Illum previous editions

illum 14 December 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/433163

Contents of this Issue

Navigation

Page 3 of 35

4 illum | Il-Ħadd 14 ta' Diċembru 2014 PRINĊEP mis-Sawdi Arabja Alwaleed bin Talal bin Abdulaziz Alsaud, ilbieraħ qatta' ġurnata f 'pajjiżna wara li sar kumpann onorarju fl- Ordni Nazzjonali tal- Meritu għal xogħol ta' karità li qed jippjana li jagħmel f 'pajjiżna. Al-Waleed wasal f 'pajjiżna ilbieraħ filgħodu bl-ajruplan privat tiegħu. Sorsi li tkellmu ma' din il-gazzetta qalu li fuq dan l-ajruplan għandu wkoll tron, sabiex ikun jista' jpoġġi fuqu waqt it-titjiriet tiegħu. Huwa deskritt bħala l-iktar negozjant influwenti fid- dinja Għarbija. Al-Waleed għamel xogħol filantropiku fi 83 pajjiż madwar id-dinja u jidher li issa tefa' ħarstu fuq Malta. Al-Waleed li huwa wkoll membru tal-familja rjali tas- Sawdi Arabja, ġie msejjaħ l-ewwel wieħed biex jirċievi l-unur, qabel il-Maltin. F'Marzu tal-2013, Forbes klassifikat lil Al-Waleed fis-26 post fost l-iktar irġiel sinjuri fid-dinja, Forbes kiteb li l-valur tiegħu kien ta' $20 biljun iżda Al-Waleed kien immedjatament fetaħ libell kontra Forbes u qal li l-valur nett tiegħu huwa ta' $26 biljun. F'Diċembru 2013 Bloomberg qal li l-valur tiegħu kien ta' $30 biljun. Il-Prinċep li għandu 59 sena u huwa ddivorzjat għandu Baċellarat fl-Arti u x-Xjenza mill-Kulleġġ Menlo f 'Kalifornja. Fl-2013 l-artiklu ta' Forbes ukoll iddeskriva l-palazz Riyadh tiegħu b'420 kamra, l-ajruplan privat tiegħu Boeing 747 mgħammar bi tron u 120-ettaru ta' art fit- tarf tal-kapitali Sawdita fejn għandu ħamest idjar, ħames lagi artifiċjali u Grand Canyon ċkejken. Fost il-propjetajiet tiegħu jinkludu l-lukanda George V f 'Pariġi, il-Fairmont Plaza fi New York City, The Savoy f 'Londra u Four Seasons f 'Toronto. ILKITTIEB prolifiku Immanuel Mifsud, iddaħħal bħala membru fl-Ordni Nazzjonali tal-Meritu waqt iċ-Ċerimonja f 'Jum ir- Repubblika. Il-kittieb Malti, li hu rebbieħ ta' bosta unuri letterarji kemm lokalment kif ukoll fix-xena letterarja internazzjonali, ingħata dan l-unur wara l-ħidma kbira tiegħu fid-dinja letterarja partikolarment dik lokali, bil-Malti. Beda l-karriera tiegħu ta' 16- il sena fejn għen biex jitwaqqaf grupp letterarju kif ukoll beda jikteb xogħlijiet ta' poeżija u proża. Beda wkoll jtella' u jipproduċi xogħlijiet teatrali kemm dawk miktuba minnu, kif ukoll oħrajn ta' awturi prominenti bħal Chekhov, Fo u Mamet. Il-kitbiet ta' Mifsud minbarra li kisbu l-popolarità lokalment, ġew tradotti f 'diversi lingwi u għamlu suċċess f 'bosta pajjiżi barra minn xtutna. Lokalment, Immanuel Mifsud, fost l-oħrajn rebaħ il- Premju Letterarju Nazzjonali għall-ġabra ta' novelli tiegħu, 'L-istejjer strambi ta' Sara Sue Sammut'. Riċentement, Mifsud ġie ppremjat fuq livell Ewropew, hekk kif il-ktieb tiegħu 'Fl- isem tal-Missier (u tal-Iben)' rebaħ il-Premju Letterarju tal-Unjoni Ewropea fl-2011. L-istess ktieb, ġie tradott diġà f 'diversi lingwi fosthom l-Ingliż u r-Rumen. Immanuel Mifsud huwa lettur fl-Università ta' Malta fejn jgħallem il-letteratura Maltija u t-Teorija Letterarja. Immanuel Mifsud huwa kontributur regolari f 'din il-gazzetta, b'artikli tiegħu ppublikati kull ġimagħtejn. Aqra l-artiklu ta' din il-ġimgħa f 'paġna 20. Immanuel Mifsud onorat Ritratt: Ray Attard Immanuel Mifsud onorat waqt iċ-Ċerimonja Biljunarju Sawdi fost dawk onorati Konklużjonijiet strambi Minn paġna 1 Minkejja li dan kien għamel minn kollox biex jostor dak li seħħ, ftit wara kienet ċara li din kienet gidba. Fil-ġranet ta' wara l-inċident, il-mezzi tax-xandir tal-Partit Nazzjonalista attakkaw lil Scerri mbagħad waqgħu fil-muta. Ir-raġunijiet wara dan huma strambi. Scerri filwaqt li ma ħariġx ifuħ mill-konklużjonijiet tal-eks imħallfin ma ġiex indikat li għamel cover up. Konklużjoni stramba meta tikkunsidra li kien hu li insista mal-istampa li kienu sparaturi ta' twissija u li Sheehan kien persuna 'orrajt'. Il-Prinċep Sawdi fuq it-tron tiegħu fl-ajruplan privat Boeing 747

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 14 December 2014