Illum previous editions

illum 14 December 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/433163

Contents of this Issue

Navigation

Page 32 of 35

Il-Ħadd 14 ta' Diċembru 2014 | illum 33 SPORTSillum Issir b'suċċess it-13-il edizzjoni tal-MOC Sports Awards ILĦADD li għadda l-Kumitat Olimpku Malti organizza b'suċċess it- 13 l-Edizzjoni tal-MOC SPORTS AWARDS. Fl- istess serata ġie ppremjat min bil-ħila tiegħu fl-arti għen sabiex l-isport u l-aktar l-ideal Olimpiku jitkattar fost is-socjeta' sportiva f 'pajjiżna. Dan l-unur mar għall- fotografu Paul Zammit Cutajar. Il-Kumitat Olimpiku Malti b'dan il-mod ingħaqad mal- pajjiżi affiljati mal-Kumitat Olimpiku Internazzjonali fil-preżentazzjoni ta' trofew mogħti mill-istess KOI. L-Edizzjoni ta' din is-sena tal-MOC Sports Awards saret fil-Lukanda Dolmen, San Pawl il-Baħar fejn matulha l-Kumitat Olimpiku Malti ppremja bl-unuri tal-bronż, fidda, deheb u platinu lil dawk l-atleti minn ħdan 21 assoċjazzjoni jew federazzjoni affiljata illi ddistingwew ruħhom fuq livell lokali u internazzjonali matul l-2014. Din is-sena wkoll tliet personalitajiet b'rabta mal-iżvilupp tal-isport f 'pajjiżna daħlu fl-MOC Hall of Fame bħalma sar għal dawn l-aħħar 12 –il sena. Dawn huma Teddie Borg, l-Imħallef Gino Gino Camilleri u Francesca Vincenti. Teddie Borg huwa isem sinonimu mal-ibburdjar f 'pajjiżna wara karriera fil-futbol ma' Rabat Ajax u membru fundatur tal- Assoċjazzjoni Sport Muturi. Għal aktar minn 20 sena kien xandar u direttur ta' programmi marbuta mal- ibburdjar u sport tal-baħar, fost dawn il-programm 'Starboard. Huwa eks President tal-Federazzjoni Maltija tal-Powerboats kif wkoll eks Segretarju u Vice Commodore tar-Royal Malta Yacht Club. Fl-1982 rebaħ l-unur tal-Uffiċjal tas-sena fl-Għażliet Sportivi Nazzjonali .Fl-2013 inħatar membru tal-Kunsill Malti għall-iSport. L-Imħallef Gino Camilleri huwa eks President tal- Kumitat Olimpiku Malti bejn l-1989 u l-1994. Taħt il-presidenza tiegħu Malta organizzat għall-ewwel darba l-Logħob tal-Istati Żgħar tal-Ewropa fl-1993. Karriera fl-isport u għall- isport fejn wara snin fl- amministrazzjoni ta' Exiles Waterpolo Club, fl-1983 kien President tal-Amateur Swimming Association. Huwa eks President u membru fundatur tal- Malta Squash Association. Għamel ukoll parti mill- Kummissjoni Ġuridika tal- Kumitati Olimpiċi Ewropej. Fl-2010 ġie ppremjat mill- Kumitat Olimpiku Malti bit- trofew tal-Kumitat Olimpiku Internazzjonali għall-irwol tiegħu fl-iżvilupp tal-kulturà Olimpika f 'pajjiżna. Francesca Vincenti hija bla dubju l-aqwa board- sailor mara li qatt ipproduċa l-isport Malti. Hija rebħet il- Kampjonat Dinji Freestyle li sar fl-Isvizzera fl-1986 u ġiet fit-tielet post fil-Kampjonat Mistral. Fl-1986 ħadet sehem fir-Regatta ta' Sardegna fejn temmet fil-11 –il post fost 247 parteċipant. Rebħet l-unur tal-iSportiva tas-Sena fl-1985 u fl-1986 wara li fl- 1983 u fl-1984 kienet ġiet fit- tieni post fl-istess Għażliet. Fl-aħħar snin kienet uffiċjal attiv fl-ibburdjar f 'pajjiżna u ispirazzjoni għall-atleti żgħażagħ f 'dan l-isport. Għas-sitt sena konsekuttiva ġie ppremjat dak il-Kunsill Lokali li jkun organizza attività sportiva għall-ġid tal-komunita' tiegħu, liema unur mar għall-Kunsill Lokali tal-Mellieħa. Il-Kumitat Olimpiku Malti b'kollaborazzjoni mal- Kumitat Olimpiku Taljan u l-Federazione Italiana Canotaggio kellu żewġ mistiedna speċjali għal din is-serata li kienu ż-żewġ rebbieħa Olimpiċi, Giuseppe Abbagnale u Davide Tizzano. Ir-rebbieħa tal-Gold Award waqt is-serata tal-MOC Awards flimkien ma' Julian Pace Bonello u Mark Cutajar L-ewwel mara li qatt irrapreżentat lil Malta f 'kompetizzjoni tal-weightlifting FTIT tal-jiem ilu, Gayle Caruana li tajjeb ngħidu li tiġi t-tifla tal-President tal-Assoċjazzjoni Maltija tal-Weightlifting (MWA), Jesmond Caruana, flimkien ma' missierha rrapreżentat lil Malta fil-Kungress Ewropew tal-Weightlifting li sar f 'Limassol, f 'Ċipru. Jesmond Caruana ġie magħżul ukoll sabiex ikun wieħed mill- kontrolluri tekniċi