Illum previous editions

ILLUM 20 October 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1178030

Contents of this Issue

Navigation

Page 5 of 31

Aħbarijiet 6 illum | Il-Ħadd 20 ta' Ottubru 2019 Diskors ta' sagħtejn u nofs Minn Yendrick Cioffi Chris u Katya Chris u Katya huma koppja li għandhom tifel għadu żgħir. Katya hija mara tad-dar u għalhekk l-uniku dħul li għandha din il-familja huwa minn dak li jaqla' Chris. Kull sena, Chris jaqla' paga ta' madwar €19,000. Mis-sena d-dieħla, il-paga ta' Chris se tkun qed tiżdied b'madwar €181, liema żieda se tkun qed tagħmel tajjeb għall-għoli tal- ħajja. Bħal kull familja oħra madwar Malta u Għawdex, Chris u Katya se jkunu qed jirċievu ċekk ta' darba ta' €35 u dan biex jagħmel tajjeb għal żieda f 'xi prezzijiet ta' prodotti essenzjali, bħalma huma l-ħobż u l-ħalib. Tgħidli x'se nagħmel b'€35? Vera mhux ħafna. Iżda kif jgħid il-Malti, kull qatra tgħodd. Biex jgħixu komdi, Chris ikollu jagħmel xi siegħa jew tnejn sahra. Mis-sena d-dieħla, l-ewwel mitt siegħa sahra li se jagħmel Chris se jkunu ntaxxati bil-15% u għalhekk mis-sahra li se jagħmel, se jifdallu aktar flus fil- but. Apparti minn hekk, bħal 200,000 impjegat u impjegata oħra, Chris se jkun qed jerġa' jirċievi ċ-ċekk tar- rifużjoni tat-taxxa. Hu se jmissu €68. Bħall-ħaddiema l-oħra kollha, Chris se jkollu ġurnata oħra miżjuda mal-leave u din biex tagħmel tajjeb għal dawk il-festi pubbliċi li jaħtbu fi tmiem il-ġimgħa. Bħall-familji l-oħra li għandhom it-tfal, Alan u Marthese se jibqgħu jibbenefikaw ukoll mit-trasport b'xejn għall-iskejjel. Pawlu u Maria Pawlu u Maria huma koppja anzjana. Pawlu għandu 80 u Maria 76 sena. Pawlu biss jirċievi l-pensjoni għax Maria qatt ma ħadmet, biex tkun tista' tieħu ħsieb lill-familja. Mis-sena d-dieħla l-pensjoni ta' Pawlu se tkun qed tiżdied bi €3.51 fil-ġimgħa, jiġifieri b'kollox se jirċievi żieda ta' €7 fil-ġimgħa, għax ma' dawn wieħed irid iżid iż-żieda għall-għoli tal-ħajja ta' €3.49. Mela b'kollox, f 'sena, il-pensjoni ta' Pawlu se tkun qed tiżdied bi €364. Fil-Baġit tħabbar li l-qligħ mhux taxxabbli mill-pensjoni se jiżdied għal €13,798 oħra. Għal Pawlu u Maria, ġaladarba jirċievu pensjoni waħda, id-dħul eżentat mit-taxxa se jiżdied sa €15,798. Apparti minn hekk, kemm Pawlu u anke Maria se jkunu qed jirċievu l-għotja li tingħata darba f 'sena lill- anzjani ta' 75 sena jew aktar li jibqgħu jgħixu fid-djar tagħhom. Pawlu, fl-aħħar snin ħa €300, iżda mis-sena d-dieħla, ġaladarba għalaq it-80 sena, se jirċievi €350. Marija se tieħu t-€300, għax dan il- bonus mhuwiex marbut mal-pensjoni iżda jingħata lill-anzjani kollha, minn 75 sena 'l fuq, li jibqgħu jgħixu fid-dar tagħhom. Għalhekk, jekk tieħu kollox globalment, kemm iż-żieda fil- pensjoni u anke l-bonus, id-dħul ta' Pawlu u Maria se jiżdied b'€1,014. Maria tħobb ukoll tidħol sal-Belt biex tagħmel xi qadjiet u tgħaddi siegħa żmien. Mis-sena d-dieħla, bħall-anzjani kollha li għandhom 'il fuq minn 75 sena, Maria se tivvjaġġa b'xejn fuq tal-linja. Mikiel Bħal Pawlu u Maria, Mikiel ukoll huwa anzjan. Għandu 83 sena. Għall- kuntrarju ta' Pawlu u Maria ma setax jibqa' jgħix id-dar, kemm għax ma għandux familja u anke għax saqajh ma tantx għadhom jifilħu. Kien għalhekk li ftit tax-xhur ilu daħħal idu fil-but biex imur jgħix f 'dar tal-anzjani privata. Ngħiduha kif inhi. Pawlu ma qagħadx jistenna fil-lista ta' stennija biex jidħol f 'dar tal-anzjani. Ħallas minn butu u naqqas il-pressjoni minn fuq il-Gvern. Allura ma ħaqqu xejn lura? Mis-sena d-dieħla, l-għotja ta' €300 li jirċievu l-pensjonanti ta' 75 sena jew aktar se tibda tingħata wkoll lil dawk l-anzjani li bħal Pawlu ħallsu biex marru jgħixu f 'dar tal-anzjani privata. Ġaladarba għandu 83 sena, huwa se jibbenefika wkoll miż-żieda ta' €50 biex hekk se jieħu €350. Michael u Carmen Michael u Carmen huma kopja anzjana. It-tnejn li huma għandhom 70 sena. Ma għandhomx dħul kbir, aktar u aktar għax Michael biss jieħu l-pensjoni. Michael u Carmen, bħal 16,000 anzjan u anzjana oħra, jibbenefikaw mill-għajnuna supplimentari li titħallas lil dawk, l-aktar anzjani, bi dħul baxx u li għandhom 'il fuq minn 65 sena. L-għajnuna supplimentari għal Michael u Carmen u dawk bħalhom bi dħul baxx, se tiżdied b'€50 għal €150. Għalhekk, mis-sena d-dieħla, kemm Michael u anke Carmen se jieħdu €150 kull wieħed. Dan ifisser li jekk wieħed jgħodd iż-żieda ta' €7 fil-ġimgħa u l-għajnuna supplimentari, fl-2020, id-dħul ta' Michael u Carmen se jiżdied b'€664. Johann u Christine Johann u Christine huma koppja żagħżugħa li qed ifittxu post. It-tnejn li huma jaħdmu u s-sena d-dieħla se jkollhom tarbija. Fl-aħħar xhur sabu post u qed iħejju biex jixtruh. Johann u Christine se jibbenefikaw mill-iskema tal-first time buyers li b'effett immedjat ġiet emendata. Fil-fatt, Johann u Christine se jkunu eżentata mit-taxxa tal-boll fuq l-ewwel €175,000 minflok fuq l-ewwel €150,000 kif kienet fl-aħħar snin. Dan ifisser li Johann u Christine se jiffrankaw €6,500. Apparti minn hekk, meta Christine twelled se tirċievi bonus ta' darba ta' €300. Fil-fatt, dan il-bonus se jingħata Fil-ġimgħa tal-Baġit, il-gazzetta ILLUM daħlet fid-djar ta' individwi u familji, b'realtajiet u bżonnijiet differenti, biex tifhem aħjar kif se jkunu qed jintlaqtu mill-Baġit

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 20 October 2019