ta' ħajja aħjar għaċ-ċittadini tagħna permezz tat-tisħiħ tal-prodott kulturali tagħna. Parti mill-istrateġija kulturali, speċjalment minħabba li jkomplu jsaħħu l-legat kulturali għall- ġenerazzjonijiet futuri. Il-Baġit 2020 huwa eżempju ċar tax-xogħol ta' dan il-Gvern għat-tisħiħ demokratiku u kulturali tas-soċjetà tagħna. Dawn huma biss ftit mill- miżuri għall-2020 li se jkomplu jibnu fuq ix-xogħol li sar matul is-snin li għaddew. *** Mhux dejjem nitkellmu dwarhom, imma wieħed jinnota kemm pajjiżna għandu attrazzjoni u jiġbed lejh konferenzi Ewropej u Internazzjonali. U ta' kull livell. U l-parteċipanti tagħhom dejjem iħallu warajhom kliem ta' tifħir mhux biss għas- serjetà u l-professjonalità li bihom norganizzaw dawn il-konferenzi f 'pajjiżna, imma jirrimarkaw ukoll dwar is- sbuħija u r-rikkezza kulturali li għandna f 'din l-art. Dil-ġimgħa lqajt membri li qegħdin jipparteċipaw f 'konferenza internazzjonali bit-titlu 'A high quality Baukultur for Europe – examples from the Alpine and Mediterranean context', li ttellgħet fil-MUŻA. Baukultur huwa aspett ta' identità u diversità kulturali. Dan il-kunċett jilqa' b'mod ħolistiku kull attività umana li tbiddel l-ambjent mibni, u tinkludi kull ambjent u ass iddisinjat li jirrelata ma' u qiegħed fl-ambjent naturali. Dan il-kunċett jinkludi wkoll irwoli essenzjali li l-kultura għandha f 'ambjent magħmul min-nies. Dan wassalna biex inħarsu lejn modijiet innovattivi u inklussivi biex inħarsu arkitettura ta' kwalità, filwaqt li wkoll naraw il-potenzjal tagħha biex tikkontribwixxi għall- benesseri tas-soċjetà. Waqt il-konferenza, irreferejt għal eżempji varji ta' Baukultur li huma preżenti f 'pajjiżna li jinkludu l-MUŻA, li huwa eżempju ħaj ta' dan il-kunċett. Bħala Gvern, qegħdin naħdmu lejn it-tisħiħ tas- settur kulturali, speċjalment minħabba li dan għandu rwol sinjifikanti fl-identità tagħna. Malta għandha storja estensiva, u xhida ta' dan huma l-binjiet u s-siti numerużi li nsibu f 'bosta lokalitajiet madwar il-gżira. Permezz ta' xogħolna, qegħdin inħarsu li noħolqu u nmantnu postijiet ta' kwalità għolja li jkomplu jikkontribwixxu għall-ekoloġija kulturali ta' pajjiżna b'mod li dawn ikunu disponibbli għall-pubbliku. L-istrateġija tagħna għall- kultura u l-ambjent mibni huwa li niżguraw li nimmassimizzaw l-użu ta' dawn il-binjiet u siti b'mod li jkunu apprezzati għall- arkitettura u l-istorja tagħhom. Fil-fatt, meta indirizzajt lil dawn il-parteċipanti, semmejt kif bosta binjiet storiċi erġajna tajniehom il-ħajja – fortifikazzjonijiet tas-sekli 16 u 17 saru mużewijiet u ċentru għall-viżitaturi. Waqt il-konferenza kien hemm parteċipazzjoni ta' esperti differenti minn diversi setturi u pajjiżi, fosthom Malta, bil-parteċipazzjoni tad- Direttorat tar-Restawr, Heritage Malta, u s-Sovrintendenza tal- Patrimonju Kulturali. *** Dak li għidt waqt il- konferenza huwa rifless sew fil-ħidma tagħna. Jekk tħares lejn il-Belt Kapitali u l-madwar biss, tara xogħol kontinwu għaddej biex nagħtu ħajja mill- ġdid lill-bini li sa ftit ilu kien abbandunat u mitluq għal riħu. Qed inneħħu l-għanqbut u t-telqa li kien fih u nagħtuh ħajja mill-ġdid biex iservi ta' postijiet mhux għall-kultura biss, imma anki bħala sede ta' awtoritajiet tagħna. Għaddejjin ukoll, kif ktibt il-ġimgħa li għaddiet, b'xogħol li se jagħti l-ħajja lill-Ospizio u l-madwar biex l-artist kontemporanju jkollu post fejn jimraħ. Dan ukoll kien spazju mitluq li qed nirriġenerawh. Fin-naħa t'isfel tal-Belt Valletta għaddejjin bix-xogħol tal-Valletta Design Cluster, li wkoll se jibdel litteralment bini li kien qed jaqa' bl-abbandun, f 'post għall-artisti u dawk li jaspiraw li jkunu l-artisti t'għada. Ix-xogħol tagħna ma jiqafx. Inkomplu għaddejjin bl- impenn tagħna li ngħollu 'l fuq isem pajjiżna, u nippriservaw dak kollu li writna bħala l-legat għall-ġenerazzjonijiet futuri. Owen Bonnici huwa l-Ministru tal-Ġustizzja, Kultura, u Gvern Lokali illum | Il-Ħadd 20 ta' Ottubru 2019 18 Opinjoni Inkomplu nibnu fuq is-suċċessi Inkomplu għaddejjin bl-impenn tagħna li ngħollu 'l fuq isem pajjiżna, u nippriservaw dak kollu li writna OWEN BONNICI Il-Mużew MUŻA fil-Belt Valletta

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 20 October 2019