Illum previous editions

illum 8 February 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/459451

Contents of this Issue

Navigation

Page 24 of 31

Il-Ħadd 08 ta' Frar 2015 | illum 25 SPORTSillum SPORTSillum Ritratt: Ray Attard MINN CRISTIAN ANTONY MUSCAT Sliema W....................... 2 Mosta ........................... 1 SLIEMA Wanderers dawru telfa f 'rebħa tajba ta' 2-1 kontra Mosta, liema rebħa żgur li għolliet ferm il- moral għal Wanderers li nistgħu ngħidu li dan l-istaġun kellhom staġun ferm diżappuntanti sa issa. Dan wassal biex huma jibdlu lill-Kowċ Alfonso Greco u minfloku ħa t-tmun tat-tim Stephen Azzopardi. Dan huwa t-tieni riżultat konsekuttiv li jista' jitqies bħala wieħed pożittiv għall- Wanderers wara li nhar il-Ħadd li għadda żammew lil Birkirkara f 'parità ta' 1-1. Huma kisbu żewġ paritajiet u żewġ telfiet fl-aħħar erba' logħbiet. Kienu Mosta li fetħu l-iskor permezz ta' Haruna Babangida biex b'hekk skorja t-tieni gowl konsekuttiv tiegħu wara d-debutt tiegħu ma' Mosta hekk kif nhar is-Sibt li għadda rnexxielu jsib ix-xibka f 'parità ta' 1-1 kontra Hibernians. Iżda l-Mostin ma tantx damu jifirħu hekk kif fil-71 minuta huma ġabu l-iskor indaqs permezz tal- attakkant żagħżugħ Aidan Jake Friggieri. Il-Wanderers kisbu l-gowl tar-rebħa li swiehom it-tliet punti prezzjużi fil-81 minuta permezz tad-debuttant Niġerjan iżda li għandu passaport Finlandiz Junior Obagbemiro. Il-partitarji ta' Sliema Wanderers jaspiraw li t-tim tagħhom ikompli għaddej b'din is- serje ta' riżulati pożittivi biex jaspiraw li jakkwistaw post fl-Ewropa fi tmiem l-istaġun. Żewġ minuti fil- ħin miżjud, il-Wanderers setgħu żiedu ieħor meta Bocar Djumo kkonkluda azzjoni personali billi dar mal-goalkeeper avversarju iżda x-xutt angulat tiegħu għadda minn fuq il-linja qabel ma ġie mwaddab 'il bogħod minn kull periklu. Sliema - Zammit, A. Muscat, Scozzese, Mintoff, Scerri (Borg 58'), Pisanu, Potezica, Cilia (Friggieri 71'), Calcado, (Obagbemiro 78'), Djumo, B. Muscat Mosta - Borg, Pulo, Borg, Ossoko, Magro, Roberts, Zammit (Brincat 88'), Grech, Ekani, Dawood, Babangida (Fortune 77') Referi - Trustin Farrugia Cann Referi - Alan Mario Sant PEDRO DOS SANTOS CALCADO Ġie vvutat bħala l-BOV Plejer tal-logħba mill-ġurnalisti preżenti Twieled fil-Brażil Għalkemm ma rnexxilux isib ix-xibka, kien fundamentali biex il-Wanderers jagħmlu rimonta tajba li wasslithom għal din ir-rebħa ferm importanti Fil-passat riċenti lagħab ma' Balzan fejn kellu esperjenza mill-aqwa Ingħaqad ma' Sliema Wanderers matul ix-xahar li għadda Sliema jdawru telfa f 'rebħa -aħħar mumenti Azzjoni mil-logħba bejn Sliema Wanderers u Mosta

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 8 February 2015