Illum previous editions

illum 8 February 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/459451

Contents of this Issue

Navigation

Page 2 of 31

Il-Ħadd 08 ta' Frar 2015 | illum 3 L-attakk fuq il-kuntistabbli David Bezzina Reporter, jixxandar nhar it-Tnejn fid-8.40pm fuq TVM2, b'ripetizzjoni fuq TVM fl-10.15pm. TISTA' tibgħat il-kummenti tiegħek fuq: www.facebook.com/reporterontvm Sentejn mill-Elezzjoni Ġeneral tal-2013 li ntrebħet mill-Partit Laburista b'maġġoranza ta' 36 elf vot u li ssarrfu f '9 siġġijiet favur il-gvern, il-Qorti din il-ġimgħa laqgħet ir-rikors imressaq mill-Partit Nazzjonalista u ddeċidiet li l-PN għandu jingħata żewġ siġġijiet oħra fil-Parlament fi żmien 30 ġurnata. Il-Partit Laburista fil-gvern jgħid li se jappella mis- sentenza. Reporter jiddiskuti d-deċiżjoni tal-Qorti mas-Segretarju Parlamentari tal-Partit Nazzjonalista Chris Said u ma' Toni Abela, Deputat Mexxej għall-Affarijiet tal-Partit Laburista. Is-siġġijiet ġodda tal-PN f 'Reporter "Id-daqqa ma qlajthiex waħdi iżda qlajnieha bħala Korp" FREDERICK AT TARD KMIENI l-Ħamis filgħodu, il-Kuntistabbli David Bezzina kien qed jaqdi dmirijietu fl-Għassa tal- Marsa meta ħabta u sabta daħal immigrant Somalu li fi ftit ħin spiċċa aggredieh. Din il-gazzetta tkellmet ma' David Bezzina l-għada tal-inċident fil-kwartieri ġenerali tal-Pulizija fejn fil-preżenza tal-Ispettur Graziella Muscat irrakkonta magħna x'ġara l-Ħamis bil- lejl. "Kont l-għassa xogħol normali bix-xift ta' bil- lejl meta xis-2am ħabbat il-bieb xi ħadd, ftaħtlu, u f 'idejh kellu xi karti li ried jagħtihom lis-surġent tiegħi. Infurmajtu li dak il-ħin ma kienx xogħol u li jekk irid seta' jħallihom miegħi u ngħaddihomlu jien peress li l-għada kien se jkun xogħol." Bezzina qal li dak il- ħin inzerta kien waħdu peress li l-kollega tiegħu kien fuq xogħol band'oħra. "Infurmajtu li aktar minn hekk ma stajtx ngħinu u beda jirrabja. Beda jitkellem bil- lingwa tiegħu u infurmajtu li jekk ma xtaqx iħalli d-dokumenti miegħi seta' jitlaq. Kien hawnhekk li beda jfajjarli d-daqqiet." Il-kuntistabbli qal li prova jikkalma s-sitwazzjoni iżda l-aggressur baqa' jxejjer id-daqqiet "Ċempilt 112 kif stajt waqt li fl-istess ħin bdejt nipprova niddefendi lili nnifsi. Fi ftit ħin waslu l-kollegi tal-RIU u anke l-kollegi tad-distrett li arrestawh minnufih." Staqsejna lil David Bezzina jekk hux minnu li hu qatta' l-karti tal-aggressur Jimale Hassan kif kien allegat fil- qorti. "Din l-allegazzjoni qrajtha fil-mezzi tax-xandir imma mhu veru xejn tant li l-karti qegħdin l-għassa." Mistoqsi x'kienu dawn il- karti, Bezzina qal li ma kienu xejn għajr kopji ta' rapport tiegħu stess li hu kellu fuq xi inċident ieħor. Mistoqsi jekk iħossx li saret ġustizzja miegħu għall-fatt li Jimale Hassan tressaq il-Qorti immedjatament, fejn ammetta l-aggressjoni fil-konfront tiegħu u weħel 3 snin u 9 xhur ħabs kif ukoll multa ta' €4,500, Bezzina qal li hu jħossu konvint li saret ġustizzja xierqa. "Inħoss li saret ġustizzja. Din kienet l-ewwel darba tiegħi li għaddejt minn esperjenza bħal din għalkemm ili naħdem fil-Korp għal aktar minn disa' snin." Mistoqsi kif dan l-inċident affettwah personalment u kif se jħares 'il quddiem lejn xogħlu. "Personalment nemmen li ħadd mill-pulizija ma jkun qed jistenna li se jaqla' xebgħa daqqiet ta' ponn jew li se jweġġa' iżda dan hu parti mir-riskju tax-xogħol tagħna u dak li ġara lili, ġara wkoll qabel lil kollegi oħra. Kellu jkun hekk u dan l-inċident mhux se jwaqqafni milli nkompli b'ħidmieti bħala pulizija." Bezzina qal li l-biċċa l-kbira tan-nies japprezzaw xogħol il-Pulizija tant li l-għassa tal-Marsa fejn jaħdem hemm nies li anke jafu lilu u l-kollegi tiegħu sew u li jgħinuhom ħafna. "Hemm anke immigrant Somalu li lilna anke jgħinna meta jkollna problema ta' lingwa ma' xi immigranti oħra Somali tant li jiġi u jagħmilha ta' interpretu." Staqsejnieh finalment x'għajnuna sab mill-Korp f 'dan il-mument sfortunat fil-karriera tiegħu. "Kelli l-appoġġ immedjat mill-kollegi u nixtieq nirringrazzja lis-Surġent tal-RIU Alan Lagrasta, l-Ispettur Robert Vella u l-kollegi kollha li dak il-ħin rajthom anġli mis-sema. Nirringrazzja lil kulħadd, kemm uffiċjali prosekuturi u l-uffiċjali l-oħra kollha li ċempluli biex jaraw kif jien. Ħassejt li f 'dan il- mument diffiċli għalija kelli l-appoġġ tal-Korp kollu u apprezzajt immens. Ħassejt li b'għemilhom, id-daqqa ma qlajtiex waħdi iżda qlajnieha bħala Korp." David Bezzina temm jgħid "Aħna ma nilbsux l-uniformi b'kapriċċ. In-nies iridu jifhmu li xogħolna rridu nagħmluh. Nemmen li sfortunatament ir-rispett lejn il-pulizija naqas xi ftit kemm mil-lat edukattiv u forsi anke kaġun ta' żieda fil-problemi soċjali." Nota: Bi qbil mal-Korp tal-Pulizija, din il-gazzetta għażlet li ma jittieħdux ritratti tal-Kuntistabbli Bezzina waqt l-intervista. L-Għassa tal-Pulizija tal-Marsa, fejn seħħ l-inċident

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 8 February 2015