Illum previous editions

illum 8 February 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/459451

Contents of this Issue

Navigation

Page 17 of 31

18 illum | Il-Ħadd 08 ta' Frar 2015 G ħall-ewwel kont se nikteb dwar is-sentenza li tat żewġ siġġijiet oħra lill-Partit Nazzjonalista. Irreżistejt it-tentazzjoni. Iddeċidejt li ma niktibx dwarha għaliex se jkun hemm appell u jkun xieraq li għalissa tistennew il-ġudizzju tal-ogħla Qorti. Iddeċidejt ukoll li ma niktibx dwarha għaliex fakkritni fil-ħeġġa li għandu jkollhom il-politiċi biex jaħdmu għan-nies u mhux għalihom infushom. Għidt bejni u bejn ruħi, kieku l-ħeġġa li wrew biex jiġġieldu għal dawn iż-żewġ siġġijiet urewha meta kienu fil-Gvern biex jaħdmu fl-interess tal-poplu, kieku żgur li r-riżultat elettorali kien ikun bil- kuntrarju ta' dak li kien fit-12 ta' Marzu 2013 mhux biss f 'termini ta' siġġijiet iżda anke ta' voti! Fl-aħħar mill-aħħar, qalet x'qalet il-Qorti f 'din il-kawża bil-ġudizzju tagħha mhux se tibdel ir-riżultat f 'termini ta' voti li l-poplu f 'termini ta' voti. Jekk hiex rebħa pirrika jew miraġġ politiku għad trid tgħidulna l-Qorti tal-Appell. Għalhekk għażilt li nikteb dwar avveniment li għadu kemm seħħ fl-Italja: l-għażla tal-President ta' dak il-pajjiż. L-għażla ta' Sergio Mattarella li kien Deputat Parlamentari għal 'il fuq minn 40 sena. Għalkemm ġej minn Sqallija, ma ddejjaqx jiġġieled lill-mafja. B'riskju kbir għal ħajtu, tant li ħuh miet f 'idejh f 'attentat li għamlu l-mafja biex jagħlqulu ħalqu. Bniedem li dejjem żamm mal- prinċipji tal-indafa u li jħares l-interess tal-poplu sakemm laħaq ukoll membru tal-Qorti Kostituzzjonali Taljana għaliex kien ukoll avukat. Sergio Mattarella, għalkemm kien demokristjan u qrib il-fundaturi tal-Partit Popolari Taljan. Iżda lanqas ma ddejjaq jissieħeb ma' Romano Prodi fi Gvern li kien ċentru xellugi. Fil-ħajja huwa importanti li tara ma' min tagħmilha iżda importanti wkoll li tagħmel dak li temmen fih. Hekk kien Sergio Mattarella. Kien moħħu fin-nies u mhux fih innifsu. Fil-fatt il-Prim Ministru Taljan Matteo Renzi, għalkemm soċjalist demokratiku, ma ħassu skomdu xejn jifta' l-piż tiegħu wara Sergio Mattarella. Anzi l-ħatra ta' Mattarella qed tkun ikkunsidrata bħala rebħa kbira għal Renzi. Qegħdin ngħixu żminijiet differenti minn dawk tal-bieraħ. Il-ktieb ta' Leonardo Sciascia "Il Giorno Della Civetta" ipinġi lil Sqallija bħal bejt ta' konġura bejn id-demokristjani u l-mafja. Ix-xena tal-boss mafjuż dieħel fil-każin tad- DC bl-arma tal-iscudo crociato fuq il-bieb kienet qanqlet kontroversja kbira. Id-dinja tal-appalti. Mafia u amministrazzjonijiet demokristjani kienet saret parti mill-folklor tas-snin sittin u sebgħin. Dejjem kienet sfond favorit ta' kotba u ċinematografija. Iżda fir-realtà Sqallija tat ukoll demokristjani tar-ruħ. L-istess fundatur tad-demokrazija Kristjana nnifsu kien Sqalli. Don Luigi Turzo kien minn Caltagirone. Qassis attvist fil-politika iżda b'qalb soċjali. Il-ħolma tiegħu ta' kif kellha tkun id-demokrazija Kristjana kienet għal kollox minn dik ta' Giulio Andreotti u Amintore Fanfani. Dun Sturzo kien anti-Faxxist fervent u kien jemmen fil-verità assoluta. Wara li għadda żmien eżiljat minn pajjiżu meta daħal lura l-Italja wara l-waqgħa tal-faxxiżmu spiċċa mwarrab mid- demokristjani "moderni" biex insejħilhom hekk. Kellu wisq ħeġġa li jaħdem għan-nies u ħafna ma kinux jaħsbuha bħalu. Ieħor li kien ġej minn Sqallija kien ukoll demokristjan. Giorgio Lapira kien politiku kattoliku li twieled Pozzallo. F'dik il-belt fejn ta' kuljum ħafna Maltin jinżlu bil-katamaran biex jieklu jew jixtru. Min jaf kemm-il Malti għadda minn quddiem id-dar fejn kien jgħix, mingħajr ma jafu li dan Giorgio Lapira kien wieħed mill- iprem tad-demokrazija Kristjana fl- Italja. Ħaseb fin-nies u ħadem b'ħeġġa għalihom. Meta kien Sindku ta' Firenze trasforma lil din il-belt ta' kultura minn waħda ta' faqar għal waħda ta' ġid. Il-bidu tiegħu kien proġetti ta' djar għall-ħaddiema u kundizzjonijiet aħjar għal min jaħdem. Giorgio Lapira wkoll ma kienx jaqa' perfettament fil-mudell ta' dawk id- demokristjani li ma tantx kellhom fuq moħħhom l-inkwiet tan-nies. Issa kien imiss persuna oħra minn Sqallija. Sergio Mattarella. Bħal Don Luigi u Giorgio huwa demokristjan. Bħalhom ukoll ma ddejjaqx iħaddem jew iħaddan politika tax-xellug. Hija ħasra li minn meta l-Italja ilha Repubblika dan kellu jkun l-ewwel politiku Sqalli li sar President tal- Italja. Sa ċertu punt, dan jindika wkoll kif il-politika ta' emarġinazzjoni ta' Sqallija hija reali fl-Italja. Ħasra, għaliex Sqallija kien jistħoqqilha aħjar. Għaliex fi Sqallija ma jikbirx biss il-lumi iżda anke l-ideat. Iżda ħajra darba milli qatt. Fi Sqallija ma jikbirx biss lumi "Hija ħasra li minn meta l-Italja ilha Repubblika dan kellu jkun l-ewwel politiku Sqalli li sar President tal-Italja" TONI ABELA Republic Street, Valletta next to the Courts

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 8 February 2015