għall- kompetizzjoni tal-Kampjonat Ewropew għal Juniors u dawk ta' taħt it-23 sena. Gayle Caruana kienet ukoll magħżula biex tkun waħda mir-referis għal din il- kompetizzjoni. Tajjeb ngħidu li hija kienet l-ewwel mara Maltija li qatt irrappreżentat lil Malta f 'kompetizzjoni tal- weightlifting internazzjonali fuq skala hekk kbira. Dan il-ġurnal għamel kuntatt ma' Gayle Caruana nnifisha fejn talabha l-kummenti tagħha rigward din l-esperjenza unika fil- karriera tagħha bħala referi tal- weightlifting kif ukoll dwar kif qed tħares lejn il-futur tagħha fl-istess sport li kulma jmur qed jikber fil-popolarità f 'pajjiżna u mhux biss. Hija saħqet li: "L-isport tal- weightlifting minn dejjem kelli ħajra biex insegwih minħabba li minn meta kont żgħira missieri dejjem kien jeħodni miegħu għall-kompetizzjonijiet li fihom kien jieħu sehem hu stess bħala atleta. Niftakar ukoll li meta missieri kien għamel l-ewwel eżami tiegħu bħala referi tal-kategorija 2 kont qgħadt miegħu nistudjaw flimkien ir-regolamenti. Minn erba' snin ilu, bdejt ninvolvi ruħi u naħdem fil-preparazzjoni ta' kompetizzjonijiet lokali u internazzjonali li ġew organizzati ġewwa Malta. Jien flimkien ma' nies oħra segwejna kors li sar mill-Federazzjoni ta' Malta tal-Weightlifting, b'hekk sirna referees tal-kategorija nazzjonali. Wara ħafna aktar esperjenza ta' kompetizzjonijiet kien jeħtieġ li nagħmlu l-eżamijiet ta' referi ta' kategorija 2, speċjalment fil-qasam tar- referis nisa internazzjonali għax ma kienx hawn Malta. L-ewwel esperjenza tiegħi bħala referi tal-kategorija 2 kienet kompetizzjoni tal-pajjiżi żgħar Ewropej li saret ġewwa Malta fl-2013. Minn dejjem jogħġbuni l-isfidi ġodda b'hekk applikajt biex inkun uffiċjal tekniku waqt il-Kampjonat Ewropew. Wara li rċevejt l-invit għal din il-kompetizzjoni, kont kuntenta ħafna li ntgħażilt biex inkun referi għall-Kampjonat Ewropew għall-'Juniors' u 'Under 23' li kienu se jsiru ġewwa Limassol, Ċipru bejn l-20 sa 30 ta' Novembru. Din l-esperjenza hija ferm differenti minn dik li nesperjenza Malta, in-numru ta' atleti huwa ħafna ikbar fejn il-livelli huma għoljin, referis barranin b'esperjenzi differenti u s-sala tal- kompetizzjoni kienet ħafna ikbar biex insemmu ftit. L-ewwel kompetizzjoni tiegħi kont eċitata ħafna bdejt nara kollox differenti, minn angolu differenti minn dik ta' Malta. Dan għaliex il-kompetizzjoni tal-livelli għoljin isiru fuq 'suspended platform'. Avolja Malta nużaw l-istess distanza bħal li hemm fir-regolamenti, bis-suspended platform bdejt nara kollox kbir u viċin tiegħi b'hekk ridt nidra niġġudika r-refgħat minn dan l-angolu ġdid. Barra minn hekk tiġi ġġudikata wkoll minn ġurija esperta, fejn huma jistgħu jbiddlu d-deċiżjoni tiegħek, allura l-pressjoni tkun akbar. Ukoll trid tkun attenta ħafna minħabba li żball li jkunu ħadu l-atleti jkun fi frazzjoni ta' sekonda, u l-eċitament jikber aktar meta l-atleti jkunu qed jikkumbattu għall-medalja tad- deheb, fejn deċiżjoni tar-referi jista' jkun ma tintlaqax tajjeb kemm minn atleta kif ukoll mill-kowċis. Fil-ġranet ta' wara kont aktar kunfidenti, fejn anki ħadt gost u għamilt ħbieb ġodda fejn qagħdu jgħinuni u jaqsmu l-esperjenza tagħhom miegħi. Dan hekk kif huma ħadu sehem fl-Olimpjadi u f 'ħafna kompetizzjonijiet kbar mondjali tal-weightlifting. Ħadt ħafna gost li f 'waħda mill-kompetizzjonijiet li rreffjajt, kien hemm atleta li kiser rekords Ewropej u anki mondjali, u tara l-atleti b'ċertu determinazzjoni biex jirbħu l-medalja tad-deheb biex jagħmlu unur lil pajjiżhom. Wara din l-esperjenza ferm pożittiva, qed inħares 'il quddiem u nilqa' iktar sfidi sabiex intejjeb aktar l-esperjenza tiegħi f 'dan l-isport u wkoll aktar 'il quddiem nagħmel l-eżamijiet għall-Kategorija 1, fejn f 'dan il-livell inkun nista' nirrefja f 'Kampjonati Mondjali u anki Olimpjadi tal-Weightlifting," temmet tgħid Gayle Caruana. Gayle Caruana tagħmel l-istorja tal-weightlifting lokali Ritratt: Silvio Farrugia Photography

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 14 December 2014