Illum previous editions

ILLUM 20 October 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1178030

Contents of this Issue

Navigation

Page 2 of 31

3 Il-Ħadd 20 ta' Ottubru 2019 | illum Aħbarijiet Id-diskussjonijiet dwar Brexit mistennija jkomplu t-Tlieta ILPRIM Ministru Ingliż Boris Johnson se jkollu jistenna ftit ieħor għall- approvazzjoni tal-ftehim li ntlaħaq bejn il-Gvern Ingliż u l-Unjoni Ewropea dwar Brexit. Dan għaliex fis-seduta tal-bieraħ, il-Parlament Ingliż ivvota favur l-emenda tal-Membru Parlamentari Oliver Letwin sabiex qabel isir vot fuq Brexit, il-Parlament jiddiskuti kull leġislazzjoni li se tkun qed tinbidel wara d-divorzju bejn ir-Renju Unit u l-UE. L-emenda ta' Letwin sabet l-appoġġ tal-maġġoranza hekk kif finalment 322 Membru Parlamentari vvutaw favur u 306 MP kontra, maġġoranza ta' 16-il vot. Kaġun t'hekk il-PM Ingliż Boris Johnson formalment se jkollu jitlob għal estensjoni, minkejja d-dikjarazzjoni tiegħu li Brexit se jseħħ fl-aħħar ta' dan ix-xahar, jiġifieri fil-31 ta' Ottubru. Id-diskussjonijiet issa se jkomplu nhar it-Tlieta li ġej. B'reazzjoni għal dan il-vot, Jonhson għamilha ċara li jinsab irrassenjat li Brexit iseħħ fil-31 ta' Ottubru. "L-aħjar ħaġa għar-Renju Unit u għall-Ewropa kollha hi li Brexit isseħħ fil-31 ta' Ottubru. Mhux se ninnegozja dewmien ieħor. Lanqas il-liġi ma tobbligani nagħmel hekk, saħaq il-PM Ingliż, filwaqt li żied jgħid li, "iktar dewmien ikun ħażin għal dan il-pajjiż, ħażin għall-Unjoni Ewropea u ħażin għad-demokrazija." Interessanti l-fatt li s-seduta tal-bieraħ kienet l-ewwel darba fi 37 sena li l-Parlament Ingliż iltaqa' fil-ġranet ta' tmiem il-ġimgħa. Mill- 1939 'l hawn, il-Parlament Ingliż tlaqqa' nhar ta' Sibt erba' darbiet, fosthom meta faqqgħet it-Tieni Gwerra. Il-Membri Parlamentari kellhom jiltaqgħu wara summit importanti tal-Unjoni Ewropea, li kien meqjus bħala l-aħħar ċans għar-Renju Unit u l-Unjoni Ewropea biex jilħqu ftehim qabel il-ġurnata li fiha għandu jseħħ Brexit. X'fih il-ftehim il-ġdid? Il-kwistjoni tal-fruntiera mal- Irlanda ta' Fuq, magħrufa bħala backstop, kienet l-aktar parti kontroversjali tal-ftehim tal-eks Prim Ministru May u li allura, Boris Johnson ipprova jemenda. Fl-ittra tiegħu, il-President uxxenti tal-Parlament Ewropew Jean Claude Juncker ikkonferma li din il-kwistjoni u anke d-dikjarazzjoni politika dwar ir-relazzjoni futura bejn ir-Renju Unit u l-UE ġew emendati. Madanakollu, hu mifhum li l-pjan il-ġdid se jwassal biex l-Irlanda ta' Fuq tkun ittrattata differenti mill-bqija tar- Renju Unit, xi ħaġa li l-Partit Unjonista Demokratiku, li miegħu l-Partit Konservattiv ta' Jonhson jinsab f 'koalizzjoni, għandu dubji serji dwaru u qal ċar u tond li mhux se jkun qiegħed jappoġġja l-ftehim. Id-diskussjonijiet se jkomplu nhar it-Tlieta li ġej

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 20 October 2019