Illum previous editions

illum 8 February 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/459451

Contents of this Issue

Navigation

Page 14 of 31

Il-Ħadd 08 ta' Frar 2015 | illum 15 biddilna l-maġġor parti tal-kunċett kollu u anke saru l-pjanti ġodda minħabba l-iskavi li nstabu. Bil- mod kif inhu ppjanat l-proġett speċjalment bil-bini taċ-ċentru tal- viżitaturi persważ li ċ-Ċittadella se tkun patrimonju dinji tal-umanità. Għaddejjin ukoll studji biex niksbu fondi mill-Unjoni Ewropea biex inwaqqfu l-Gozo Museum li x-xewqa tiegħi hi li jkun mużew interattiv u mhux sempliċiment depożitarju tal-arti. Bdejna bi proġett biex b'fondi tal-Unjoni Ewropea nagħmlu x-xogħlijiet utli fil-Menqa ta' Marsalforn u nagħmlu faċilitajiet aktar adekwati għas- sajjieda. Il-pixxina hija prijorità fl-aġenda tagħna u preżentament dan il-proġett qiegħed f 'idejn il- Gozo Sports Board li qed imexxi 'l quddiem dan il-proġett. Anke l-korsa taż-żwiemel qiegħda fuq l-aġenda tal-Ministeru għal Għawdex. Qegħdin niffinalizzaw il-pjanti biex nibdew il-proġett ta' tisbiħ ta' pjazza San Franġisk fir- Rabat u kif iddikjarat fil-baġit mexjin flimkien mal-Malta Enterprise u mal-Malta Industrial Park biex nakkwistaw fondi biex f 'Għawdex nagħmlu Park tal-SMEs. Ma rridux ninsew RS2 li bdiet bil-bini tagħha b'investiment ta' miljun ewro kif ukoll il-proċess miexi 'l quddiem biex f 'Għawdex isir it-tieni cable tal- broadband bejn Malta u Għawdex. Qed nikkonkludu proġett tal-panelli f 'Taċ-Ċawla fejn hemm is-social housing. Hu ppjanat li fiż-żmien qarib il-familji jibdew jibbenefikaw minn roħs ulterjuri fil-kontijiet tad-dawl u l-ilma. Ġew poġġuti 230 pannella fuq 15-il blokka ta' appartamenti." Ikolli nammetti li ma stajtx inlaħħaq ma' dak kollu li beda jgħidli li wettaq u li għandu f 'moħħu li jwettaq. Semmieli l-istudenti li qed jirċievu flushom il-bank direttament u għall-ewwel darba se jingħata s-sussidju ta' €1,200 lill-istudenti Maltin li jiġu Għawdex jistudjaw fl-MCAST jew xi istitut skolastiku ieħor f 'Għawdex, it-tabib li m'għandux bżonn imur jixhed l-qorti għax dan jista' jagħmlu b'video conferencing mill-isptar u l-uffiċċju tal-e-residence għal barranin li jgħixu Għawdex, ir-riformi fil- qrati Għawdxin fejn se jkun hemm imħallef residenti f 'Għawdex u l-għajnuna ta' dawk li jrabbu l-annimali li se jiġu kumpensati tat- trasport tal-għalf. Fl-aħħar staqsejtu l-mistoqsija li ssoponejt li ma kienx sejjer ikun komdu jweġibha. Staqsejtu jekk hux fi ħsiebu jerġa' jikkontesta l-elezzjoni li jmiss, wara li jkun ilu fil-parlament għal 31 sena. "Impenjat favur il-gżira Għawdxija. Jien qiegħed hawn biex intejjeb il-ħajja ta' ħutna l-Għawdxin. Żgur li m'aċċettajtx dan l-inkarigu għall- flus jew xi gwadann ieħor. Nemmen li nista' nagħmel differenza għall- aħjar fil-ħajja ta' ħuti l-Għawdxin. Irrid inkun il-leħen ta' dak li ma jinstemax u nagħti d-dritt lil min ħaqqu. Is-sodisfazzjon tiegħi hu li nemmen li nista' ntejjeb il-kwalita' tal-ħajja ta' sħabi l-Għawdxin. L-importanti hu li żżomm quddiem għajnejk il-ħin kollu l-bniedem bil-problemi u l-weġgħat tiegħu. L-importanti x'inħalli warajja u rrid inħalli Għawdex aħjar milli sibtu. Dan nixtieq li jkun il-legat tiegħi għal Għawdex li tant inħobb. Lest li nibqa' nservi lill-poplu Għawdxi bħal ma għamilt f 'dawn l-aħħar 31 sena bl-istess enerġija li dejjem urejt sal-lum. Lest li nservi sakemm il- prim ministru jkollu fiduċja fija." Qam, sellimli u qisu biex ifakkarni dwar xi ħaġa li ili ftit nizzikkah biha, qalli "ħa jkolli naħrab biex nilħaq il-vapur għax għandi laqgħa Malta dwar il-Fast Ferry." Anton Refalo Għandu 58 sena Mill-Belt Victoria Miżżewweġ lil Lina u għandu żewġ itfal, Andrè ta' 12-il sena u Simon t'10 snin Gradwa bħala avukat ta' 24 sena Ikkontesta seba' elezzjonijiet ġenerali b'suċċess Għawdex aħjar milli sibtu"

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 8 February 2015