Illum previous editions

illum 14 December 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/433163

Contents of this Issue

Navigation

Page 5 of 35

6 illum | Il-Ħadd 14 ta' Diċembru 2014 David Agius - Whip tal-Grupp Parlamentari u Kelliem għall- Gvern Lokali PN L-effett tal- iskandlu Mallia fuq il-Parlament hu wieħed ewlieni. Hu ċar issa li l-Oppożizzjoni qed turi kemm hi effettiva u kredibbli. Qed tipproponi liġijiet ġodda f 'ħafna oqsma u mozzjonijiet diversi. Min- naħa l-oħra, qed twettaq dak li hu d-dmir ewlieni ta' Oppożizzjoni, li żżomm lill-Gvern responsabbli għal għemilu. L-Oppożizzjoni wasslet għat- tneħħija ta' Ministru ewlieni tal- Gvern wara li kixfet l-abbuż qawwi li seħħ fil-cover-up tal-isparatura. F'dan il-cover-up kienu nvoluti ħafna uffiċjali tal-Gvern, inkluż mill-Uffiċċju tal-PM, għalkemm il-Prim Ministru Muscat qed jgħid li ma kienx jaf u mar jorqod. Wasslet ukoll biex ftit min-nies involuti jibdew jerfgħu r-responsabbiltajiet tagħhom. Illum kulħadd jista' jikkonkludi min hu kredibbli u min qal is-sewwa. Il-Gvern inqabad jigdeb u kieku ma kienx għall-midja tal-Oppożizzjoni u dik indipendenti, kieku l-Ministru Mallia għadu Ministru b'Joseph Muscat jiddefendih. Quddiem l-abbużi ta' sħab Joseph Muscat, l-Oppożizzjoni qed iġġib ruħha bil-mod kredibbli u effettiv li rajna f 'dan il-każ, li hu wieħed fost ħafna. Hekk se tkompli tagħmel għall-ġid ta' pajjiż li ma jridx Gvern li jigdeb u Prim Ministru dgħajjef quddiem l-abbużi ta' sħabu, kif ġara f 'dan il-każ meta l-Ministru Mallia spiċċa tliet ġimgħat tard wisq. Ann Fenech – President tal-Kunsill Eżekuttiv tal-PN L-isparar ta' arma tan-nar fil-pubbliku minn persuna li apparti li kien xufier ta' Ministru, huwa wkoll pulizija u jgawdi l-fiduċja sħiħa tal-Ministru li hu responsabbli għaż-żamma tal-ordni u s-sigurtà ta' kulħadd, ixxukkjat il- poplu kollu bla distinzjoni politika. Kien hemm ukoll żewġ żvoltiet li komplew inaffru l-fiduċja tal-poplu. Kien hemm il-fatt inaċċettabbli f 'demokrazija li x-xena tad-delitt tiġi mittiefsa u l-fatt li l-istqarrija li ħarġet min-nies fl-uffiċċju tal-Prim Ministru kienet giddieba. Dawn l-affarijiet kollha ddisgustaw lin- nies u ppretendew li l-Ministru jġorr ir-responsabbiltà politika dak il-ħin stess u jirriżenja. Ma stennewx minn Korp tal-Pulizija serju, li xena ta' delitt tiġi mittiefsa: titneħħa l-karozza li fuqha ġew sparati t-tiri u li sparixxew l-iskrataċ. Ixxokkjaw ruħhom ukoll bil-mod kif l-Aġent Kummissarju ġab ruħu u kif tkellem ma' min kien għadu kemm spara żewġ tiri li bihom, seta' faċilment darab lil xi ħadd. Żgur ma stennewx li l-Prim Ministru li tela' bl-għajta ta' trasparenza u kontabilità jibqa' jkaxkar saqajh għal kważi tliet ġimgħat, u joħroġ daqshekk debboli quddiem sitwazzjoni li fiha riedet tittieħed deċiżjoni ċara u fejn il-poplu ġie mogħti partita gideb. Dan kompla jżid is-sentiment ġenerali li f 'pajjiżna hawn nuqqas kbir ta' trasparenza, ta' good governance u ta' kontabilità li ma tagħmilx ġieħ la lill-Gvern u lanqas lil Malta. Karol Aquilina – President tal- Kunsill Amministrattiv PN Il-każ tal-eks-Ministru Mallia kellu ħames konsegwenzi ewlenin: Il-kredibbilità tal-Prim Ministru ħadet daqqa kbira 'l isfel għaliex wera kemm mhux kapaċi jieħu deċiżjonijiet biex jiġġieled l-abbużi. Muscat dam jiċċassa għal 19-il ġurnata u 16-il siegħa minflok ħa l-unika deċiżjoni li seta' jieħu fiċ- ċirkostanzi, dik li minnufih ikeċċi lil Manwel Mallia minn Ministru. Muscat wera kemm hu dgħajjef u spiċċa jaġixxi mhux minħabba l-konvinzjoni tiegħu, iżda għax l-opinjoni pubblika kienet bil- qawwa kontrih. Wara dan l-inċident, in-nies qed jiddubitaw dwar dak kollu li jingħad mill-Prim Ministru, mill-Ministri u mill-Gvern għax l-istqarrija li ħareġ il-Gvern wara l-isparatura kien fiha gidba f 'attentat ċar biex jinħeba dak li kien ġara. Il-fiduċja tan-nies fil-Pulizija L-era post-Emmanuel Il-ġurnali u l-aħbarijiet f'dawn l-aħħar tliet ġimgħat kienu kollha ff ukati fuq l-istess storja, li ovvjament kompliet tikber minħabba l-involviment ta' nies prominenti fi x-xena politika. Wara li għadda l-każ u ħareġ ukoll ir-rapport tal-inkjesta li saret minn grupp ta' eks imħallfi n, u anke wara r-riżultat tad-deċiżjonijiet li ttieħdu mill-Prim Min- istru b'eff ett immedjat hekk kif intemmet l-inkjesta, x'inhi t-triq 'il quddiem? X'inhuma l-eff etti li dawn it-tibdiliet se jħallu fuq bosta entitajiet fi l-pajjiż bħal Pulizija, l-Parlament, il-Gvern u l-mezzi tax-xandir lokali fost l-oħrajn, li kollha kemm huma kellhom sehem importanti f'dak kollu li seħħ... 6 illum | Il-Ħadd 14 ta' Diċembru 2014 David Agius - Whip tal-Grupp Parlamentari u Kelliem għall- Gvern Lokali PN L-effett tal- iskandlu Mallia fuq il-Parlament hu wieħed ewlieni. Hu ċar issa li l-Oppożizzjoni qed turi kemm L-era post-Emmanuel Il-ġurnali u l-aħbarijiet f'dawn l-aħħar tliet ġimgħat kienu kollha ff ukati fuq l-istess storja, li ovvjament kompliet tikber minħabba l-involviment ta' nies prominenti fi x-xena politika. Wara li għadda l-każ u ħareġ ukoll ir-rapport tal-inkjesta li saret minn grupp ta' eks imħallfi n, u anke wara r-riżultat tad-deċiżjonijiet li ttieħdu mill-Prim Min- istru b'eff ett immedjat hekk kif intemmet l-inkjesta, x'inhi t-triq 'il quddiem? X'inhuma l-eff etti li dawn it-tibdiliet se jħallu fuq bosta entitajiet fi l-pajjiż bħal Pulizija, l-Parlament, il-Gvern u l-mezzi tax-xandir lokali fost l-oħrajn, li kollha kemm huma kellhom sehem importanti f'dak kollu li seħħ... VERONICA LYNN MIZZI

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 14 December 2014