Illum previous editions

illum 14 December 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/433163

Contents of this Issue

Navigation

Page 7 of 35

8 illum | Il-Ħadd 14 ta' Diċembru 2014 GĦALKEMM meta seħħ il-qtil ta' Karmenu Farrugia ta' 50 sena miż-Żurrieq fl- 1987 pajjiżna kien għaddejn minn żmien meta l-każi ta' bombi ma kinux rari, il- bomba li qatlet lil Farrugia f 'Ġunju 1987 jidher li ma kienx investigat bħala qtil b'konnessjoni mal-politika. Iżda hemm min li sal-lum xorta waħda ma jeskludix li l-qtil ta' Farrugia kellu xamma politika. Karmenu Farrugia kellu l-laqam "Ta' Fita", iżda kien aktar magħruf bħala "Tat-Taxi". Dan mhux għax kien jaħdem bħala sewwieq ta' taxi, imma għax kien juża l-karozza personali tiegħu, Hillman Minx, biex iwassal li min kellu bżonn imur x'imkien u kien jieħu xi ħaġa tal-flus għas- servizzi li kien joffri. Kien mhedded b'ħajtu Karmenu Farrugia, missier ta' tliet itfal, kien imwissi li kien hemm min ried joqtlu. Is-Sibt 20 ta' Ġunju 1987, ġurnata qabel ma nqatel, Farrugia deher inkwetat tant li meta kien mistoqsi minn sħabu x'kien li qed jinkwetah, huwa kien stqarr li xi ħadd ċempillu b'mod anonimu fejn informah li kienu se jagħmlulu bomba. Din it-telefonata kienet beżżgħat lil Farrugia, iżda huwa xorta kompla bil-ħajja normali tiegħu. L-għada, il-Ħadd 21 ta' Ġunju 1987, Karmenu ħareġ mid-dar ftit qabel is-6am. Huwa qabad ir-rota fejn kellu jmur l-għalqa li kellu fi Triq iż-Żurrieq fil- Qrendi, li tinsab bejn il-Qrendi u ż-Żurrieq. Kienet rutina tiegħu li jmur l-għalqa kmieni filgħodu u għaldaqstant kienet faċli għal min qatlu biex ipoġġilu bomba ma' bieba tal-pjanċi taż-żingu li kellu fid-daħla tal-għalqa. Il-qattiel kien jaf sew ir-rutina ta' Farrugia u li kien ikun waħdu meta jmur l-għalqa. Peress li kien il-Ħadd x'aktarx li Farrugia mar il-quddies tas-6am, jew waqaf x'imkien għal xi ħin, u wara baqa' sejjer lejn l-għalqa biex jitma' l-kelb u jqatta' ftit tal-ħin hemmhekk. Dan għax Farrugia kien joqgħod madwar kilometru biss 'il bogħod mill-għalqa u ma kienx se jieħu ħafna ħin biex mid-dar jasal fl-għalqa bir-rota. Farrugia kien jaħdem bħala għassies mal-Korporazzjoni Enemalta u għaldaqstant l-għalqa kien imur fiha biex jistrieħ. Għall-ħabta tas-7am instemgħet splużjoni, iżda peress li dakinhar kien hemm il-festa tal-Ġilju fl-Imqabba, ħafna nies ħasbu li seta' kien murtal tal-festa. Splodiet kif fetaħ il-katnazz u mbotta l-bieb Kif Karmenu wasal fl-għalqa, huwa poġġa r-rota mal-ħajt tas- sejjieħ kif kien jagħmel is-soltu. Resaq lejn il-bieb żgħir li kien John Pisani jpisani@mediatoday.com.mt Jinqatel b'bomba 27 sena Kif fetaħ bieb taż-żingu Mill-Qorti Vjetnamiża kellha limitu ta' kemm setgħet tixrob ilma Daqqa ta' ponn għax kienet qablu fil-kju VJETNAMIŻA li kienet taħdem fil-fabbrika tal-Leisure Clothing u li ppruvat taħrab minn Malta minħabba s-sitwazzjoni "degredanti" u l-kundizzjonijiet miżeri fil-fabbrika, qalet lill-Qorti li ħaddiema kellhom limitu ta' kemm setgħu jixorbu ilma u li kienu ngħataw żewġ rollijiet ta' toilet paper f 'xahar sħiħ. Dan ħareġ fix-xhieda ta' Van Hoang Thi Cam – mara Vjetnamiża li xehdet fil-kumpilazzjoni kontra d-diretturi tal-Leisure Clothing, Bin Han, ta' 46 sena, u Jia Liu, ta' 31 sena. Iż-żewġ diretturi qed iwieġbu mħux ħatja li sfruttaw u ttraffikaw ħaddiema Asjatiċi f 'Malta, li naqsu li jħallsu paga xierqa lill-ħaddiema tagħhom u li dawru għalihom bi profit il-paga tal-ħaddiema. Fix-xhieda tagħha, Van qalet li kienet qed tgħix fi stat ta' biża' għax uffiċjali tal-kumpanija kienu wissuha li jekk tirrapporta l-kundizzjonijiet tax- xogħol tagħha lill-Pulizija Maltija jew lil xi ħadd Malti, kienet se tintbagħat lura lejn il-Vjetnam. Hija qalet li setgħet biss tixrob 24 litru ta' ilma fix-xahar matul ix-xitwa u 36 