Illum previous editions

illum 8 February 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/459451

Contents of this Issue

Navigation

Page 0 of 31

WARA silenzju min- naħa tal-ġurnalist u preżentatur Lou Bondi minn wara l-elezzjoni 'l hawn, jidher li wasal żmien li beda jiftaħ fommu. Il-fatt li instiga lil Bondi li jikteb xi ħaġa dwar dak li donnu nibet bejnu u bejn il- Partit Nazzjonalista beda meta l-eks ministru tas-saħħa Joe Cassar qal f 'intervista fil-Malta Independent li l-Partit Nazzjonalista hu kommess li jgħin il-gvern li jkollu suċċess mill-avveniment V18. Lou Bondi fl-istatus tiegħu fuq Facebook kiteb 'How Deliciously interesting' b'ċerta Angela Mifsud tikkummenta li filwaqt li qablet ma' dak li qal Cassar tefgħet botta ħelwa 'mhux l-istess jista' jingħad għal kulħadd.' Kien hawn li Lou Bondi wieġeb lil Angela b'mod li juri li bejnu u bejn il-Partit Nazzjonalista qed iberraq. Il-kumment tiegħu kien oriġinarjament bl-Ingliż u kien jgħid hekk - 'Jekk qed titkellem fuqi, m'għandek l-ebda idea fuq xiex qed titkellem. Iżda mhux tort tiegħek għax għadni qatt ma tkellimt fil-pubbliku x'inhi l-verità u kif ittrattani l-Partit Nazzjonalista wara l-elezzjoni. U għalissa m'iniex se nitkellem. Għax jien ma nkomplix nagħti bis-sieq lil min ikun imwaqqa' mal-art. €1.00 Nr 434 • 08 ta' Frar 2015 www.illum.com.mt Amy Zahra mudella, studenta u determinata li tikseb dak li trid. Kien hemm in-nies jagħlquli l-passaġġ bla ma kienu jafu – Josann Attard Pulis NEWSPAPER POST PAĠNA 23 ARA PAĠNI 3031 Kabinett b'membri nieqsa, kien iddeċieda fuq il-proklama ta' Farrugia ILPROKLAMA lil George Farrugia b'rabta mal-iskandlu tax-xiri taż-żejt ingħatat mill- Kabinett ta' Gonzi meta kien hemm mal-kwart tal-Ministri u s-Segretarji Parlamentari tiegħu nieqsa mil-laqgħa. Dan il-ġurnal huwa infurmat li fost dawk li ma kinux preżenti kien hemm tliet Ministri. Minn dawn, ministru wieħed biss kien assenti minħabba safar, Dolores Cristina. L-eks Ministru Tonio Fenech kien fost dawk li ma kinux preżenti. Fil-ħin li Gonzi laqqa' l-Kabinett Fenech kien qiegħed fuq programm televiżiv. Tonio Fenech huwa fost dawk li ismu qed jissemma fl-investigazzjoni minn George Farrugia bħala dak li ngħata arloġġ tal-lira mill-mara ta' ħuh. Sorsi li tkellmu ma' dan il-ġurnal qalu li kieku Tonio Fenech kien preżenti għal din il-laqgħa tal- Kabinett, ikun hemm il-possibilità li l-proklama lil George Farrugia tiġi nulla. U dan minħabba li persuna membru tal-kabinett li kien involut fid-deċiżjoni tal- maħfra seta' kien involut fil-każ. Ikompli f 'paġna 4 Ikompli f 'paġna 2 Qed iberraq bejn Lou Bondi u l-PN "Għadni ma żvelajtx kif ittrattawni l-PN" - Bondi Irrid inħalli Għawdex aħjar milli sibtu – Anton Refalo Dan hu Gvern li jidħak bik sfaċċatament – Marthese Portelli Il-proġett soċjalista fl -Ewropa – Alfred Sant Ara paġni 14-15 Ara paġna 17 Ara paġna 16

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 8 February 2015