Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/459451
28 illum Il-Ħadd 08 ta' Frar 2015 SPORTSillum Chelsea jiftħu vantaġġ ta' 7 punti fuq Manchester City CHELSEA fetħu vantaġġ ta' 7 punti fuq Manchester City meta t-tim immexxi minn Josè Mourinho għeleb lil Aston Villa bl-iskor ta' 2-1 u dan meta kien qed jilgħab barra minn daru. Il-gowls għal Chelsea waslu minn Eden Hazard u Branislav Ivanovic waqt li l-gowl waħdieni ta' Aston Villa fil-logħba wasal minn Jores Okore bl-istess plejer jiġi ammonit sekondi wara li rnexxielu jsib ix-xibka. Min-naħa l-oħra Manchester City tilfu żewġ punti prezzjużi meta ġew miżmuma f 'parità ferm diżappuntanti ta' 1-1 kontra Hull City bil-gowl għalihom jasal minn James Milner fid-90 minuta waqt li David Meyeler kien fetaħ l-iskor għal Hull City fil-35 minuta. Tottenham Hotspur ġewwa darhom f 'White Hart Lane kisbu rebħa tajba ta' 2-1 kontra Arsenal bil-gowls għalihom jaslu minn doppjetta ta' Harry Kane waqt li l-gowl waħdieni għall- Arsenal wasal minn Mesut Ozil wara biss 11-il minuta logħob. Crystal Palace barra minn darhom kisbu rebħa minima ta' 1-0 kontra Leicester City bil-gowl għalihom jasal minn Joseph Ledley fil-55 minuta. Bl- istess skor intemm il-konfront bejn Southampton u Queens Park Rangers bis-Saints ikunu huma li barra minn darhom joħorġu rebbieħa bil-gowl waħdieni tagħhom fil-logħba jasal minn Sadio Mane propju fid-90 minuta. Il-konfront bejn Swansea City u Sunderland intemm f 'parità ta' 1-1 bil-gowl għal Swansea City jasal minn Sung-Yueng Ki fis-66 minuta wara li kienu Sunderland li fetħu l-iskor permezz ta' Jermain Defoe fit-42 minuta. Intant, fid-Derby ta' Merseyside, Everton u Liverpool, temmew il- konfront ta' bejniethom f 'parità ta' mingħajr gowls. Intant, fil-Kampjonat Taljan Serie A TIM, Torino barra minn darhom għelbu lil Hellas Verona bl-iskor ta' 2-1 bil-gowls għalihom jaslu minn Josef Martinez, penalty tal-eks plejer ta' Juventus, Fabio Quagliarella u Omar El Kaddouri, waqt li Luca Toni naqqas il-marġni tal- iskor għal Hellas Verona fit-83 minuta. "L-għaqda fid-dressing room hija l-arma tagħna" – Il-kowċ ta' Balzan Wara li temmew l-istaġun li għadda fis-sitt post Balzan FC, għall-istaġun 2014-2015, l-objettiv prinċipali kien dak li jtejbu fuq dik il-pożizzjoni. U jidher li tabilħaqq dan l-objettiv se jsir realtà hekk kif matul dan l-istaġun it-tim immexxi mill-kowċ bravu Oliver Spiteri qed ikollu staġun mill-aqwa fejn kollox qed jindika li se jkun qed jakkwista post storiku fl-Ewropa billi jtemm il- kampjonat fir-raba' post. Biex ikollna stampa aħjar ta' dak li jinsab għaddej minnu l-klabb ta' Balzan matul dan l-istaġun ma stajniex ma nagħmlux kuntatt mal-imsemmi kowċ ta' Balzan, Oliver Spiteri fejn tana iktar dettalji rigward l-andament kif ukoll tat- tragwardi ta' dan it-tim għall- kumplament ta' dan l-istaġun. Huwa saħaq li "S'issa qed ikollna staġun sodisfaċenti ħafna. Nemmen li nistgħu nkunu aħjar u