litru matul is-sajf. Irrakkontat ukoll li meta darba minnhom kienet ma tiflaħx, is-Supervisor tal-fabbrika, qaltilha biex tkompli taħdem, u sa anke waslet biex waddbitilha l-mediċina għal wiċċha. Il-Vjetnamiża qalet ukoll li l-ħinijiet normali tagħha kienu mis-7am sad-9pm u l-Ħadd taħdem mit-8am sas-6.30pm. Qalet ukoll li l-ikel li kienet tingħata ma kienx jittiekel u li kien jagħmlilha d-deni. Filwaqt li bdiet tiddeskrivi l-kundizzjonijiet tax-xogħol tagħha bħala miżerja, ix-xhud qalet li kull xahrejn kienet tirċievi €150 u l-bqija tal-paga tagħha nżammu mill-kumpanija. L-imgħallem kien qalilha li kellha tlaħħaq is-somma ta' €2,000 biex setgħet tieħu xi ħaġa, inkella kollu għalxejn. Han spjegat ukoll li fil-fabbrika kien hemm 250 ħaddiem li jinkludu Ċiniżi, Koreani, Vjetnamiżi u Maltin, il-Vjetnamiżi li tkellmet magħhom ukoll kienu jilmentaw iżda l-ilmenti dejjem waqgħu fuq widnejn torox. Intant, accountant imqabbda bħala esperta tal- Qorti qalet li allegatament il-kumpanija għandha tagħti €534,000 f 'salarji u hemm biss €70,000 fil- kont. Minħabba f 'hekk il-ħaddiema ma jistgħux jitħallsu. Il-każ ikompli. RAĠEL minn San Pawl il-Baħar ġie miżmum taħt arrest wara li allegatment ta daqqa ta' ponn lil mara Niġerjana li kienet qablu fil-kju. Joseph Apap, ta' 43 sena, wieġeb li mħux ħati li nhar l-Erbgħa li għadda attakka u weġġa' gravi lil mara Niġerjana, Faith Jezz Mohammed, li inċita mibegħda razzjali u li kiser il-paċi pubblika. Il-Qorti semgħet kif dakinhar għall-ħabta tal-11am, Apap kien qed jistenna fi kju biex isarraf xi ċekkijiet f 'uffiċċju tal-kambju f 'Dawret il-Gżejjer, Buġibba. Il-prosekuzzjoni, mmexxija mill-Ispettur Maurice Curmi spjegat kif ir-raġel ried jaqbeż il-kju għax ma riedx jinqeda wara l-mara Niġerjana. Huwa mifhum li wara li kienet qabżitlu jistenna, Apap beda jargumenta mal-mara Niġerjana u jgħajjarha b'insulti razzjali. Sorsi qalu li wara dan, qam argument bejn it-tnejn fejn ir-raġel allegatament ta daqqa ta' ponn lill- vittma. Il-mara spiċċat b'sinna nieqsa. Id-difiża talbet għall-ħelsien mill-arrest u l-prosekuzzjoni m'opponietx. Madankollu, il-Maġistrat Charmaine Galea ċaħdet it-talba u żammet lill-imputat taħt arrest mhux biss minħabba n-natura serja tar-reat imwettaq iżda wkoll minħabba l-imġieba tiegħu fl-awla. Fattiga tammetti li serqet id-deheb Fattiga li ammettiet li serqet żewġ ġiżirajjen tad-deheb mid-dar fejn kienet taħdem ingħatat oppurtunità li tirriforma ruħha wara li l-Maġistrat tatha sentenza sospiża minflok ħabs effettiv. Brenda Orsini, ta' 49 sena, mill-Isla ammettiet li nhar is-6 ta' Diċembru serqet il-ġiżirajjen minn Triq il-Pedidalwett fis-Swieqi u wara bigħithom f 'ħanut tad-deheb fil-Belt. Huwa mifhum li malli l-vittma rrealizzat li d-deheb tagħha kien nieqes, hi ċemplet il-pulizija. Waqt l-interrogazzjoni tagħha, l-imputata ammettiet mal-pulizija li serqet il-ġiżirajjen u anke qaltilhom fejn kienet bigħithom. Il-Qorti semgħet ukoll li l-imputata raddet lura l-flus li daħħlet. Minkejja s-serjetà tal-akkużi kontra tagħha, Orsini ma ngħatatx il-piena massima ta' seba' snin iżda ġiet ikkundannata għal sentenza ta' 18-il xahar ħabs sospiżi għal tliet snin. Filwaqt li ġiet imwissija dwar il-konsegwenzi jekk twettaq reat ieħor, il-Maġistrat Charmaine Galea nnuttat li Orsini kkoperat mal-Pulizija u għandha kondotta nadifa. Hija tpoġġiet ukoll taħt ordni ta' superviżjoni għal tliet snin u ġiet imwiddba biex ma tersaqx lejn il-vittma. Il-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispetturi Fabian Fleri u Carol Fabri. DANIEL MIZZI dmizzi@mediatoday.com.mt Pjanċa taż-żingu tagħti parti mill-katavru ta' Farrugia fejn spiċċa kważi fit-triq bl-isplużjoni Karmenu Farrugia - il-vittma

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 14 December 2014