bi ftit aktar konvinzjoni u attenzjoni nistgħu nagħmlu qabża żgħira oħra 'l quddiem. Tista' tgħid li llum kull avversarju qed jirrispettana fil-grawnd, u ħafna mill-mertu huwa tal-plejers. L-għaqda li hemm fid-dressing room hija l-arma tagħna. Il-motivazzjoni u d-dedikazzjoni tal-plejers twassalna biex ikollna partiti u prestazzjonijiet tajbin. Il-President Onorarju Anton Tagliaferro huwa bniedem li jrid biss l-aħjar. Għandna relazzjoni tajba ħafna u għandna stima reċiproka lejn xulxin. Barra li jħobb il-klabb huwa wkoll l-ewwel partitarju tagħna. Dejjem ikun warajna, kemm fit-tajjeb u wisq aktar fil-ħażin. Għalkemm joqgħod l-Awstralja, ta' spiss jiġi jarana nilagħbu u anki għat-taħriġ. L-importanza tal-preżenza tiegħu tinħass, għax kulħadd jaf li jrid jagħti l-massimu ta' dak li jaf. Għall-kampanja tat- trasferimenti ddeċidejna li niċċaqalqu kmieni kemm jista' jkun. Iż-żewġ plejers li akkwistajna, Terence Agius u Bojan Kaljevic, konna ilna nsegwuhom. Meta ġie l-ħin opportun u kellna l-permess mill-klabbs tagħhom, għalaqna mill-ewwel. Dan kollu jista' jiġri biss, jekk ikollok tim tajjeb miegħek. Peter Cipriott, George Borg u Timmy Gambin għenu ħafna fil-kampanja tat- trasferimenti. Dan kollu jsir bis-superviżjoni ta' Anton Tagliaferro. Bla dubju li l-objettiv tagħna huwa dak li niġu mal-ewwel erbgħa. Il-president bena tim b'saħħtu biżżejjed biex jiġġieled mat-timijiet ta' fuq. Nafu li mhux se tkun faċli, iżda nafu wkoll li bħalma hi diffiċli għalina se tkun diffiċli għat-timijiet l-oħrajn. Balzan qatt ma kienu f 'din il- pożizzjoni, jiġifieri ma' ta' fuq fil-klassifika, għalhekk kull partita għalina hija esperjenza ġdida u aktar ma nilagħbu logħbiet aktar inħossuna b'saħħitna u determinati li niksbu dak li rridu. Kif kulħadd jaf il-kampjonat Malti jibda issa, meta l-punti jinqasmu. Kulħadd jerġa' jiġi f 'xulxin, u għalhekk bħal kull tim ieħor irridu noqogħdu saqajna mal-art u naħsbu logħba, logħba. Ma tistax titlef logħbiet ma' timijiet diretti u għalhekk irridu nkunu lesti, kif jien ċert li se nkunu għal dawn it-tip ta' logħbiet. Il-futur għal Balzan FC jidher li se jkun sabiħ. Hemm akkademja li għandha struttura tajba ħafna. Hemm ħafna plejers tal-futur. Fil-fatt it-tim ta' taħt id-19-il sena, immexxi minn Jean Paul Desira, bħalissa jinsab fit-tieni post fil-klassifika, mingħajr telfa. Sitt plejers minn dan it-tim, barra li ilhom jitħarrġu magħna mill-bidu tal-kampjonat, diġà lagħbu diversi logħbiet kemm fil- Premier kif ukoll fit-Trophy. Dan juri li x-xogħol li sar, sar b'attenzjoni u b'serjetà kbira. Dan ma jfissirx li se nieqfu hawn, anzi diġà bdejna naħsbu u naraw fejn nistgħu ntejbu u nsaħħu fuq dak li diġà għandna, biex b'hekk ikollna tim aktar kompetittiv li jkun jista' jilħaq it-tragwardi mixtieqa minn Balzan FC," temm jgħid Oliver Spiteri. It-tim ta' Balzan FC li tant qed jimpressjona matul dan l-istaġun Eden Hazard, Willian u Oscar jiċċelebraw il-gowl tal-ftuħ